Illum previous editions

ILLUM 26 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 07 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt. Prijorità 3: PO 4 - Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali RSO4.6 – It-tisħiħ tal-irwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali (FEŻR) Din is-sejħa ser tkun miftuħa għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u Kunsilli Lokali, u ħa tkun qed tiffoka speċifikament fuq il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u servizzi kulturali. Is-sejħa se tagħlaq fit-8 ta' Marzu 2024, f 'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d-dokumentazzjoni ta' sostenn għall-applikazzjoni huma disponibbli fuq https://fondi. eu/what-funding-is-available/. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Ewropew għall- Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll sejħiet oħra, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Jannar 2024 fl-14:30, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f 'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Irreġistra għas- sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code hawn taħt. Minn paġna 1 Dak li wassal għar-rapport kien li support worker ieħor innota marka ħamra fuq wiċċ wieħed mir-residenti, li meta ġie mistoqsi fuqha kien qal li Joseph Bonnici kien tahielu. L-vittma beda jibki u jgħid li dan kien sar wara li ntemmet żjara minn ħutu, il-ġurnata ta' qabel. Is-support worker kien ħa ritratt tal-ġerħa u ssottomettiha lis-superjuri tiegħu, flimkien ma rapport intern fuq l-inċident. Pazjent li kien joqgħod f 'l- istess kamra mal-anzjan xehed li Bonnici kien jabbuża kemm minnu u kemm mill-anzjan. Kien jgħidlu li huwa giddieb u kien imisslu l-parti privata tiegħu ripetutament, kuljum, anke quddiem l-pazjent li miegħu kien jaqsam il-kamra u joffendilu lil ommu u missieru u lill-mejtin li għandu. X-xhud qal li anke lilu Bonnici kien kemm il-darba jagħfsu minn għonqu u jtih bil-ponn fuq rasu. Xehed ukoll li kien jisma lill- anzjan jibki u li kemm il-darba rah jiġi msawwat mill-imputat sa ma jibda jibki. Support worker kollega tal- imputat xehdet li wieħed mill- vittmi, li kien juża siġġu tar- roti, kien jgħidilha li Bonnici ma kienx jibdillu l-ħarqa, ħaga li kienet ukoll tinnota meta tkun fix-shift wara l-imputat u ssib l-ġilda tal-pazjent misluħa u l-ħarqa mimlija. Qalet ukoll li l-pazjent ieħor kien jgħidilha li Bonnici kien jqattagħlu l-ħwejjeġ u jarmihomlu Bonnici kien ċaħad l-akkużi, u allega li wieħed mill-anzjani kien weġġa' għajnejh meta kien qed jibdel il-flixkun tal-ilma fil-kamra tiegħu jew meta kien ħareġ ma' support worker ieħor u weġġa' mal-karozza ta dan l-istess ħaddiem, li nzerta kien hu li rrapporta li Bonnici fuq id-daqqa ta ponn. Ma kellux relazzjoni tajba mal-kollegi tax-xogħol u li l-vittmi kienu aggressivi lejn il-ħaddiema tar- residenza. F'deċiżjoni mogħtija nhar l-Erbgħa, il-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, sabet lil Bonniċi ħati. "Aġir bħal dan, fiċ-ċirkostanzi ta' persuna dipendenti… m'hu xejn ħlief sfruttament li jiffigura sfiq fl-imġieba punibbli," qalet il-Qorti, "liema imġieba kienet evidentement intiża biex [il-pazjent] isofri kemm fiżikament u anke mentalment u dawn l-azzjonijiet mhumiex ġustifikabbli." Il- Qorti nnutat ukoll li r-reat kontra dan il-pazjent partikolari, kien ġie kommess "b'atti ripetuti li seħħew fuq medda ta' żmien u li kkaġunaw niket u dwejjaq kbar fil-vittma li kien jixraqlu rispett, dinjita' u għajnuna tenut kont tad-diżabilitajiet tiegħu, u mhux umiljazzjoni u abbuż." Fir-rigward tar-reat fuq il- pazjent l-ieħor il-Qorti qalet li ma setgħetx ma tikkunsidrax il- fatt li dan l-att ta' vjolenza wkoll ġie mwettaq fuq vittma li għandu problemi serji intellettwali li jagħmluha diffiċli ferm għalih jesprimi ruħu u allura fejn ikun iktar faċli li wieħed jimmina l-verżjoni tal-vittma. Il-maġistrat Montebello qalet li l-provi wrew wkoll li fil-ħin meta Bonnici kien xejjer daqqa ta' ponn f 'wiċċ wieħed mill- vittmi li kien talbu sigarett, l-imputat kien l-uniku support worker u membru tal-istaff li kien xogħol dak il-ħin fir- residenza. Il-verżjoni ta' Bonniċi, fejn insista li pazjent minnhom kien laqat wiċċu ma' karozza meta kien ħiereġ minnu "ma sabet konfort minn ebda xhud jew prova ċirkostanzjali u fil- fehma tal-Qorti, la hi verosimili u lanqas tilħaq ilgrad tal- probabbli." Minn-naħa l-oħra l-verżjoni mogħtija mill-pazjent innifsu, minkejja problemi intellettwali li jbati bihom, "mhux talli ma ġietx imminata, talli ssib konfort pjen mill-atti u l-provi proċesswali u l-Qorti ma riskontrat ebda raġuni kwalsiasi għaliex għandha tiddubita din l-verżjoni jew tiskartaha." Minbarra s-sentenza sospiża, Bonnici tpoġġa taħt ordni ta trażżin fil-konfront ta tnejn mill-vittmi, valida għall tliet snin, bil-Qorti wkoll tordnah ibati l-ispejjeż tal-ħatra ta esperti, jammontaw għal €417. "Kien jgħidlu li huwa giddieb u kien imisslu l-parti privata tiegħu ripetutament, kuljum"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 November 2023