Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114
aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Fi stqarrija stampa, il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-vjolenza domestika għadha pjaga soċjali kbira f 'pajjiżna u li għal sen'oħra qegħdin infakkru l-jum dinji għall- eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, hekk kif sostna li "pajjiżna għadu ma mexiex 'il quddiem f 'dan il-qasam." Il-PN qal li preżentement hemm 2,283 każ pendenti l-Qorti relatati ma' vjolenza domestika, li qed iwassal għal dewmien esaġerat biex in-nisa jiġu offruti xi forma ta' protezzjoni u minflok qed ikollhom jibqgħu jgħixu fil-biża' u f 'riskju. Il-PN fakkar il-memorja ta' Bernice Cassar, omma ta' żewġt itfal fejn is- sistema "li suppost jaħdmu biex omm tkun protetta, fallew [u] ħadd ma refa' l-ebda responsabbiltà għal dan il- falliment" hekk kif sena wara, Bernice għadha tistenna li ssirilha ġustizzja. Minkejja li għaddiet liġi tal- femiċidju u li l-allegat qattiel ta' Bernice għaddej minn proċeduri fil- qrati, il-karba ta' din l-omm baqgħet ma nstemgħetx, sostna l-PN. "Il-liġijiet fuq il-karti ma jipproteġux lin-nies u lanqas ma jipprevenu traġedji bħalma rajna fix-xhur li għaddew". Għalhekk hemm bżonn sistemi effiċjenti biex iħarsu lill-vittmi li jinqabdu f 'din is-sitwazzjoni. Il-PN saħaq li dan il-jum dinji għandu jqajjem kuxjenza fuq din it-tema ta' vjolenza domestika. Hu wiegħed li jkompli jaħdem u jistinka biex il-mara tkun protetta f 'Malta u li l-awtoritajiet jassiguraw sistema adegwata li tieħu azzjoni immedjata la darba jidħol rapport. PN: Il-vjolenza domestika għadha pjaga soċjali kbira f'pajjiżna Il-PN saħaq li għal darb'oħra qed nerġgħu nfakkru l-jum dinji għall-eliminazzjoni tal- vjolenza kontra n-nisa, filwaqt li qal li "pajjiżna għadu ma mexiex 'il quddiem f'dan il-qasam" hekk kif hemm 2,283 każ pendenti l-Qorti. Bernice Cassar (fuq), omm ta' żewġt itfal, inqatlet fi sparatura - allegatament minn żewġha stess, Roderick Cassar