Illum previous editions

ILLUM 26 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum intervista IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 • illum San Pawl il-Baħar reġa' ħareġ bħala l-lokalità ewlenija għall- permessi ta' bini approvat f 'Malta, u żamm l-ogħla pożizzjoni tiegħu għat-tielet kwart konsekuttiv, skont data maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). San Pawl il-Baħar ikklassifika fl-ewwel post bl-akbar numru ta' abitazzjonijiet ġodda approvati, fejn ġew irreġistrati 222 permess ġdid, segwit mill-Mosta (110), Birkirkara (107), Ħal Qormi (85), u Tas-Sliema (82) fl-ordni rispettiva. Fl-isfond ta' dan, staqsejna lis- Sindku ta' San Pawl Alfred Grima fuq l-effett li l-kostruzzjoni qed iħalli fuq ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar u l-ambjent li jsawru. Grima faħħar l-ekonomija b'saħħitha ta' pajjiżna u r-regolamenti ġodda li jindirizzaw diversi problemi u jiem li f 'kull tip ta' xogħol hemm element ta' inkonvenjenza. Iżda saħaq ukoll li f 'San Pawl il-Baħar "l-effetti tiegħu (kostruzzjoni) qed jimpatta negattivament il-ħajja tar-residenti." Dan filwaqt li staqsa "x'jiswa li ssaħħet il-leġiżlazzjoni imma fir-realtà ħafna minnu baqa' fuq il-karta?" Mistoqsija li mhux biss tidwi f 'moħħ is-Sindku imma wkoll fl-imħuħ tar-residenti ta' San Pawl il-Baħar li josservaw l-impatti tal-kostruzzjoni fuq raħalhom, speċjalment dawk li jqisuh bħala raħal twelidhom. Is-Sindku kien kritiku lejn l-awtoritajiet kompetenti hekk kif talabhom ma jibqgħux aktar passivi dwar ksur rampant ta' liġijiet fosthom dwar il-ħinijiet, l-istorbju u trabijiet bla rażan." Barra minn hekk, huwa esprima d-dispjaċir tiegħu wara li l-Awtorità tal-Ippjanar issanzjonat xogħlijiet u approvat permessi ġodda f 'art agrikola f 'Burmarrad li fuqha kienu diġà twettqu diversi illegalitajiet fl-imgħoddi. Dan sar b'referenza għall- permess f 'Burmarrad li jitlob faċilità ta' parkeġġ fil-kantina mhux awtorizzata għal vetturi tqal, li tinsab f 'sit ta' żona barra l-iżvilupp (ODZ) f 'Burmarrad, propjetà ta' Bonnici Brothers. Dan il-permess għandu l-barka tal-case officer li rrakkomanda approvazzjoni, allavolja rapport ieħor maħruġ f 'Novembru tal- 2022 kien irrakkomanda riut. Grima ddenunzja l-approvazzjoni bħala "oxxenità," u esprima tħassib dwar il-messaġġ li tibgħat dwar kostruzzjonijiet mhux awtorizzati u saħaq li l-futur ta' pajjiżna jiddependi fuq id-deċiżjonijiet li qed nieħdu llum. Is-Sindku semma wkoll ir- responsabbiltà, speċjalment ta' dawk li kienu jew għadhom jokkupaw kariga pubblika u saħaq li s-serjetà tiddetta, li wieħed ikun konsistenti ma' dak li jgħid u jipprietka dwaru u mhux isir propju bil-maqlub. B'referenza għall-applikazzjoni li ddaħħlet minn Eks Ministru Nazzjonalista, is-Sindku sostna "Kont nistenna, li l-applikazzjoni mhux tiġi rtirata wara li l-gazzetti u l-midja lokali esponew il-każ, imma li l-applikazzjoni ma ddaħħlet xejn mill-ewwel!" The Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD) within the Ministry for the Economy, European Funds and Lands (MEFL) has issued a request for quotations MEFL/PPCD/70/2023 for the Supply, Installation and Maintenance of a Dual, Wall Mounted Fast EV Charging Point / Station including Software. More information can be found on: https://fondi. eu/announcements/ San Pawl il-Baħar bl-aktar raħal b'permessi tal-bini approvati Il-ġurnalist Luigi Sghendo tkellem mas-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima fejn qasam il- ħsibijiet tiegħu fuq il-kostruzzjoni fir- raħal ta' San Pawl il- Baħar u d-detriment li qed jikkawża lir- residenti Alfred Grima, Sindku ta' San Pawl il-Baħar qal: x'jiswa li ssaħħet il-leġiżlazzjoni imma fir-realtà ħafna minnu baqa' fuq il-karta?"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 November 2023