Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790
06 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum intervista LUIGI SGHENDO "Ir-raba' dejjem ir-raba' ġie!" Kien b'dan il-mod li l-bidwi Għawdxi George Carl Camilleri ddeskriva l-perspettiva tal- Malti fuq il-bdiewa hekk kif saħaq li l-biedja f 'Malta qed tmut. "Kemm-il darba nkunu impressjonati u kburin meta nisimgħu li bidwi laħaq tabib jew avukat, imma kemm nisimgħu u nifirħu għal persuni li jagħżlu l-biedja?" Mistoqsija li tolqot fil-laħam il-ħaj ta' kull Malti li għall-maġġoranza tal-istorja tiegħu kien iqattagħha jagħżaq, jiżra' u jaħsad il-ħobża ta' kuljum għal familtu u l-baruni tiegħu. George ġej minn familja ta' bdiewa. Fil-fatt irrakkonta kif ix-xogħol ta' bidwi tnaqqax fih sa minn ċkunitu, hekk kif kulma jiftakar jagħmel huwa x-xogħol ta' bidwi. Bi kburija saħaq li dik hija l-identità tiegħu, identità li prattikament hija fil-periklu ta' estinzjoni. Skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il- popolazzjoni Maltija hija madwar 535,000. Minnhom madwar 13,000 biss jaħdmu fl- agrikultura. Dan ifisser li kważi 2.5% tal-popolazzjoni Maltija taħdem f 'dan il-qasam. George semma kif it-temp li qed jolqot lil pajjiżna, minkejja li qed ipaxxi lit-turisti li qed iżuruna, qed iħalli ħsara u tbatija lill-bdiewa li qed jissieltu biex iżommu x-xtieli ħajjin. Huwa faħħar il-komunità tal-bdiewa u sostna li "l-bdiewa dejjem hemm għal xulxin, jgħinu 'l xulxin". Iżda minkejja sforzi kbar biex jibqa' ħaj il-prodott agrikolu Malti, George qal kif it-temp mhux biss qed iġiegħel lill- bdiewa jbattlu r-riservi tal-ilma, iżda wkoll qed iħalli l-insetti jagħmlu festa, fosthom id- dubbiena tal-frott li qed tattakka bla ħniena l-prodott Malti. Huwa qasam l-esperjenza tiegħu u qal kif diġà qed jara, fost oħrajn, il- larinġ, iż-żebbuġ, u r-rummien li qed jaqa' mis-siġar b'mod prematur. George qal li anke s-siġar tal-bajtar tax-xewk – li huma magħrufa għar-reżiljenza tagħhom kontra l-elementi tax- xemx – ukoll qed ibatu minn dan it-temp mhux tas-soltu għax-xahar ta' Novembru u li qed iġegħelhom jinxfu qoxqox. Meta mistoqsi liem prodott qed ibati l-iktar fl-isfond ta' dan it-tibdil drastiku fit-temp, George issimpatizza mar- raħħala li qed iħokku rashom minħabba nuqqas ta' għalf tal-bhejjem. Din il-problema ilha taffettwa r-raħħala għal bosta snin, iżda jidher li kull sena l-isfida qed tikber biex ir-raħħala jipprovdu l-ħalib li lkoll niddependu minnu għall- kollazzjon jew ma' tazza kafè/te. Huwa kompla jgħid li kemm ilu jiftakar, dan is-sajf kien wieħed mill-aktar kiefer, u issa l-ħarifa wkoll qed tagħti dik ix-xejra. Iż-żejt taż-żebbuġa huwa wieħed mill-iktar prodotti li George jgħożż, tant li meta pparteċipa f 'kompetizzjoni internazzjonali kontra ġganti barranin, il-familja tiegħu rebħet midalja wara li ntgħażel bħala l-aqwa żejt taż-żebbuġa ekstra verġni. Huwa qasam magħna l-weġgħa li jħoss meta konsumaturi Maltin jassumi li l-prodott għandu jkollu l-istess prezz, jekk mhux inqas miż-żejt taż-żebbuġa tas-supermarket. Iżda minkejja dan, huwa għandu t-tama li xi darba l-maġġoranza tal-poplu Malti jirrealizza l-valur u konsegwentement japprezza l-prodott Malti. Huwa ħeġġeġ lill-poplu biex ma jibżax iżur is-swieq tal-bdiewa li huma mxerrdin madwar il-pajjiż ċkejken tagħna. Finalment meta mistoqsi jekk jemminx li l-biedja se tmut f 'pajjiżna, minkejja li għandu biża' li se jintilef għerf profond fl-agrikultura Maltija, huwa tenna kliemu u saħaq li l-biedja hija parti mill-identità tal- proxxmu, u għalhekk qatt mhi se tmut. Il-kliem ta' George fuq il- biedja Maltija u l-futur tagħha jixbah il-kliem ta' Sammy Bartolo hekk kif qal: Kien staġun xott, kemm bata l-frott u għal ħidmieti xi prezz? Dawn l-aħħar jiem