Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575
04 intervista IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Ta' avukat żgħir kont attiv fil- politika u fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Kif bdejt f'dan il-qasam? Ta' 17-il sena kont membru eżekuttiv u anke Segretarju tal- Għaqda Studenti Demokristjani, imwaqqfa minn Ray Bondin u li għadha hemm sal-lum. Niakar, meta dħalt l-università missieri kien qalli biex ma nurix x'inhi l-opinjoni politika tiegħi, u jien għamilt eżatt il-kuntrarju ta' dak li qalli. Malli dħalt l-università bdejt inkun attiv fl-SDM; għamilna kampanja favur il-grants li mbagħad wara fl-1987 bdew jingħataw l-istipendju taħt il- Gvern Nazzjonalista. Meta familti mxiet lejn Ħal Balzan, hemmhekk ingħaqadt mal-Kumitat taż-Żgħażagħ ta' Ħal Balzan tal-Partit Nazzjonalista u, tista' tgħid, li minn hemm bdejt nifforma l-karriera politika tiegħi. Fl-1978, meta kien għad kelli biss 21 sena, kien sejjaħli Fenech Adami. Kien talabni biex flimkien ma' Francis Zammit Dimech immorru għall-konferenza stampa nistaqsu d-domandi. Aħna kellna nistaqsu mistoqsijiet illi jniggżu u fl-istess ħin ridna ninterrrompu lill-Prim Ministru wkoll. Minn hemm nibtet ħbiberija bejni u bejn Zammit Dimech li għadha sal-lum, u anke ma' Ċensu Galea. It-tlieta li aħna konna ħriġna flimkien għall-elezzjoni fl-1981, u naturalment ħadd minna ma' kien tela' imma minn dejjem kont immers fil-partit. Li toħroġ għall-poliitka huwa piż kbir fuq il-familja u nappella lil dawk li jekk se jidħlu fil-politika bis-serjetà iqisu li jkollhom l-appoġġ tal-familjari tagħhom għax mingħajru, il-ħajja ssir diffiċli ħafna – irid li jkun hemm kunsens. Ma rridx naqta' qalb dawk li ħarġu u ma telgħux, għax jien mat- tielet darba tlajt. Meta tlajt iktar apprezzajt is-siġġu parlamentari u x-xogħol li għamilt milli xi ħadd jistenna li taqagħlu l-bajtra f 'ħalqu. Kont anke ffurmajt parti mill- Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista u wara kont sirt president ta' dan il-moviment u fl-1988 dħalt fl-eżekuttiv tal-partit. Jien ma jiddispjaċinix li dħalt fil- politika għax iltqajt ma' bosta. Kont inżur ħafna d-djar; ta' kull nhar ta' Sibt kont indur is-Siġġiewi. U b'hekk tlajt l-ewwel darba għax in-nies rat li speċi 'mhuwiex kiesaħ'. Imbagħad wara bdejt nitla' bi żniedi. Meta Birkirkara kienet ingħaqdet ma' Ħal Lija u Ħal Balzan; bdejt indur Birkirkara bieb bieb. Dik tatni esperjenza kbira. Il-politika fit-tmeninijiet kienet jew ma kinitx differenti minn tal-lum? Kienet differenti ħafna. L-ewwel ħaġa ma kinitx professjonali daqskemm hi llum. It-tieni kellek l-element tal-vjolenza li llum m'għandniex. Illum għandna affarijiet ħżiena oħra, iżda vjolenza fiżika m'hemmx – għalkemm kellna l-qtil ta' ġurnalista. Forsi vera li ma kellniex inċidenti ta' tkissir tal-każini u ħruq imma issa kellna l-qtil ta' omm, ta' mara miżżewġa, ta' ġurnalista – xi ħaġa li qatt ma kellna f 'pajjiżna. Il-politika tal-lum hija aħjar mis-sens ta' differenza, imma min-naħa l-oħra kellna incident verament ikrah li għadu lanqas hu solvut kompletament. U anke l-inkjesta li saret għadha ma ġitx implimentata. Fit-tmeninijiet kien hemm ukoll iktar lealtà lejn il-partiti, li għadha hekk sal-lum, imma dakinhar kienet iktar għolja. Meta dħalt fil-partit, Eddie Fenech Adami kien bħala kap. Ma ninsewx li għamel 10 snin bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Meta laħaq avukat, jien kien għad kelli biss sena. Dr Lawrence Gonzi niakru l-università. Hu kien fl-aħħar sena tiegħu u jien kont għadni nibda bl-ewwel sena. Jiġifieri jien kont inħares lejhom, u għalija dawn kienu l-idoli tiegħi. Fenech Adami kien kwiet imma kien strateġista kbir. L-isbaħ eżempju tal-istrateġija elettorali tiegħu kienet il-kwistjoni tar- referendum tal-Ewropa, wara li xi 53% kienu vvutaw favur u Dr Alfred Sant ma aċċettax ir- riżultat tar-referendum, kienet saret elezzjoni. Ovvjament dawk il-Laburisti li riedu nibqgħu fl- Ewropa, ma ridux li jitla' l-Gvern Laburista u jħassrilhom ir-riżultat, allura għall-ewwel u l-aħħar darba vvutaw lin-Nazzjonalisti. Dan juri li Fenech Adami kellu strateġija