kont ftit għajjien wara l-moħriet naħdem fis-skiet l-aħħar bidwi f 'Wied il-Għasel hu jien "Ir-raba' dejjem ir-raba' ġie" – Bidwi Għawdxi George Carl Camilleri spjega l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-bdiewa Maltin, f'pajjiż fejn qed jesperjenza l-perikli ta' estinzjoni agrikola Rapport tal-Eurofound, l-agenzija tal-Unjoni Ewropea ta' riċerka fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol, ippubblikat studju komprensiv tal-impatt tal-pjan Fit for 55 tal-Unjoni Ewropea. Dan il-pjan huwa intiż li jwassal għal tnaqqis ta' 55% fl- emissjonijiet sal-2030 u miegħu jġib ukoll diversi sfidi hekk kif il-pajjiżi jridu jaddattaw għal realtajiet ġodda. Iżda, jidher li hemm ukoll opportunitajiet. Biex jintlaħaq dan il-għan se jkun hemm bżonn bidliet sostanzjali fl-attività ekonomika u ferm aktar effiċjenza fejn jidħlu emissjonijiet u użu ta' enerġija. Minkejja din l-isfida, l-esperti Ewropej jikkonkludu li sal-2030 il-qalba ambjentali mistennija żżid l-impjiegi b'madwar 204,000. Dan ifisser żieda ta' madwar 3% fuq iż- żieda antiċipata fl-impjiegi li kieku ma jseħħux il-bidliet li se jwassal għalihom il-pjan Fit for 55. Filwaqt li bħala medja l-Fit for 55 se jżid l-impjiegi, huwa mbassar li fi tnax-il pajjiż il-qalba ambjentali se tnaqqas l-impjiegi. Dan għax jintilfu impjiegi f 'setturi bħall- minjieri, raffineriji u kostruzzjoni. L-akbar telf mistenni se jkun fil-Latvja fejn se jitilfu 0.5% tal- impjiegi kollha fil-pajjiż. F'pajjiżi bħall-Polonja se jintilfu mat-tliet kwarti tal-impjiegi kollha fis-settur tal-minjieri. Fil-każ ta' Malta l-impjiegi se jiżdiedu b'0.25% minħabba dan is-settur biss. Huma biss fl-Italja u Spanja li huwa mbassar li l-impjiegi jiżdiedu b'rata akbar milli f 'Malta. Iż-żieda mistennija f 'Malta hija mbassra li tkun l-aktar fis-servizzi imma anke fil-manifattura, l-enerġija u l-kostruzzjoni se jkun hemm impatti pożittivi f 'pajjiżna. Il-maġġoranza tat-titjib fl-impjiegi se jkun f 'karrieri b'ħiliet għoljin, anke fil-livell terzjarju. L-esperti Ewropej jindikaw li pajjiżna għandu bżonn jagħmel investiment ta' madwar 20% aktar tal-ġid nazzjonali biex jilħaq il-miri ambjentali. Bħala medja, madwar l-Unjoni Ewropea qed jingħad li din trid tkun kważi 35%. L-akbar żieda li se jkun hemm bżonn huwa fil-Litwanja, li se jkollha bżonn iżżid l-investiment b'aktar minn 90% tal- ġid nazzjonali. Malta għandha s-sitt l-anqas bżonn ta' investiment. Dan jirrifletti l-fatt li ġa saru bidliet kbar – bħal pereżempju l-qalba għall- gass u s-ship to shore. Fil-fatt l-intensità tal- emissjonijiet li jsiru għal kull €1 miljun fi produzzjoni f 'pajjiżna huma ferm limitati. Malta għandha s-sitt l-anqas livell ta' emissjonijiet minn fost il-pajjiżi Ewropej. Il- pajjiż bl-ogħla livell relattiv ta' emissjonijiet għal kull miljun ewro attività ekonomika huwa l-Bulgarija, b'livell ħames darbiet dak ta' pajjiżna. Ir-rapport tal-Eurofound jinnota li Malta se tkun il-pajjiż bl-akbar żieda fl-impjiegi sal-2030, b'żieda ta' xi 2.8%. Din hija rata kważi għaxar darbiet dik imbassra għall-bqija tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt 'l hinn mill-impatt tal-Fit for 55, f 'madwar tmien pajjiżi l-impjiegi mistennija jonqsu fis-snin li ġejjin, bl-akbar tnaqqis ikun dak ta' madwar 1.1% fil-Latvja. Anke fil-Ġermanja l-impjiegi mistennija jonqsu b'xi 0.2%, filwaqt li fi Franza mistennija żieda limitata ta' 0.6%, jew ħames darbiet anqas minn Malta. Anke fejn jidħol tkabbir ekonomiku, Malta hija mbassra li tkun il-pajjiż bl-akbar espansjoni. Dan hekk kif huwa proġettat li t-tkabbir reali jkun ta' 3.9%. Dan huwa madwar erba' darbiet it- tkabbir imbassar għall-Unjoni Ewropea. Impjiegi fil-qasam tal-ambjent ser ikunu notevoli ħafna skont rapport uffiċċjali