elettorali pura u li fiha ma kien jgħaddih ħadd. Mintoff kellu personalità oħra. Kien oratur kbir, speċjalment b'dak l-użu tal-pawża waqt id-diskors. Kien jaf idaħħaq ukoll. Għalkemm jien twelidt fil-partit ta' kontrih, bħalma qal Fenech Adami, ma tistax tgħid li Mintoff m'għamilx affarijiet tajbin – kif nisperaw li jgħidu l-Laburisti fuq Fenech Adami wkoll. Inti kont attiv fil-Partit Nazzjonalista – taħseb li l-PN illum qiegħed fi kriżi? L-ewwel santa ħaġa hi li l-Partit Nazzjonalista (PN) għamel 25 sena fil-Gvern u kellu jiġi mument li jmur fl-oppożizzjoni. Għadda minn it turbolenzi minħabba bdil fil-kap, imma naħseb li issa qed isib saqajh mal-art. Li huwa żgur hu li għandu sfidi kbar, fis-sens ta' xandir. Ix-xandir illum spiċċa, m'għadx ikun hemm diskussjonijiet politiċi. Punt ieħor, jekk naraw l-aħħar baġit, nisma' biss "baġit ġust". Dan huwa kollu mill-flus il-poplu. Il- PN irid jagħmel maratoni biex iwassal il-messaġġ tiegħu u l-PL juża l-flus ta' min iħallas it-taxxa biex jagħmel il-propoganda. Din hija propoganda pura, u trid u ma tridx din taffettwa lin-nies ukoll, jiġi ħasil il-moħħ. Jien naħseb li l-partit irid ikun iktar iebes li jiġġieled dawn l-affarijiet. Qabel, bħala l-Aġent President kien hemm Doleres Cristina. Din għaliex tneħħiet? Ma rridx nikkritika lil min tela', imma l-Gvern neħħieha biex anke l-Aġent President ma jkunx Nazzjonalist. Meta l-Prim Ministru rebaħ l-elezzjoni qal li jestendi jdejh ta' ħbiberija, u l-unika ħaġa li kellu l-PN meta jsiefer George Vella kien l-Aġent President, Dolores Christina, li neħħieha wkoll. Barra minn hekk, l-awtoritajiet fil-Kostituzzjoni, jiġifieri d-distretti, huma kontra l-PN. Għaliex huma kontra l-PN? Xi prova għandi? Kull darba li ssir elezzjoni jiżdiedu siġġijiet lill- PN għax ir-riżultat huwa inġust għall-PN peress li d-distretti huma kontra l-PN. L-agħar issa meta jitla' t-tielet partit fil-Parlament. Jien kont ipproponejt tradizzjoni li kien bdieha Fenech Adami. Din kienet li nofs il-membri tal-Kummissjoni jinħatru mill-Prim Ministru u jkunu dawk li għandu fiduċja fihom hu, u n-nofs l-ieħor jinħatru wkoll mill-Prim Ministru iżda jkunu nies li għandu fiduċja fihom il-Kap tal-Oppożizzjoni. X'taħseb li huma r-raġunijiet għaliex il-PN mhux qed jattira appoġġ mill-elettorat? L-appoġġ żdied, forsi mhux biżżejjed imma nżommu f 'moħħna li l-polls ivarjaw ukoll. Trid iżżomm f 'moħħok li l-PN dam ħafna fil-Gvern, iżda rridu nżommu f 'moħħna li huma n-nies li jiddeċiedu meta jitla' jew jinżel partit. Jien nemmen li bid-diffikultajiet kollha li qed ipoġġi quddiemu dan il-Gvern, il-PN qed jagħmel li jista'. Però, żgurissimu, f 'isem id- demokrazija, jien naħseb li hemm bżonn ta' bidla. Jekk jagħmel il- full-term, dan il-partit se jkun għamel 15-il sena. Imma issa wasal żmien ta' bidla. Mhux għax għadda ż-żmien biss imma anke minħabba l-iskandli li qed jinkixfu. L-iktar ħaġa li ddejjaqni mhux li qed jinkixfu l-iskandli, imma l-fatt li dan il-Gvern jgħid li ma hemm xejn ħażin. Inti persuna li tħaddan twemmin imsawwar fl-isfond ta' kultura Nisranija. Taħseb li din il-politika għada relevanti? Dawk huma l-għeruq tagħna. Jien kont favur ħafna li fil- Kostituzzjoni tal-Ewropa tidħol bħala fatt storiku li l-għeruq tal- Ewropa huma Nsara. Saru diversi liġijiet f 'Malta taħt iż-żewġ gvernijiet, minn dan il-gvern iktar, li huma kontra l-prinċipji kattoliċi. Ma jfissirx li għax ir-reliġjon tagħna hija Kattolika allura l-liġijiet iridu jkunu skont il-fidi Kattolika. Imma bħala stat ta' fatt, l-għeruq huma dawk, kif tista' tiċħadha? Nemmen li l-prinċipji Nsara jistgħu jiggwidawk fil-politika. Wara kollox, il-poliitka hija missjoni. Il- Qegħdin nipperikolaw u nkissru Elaine Camilleri tkellmet mal-Onorevoli Tonio Borg, fejn qasam l-esperjenza tiegħu ta' meta kien fil-kariga ta' Ministru u Kummissarju tal-Ġustizzja. Tana spunt tal-vjaġġ politiku li beda meta kellu 17-il sena, u qasam magħna x'kienu l-iktar kisbiet importanti li laħaq tul il-ħatra leġiżlattiva tiegħu. Borg għad għandu l-istess passjoni li kellu ta' żagħżugħ lejn il-kostituzzjonali Maltija, suġġett li għadu għal qalbu u jgħallmu l-Università ta' Malta