Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575
aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum intervista IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Konċilju tal-Vatikan it-Tieni jgħid li hija professjoni diffiċli imma nobbli. Irid ikollok boxxla, u jien nattwa ħafna l-prinċipji Nsara fil- politika. Apparti dan, jien attiv ħafna fl- Assoċjazzjoni tal-Life Network u fil-One of Us – għaqda internazzjonali tal-pro-life; u nħobb naħdem f 'dak il-qasam. Il-materjaliżmu huwa frott is- suċċess ta' soċjeta moderna … x'tikkummenta? Il-materjaliżmu għandu ħafna perikli kbar. Li inti jkollok ċertu livell ta' ħajja illi tiggarantixxi u tgħix f 'kumdità; li tkun tista' tagħmel kapriċċ żgħir jew tkun tista' ssiefer huwa tajjeb. Li huwa ħażin li l-materjaliżmu jsir għan fih innifsu għax dak ifisser li biex wieħed javvanza jrid jgħaffeġ lil ħaddieħor, anke jekk intom ħbieb, dak li jkun jagħmilha. Li jkollok it ambizzjoni ma fiha xejn ħażin. Li kieku jien ma kellix ambizzjoni ma kontx nidħol fil-politika. L-agħar li jkollok l-ambizzjoni bħala skop fih innifsu. Il-materjaliżmu l-istess ħaġa, li jkollok xrara biex timxi 'l quddiem huwa tajjeb. Il-Knisja hija kontra l-fatt li minn dak iż- żejjed li għandek ma tagħtix lura lil ħaddieħor, huwa periklu tal- materjaliżmu. Dan narawh f 'pajjiżi oħra u mhux f 'Malta biss. Int kellek rwol bħala Ministru tal-Ġustizzja – x'kienu l-kisbiet li kellek f'din il-kariga? Fil-ġustizzja jien għamilt riforma sħiħa tal-Kodiċi Kriminali. Kont daħħalt diversi emendi. Waħda minnhom li niaħar biha hija meta għaddejt il-liġi tal-IVF. Din għamiltha mhux biss bejn il- miżżewġin imma għal kull min għandu relazzjoni stabbli. Kif jista' jkun nikkriminalizzaw lil min mhux qiegħed f 'relazzjoni taż- żwieġ? Ħafna jargumentaw li jien konservattiv, imma mhu vera xejn għax il-liġi tal-IVF mhijiex skont ir-reliġjon Kattolika. Liġi oħra li niaħar biha wkoll hi li neħħejt id-diskriminazzjoni kontra t-tfal imwildin barra ż-żwieġ. Jien kif nista' nkun kontra l-abort u fl-istess ħin niddiskrimina kontra t-tfal ta' mara li minflok tagħmel abort, din tagħżel li jkollha t-tfal barra ż-żwieġ? Kelli battalja biex għaddejtha din il-liġi, u ħadt gost li kont jien il-ministru li neħħejt id-diskriminazzjoni fuq hekk. Id-diskriminazzjoni kienet fuq dawk l-ulied imwielda barra ż-żwieġ u kienet tgħid li jekk omm għandha wild barra ż-żwieġ u ieħor fiż-żwieġ, din ma tistax tħallilu iktar minn 1/3 tal-minimu li tħalli lill-wild imwieled fiż-żwieġ. Fil-qasam tal-ġustizzja, qabel kienet li jekk tkun miżżewweġ mingħajr tfal u ma tħallix testment, kienu jidħlu nies il-mara jew nies ir-raġel. Jien għamilt li f 'dak il- każ jirtu lil xulxin kompletament. Kont ukoll għamilt pressjoni fil- kabinett biex ma jkunx hemm taxxa tas-suċċessjoni fuq id-dar matrimonjali. Qabel kienet, li jekk imut ir-raġel l-ewwel, il-mara kienet tħallas it-taxxa tan-nofs tar- raġel. Dik konna neħħejnieha u issa ma jħallsux it-taxxa tas-suċċessjoni fuq id-dar matrimonjali. Kburi ngħid li jien kont li daħħalt bħala regola ċ-ċittadinanza doppja fil-qasam tal-intern. Kull min kien Malti xi darba u tilef iċ- ċittadinanza għax forsi ried isir Awstraljan, u peress li dakinhar ma konniex nippermettu li jkollhom tnejn, din awtomatikament reġgħet ingħatatlu lura. F'sitwazzjoni fejn il-missier kien Malti u l-omm kienet ta' nazzjonalità oħra, il- liġi ta' dakinhar kienet tagħtik ċans sa 18-il sena biex tagħżel iċ- ċittadinanza tiegħek. Ħafna ma kinux jafu biha, u min kien jagħżel ċittadinanza mhux Maltija, kien jitlef dik Maltija. Meta tispiċċa mill-politika, l-ikbar sodisfazzjon hu meta tħares lura u tara x'għamilt. Meta tara li nbidel il-Gvern u dak li għamilt ma nbidilx mela s-sinjali juru li l-affarijiet saru tajjeb. Inti esperjenzajt il-gwerra bierda bejn Gonzi u John Dalli. Din setgħet tiġi evitata? Meta jkun hemm vaganza wara 27 sena ta' kap bħal Fenech Adami u għandek vojt, u qegħdin fil-Gvern, naħseb tkun xi ħaġa stramba li joħroġ wieħed biss biex ikun Prim Ministru. Kienet ovvja li kien se jkun hemm żewġ tendenzi. Fil-fatt ħarġu tlieta għax kien ħareġ ukoll Louis Galea. Naħseb kienet xi ħaġa sana, u ħadd ma umilja lil ħadd. Jien naturalment kont ivvutajt lil Gonzi għax deherli li kien kontinwità aħjar ma' Fenech Adami u nirrispetta lil min ivvota mod ieħor. X'tgħidilna fuq iż-żmien li għamilt bħala Kummissarju? L-isbaħ żmien għax pajjiż żgħir kellu s-saħħa tiegħu f 'siġġu wieħed. Il-vera saħħa hija fil-kummissjoni għax fil-kummissjoni, kull pajjiż għandu kummissarju wieħed u kulħadd l-istess. Jien ma kontx nirrappreżenta lill-Gvern Malti. Meta kont fil-Kummissjoni, kont nirrappreżenta lill-Ewropa. Jiġifieri kieku nqala' każ kontra Malta, jien kien ikolli immexxi kawża kontra Malta. Fortunatament ma nqalgħux kawżi f 'dawk is-sentejn li kont Kummissarju kontra Malta. Int tkun fil-qalba tal-Ewropa, minflok tkun ministru ta' nofs miljun, tkun ministru ta' 500 miljun. Il-liġijiet kienet tipproponiehom biss il-Kummissjoni. Pajjiż jew membru parlamentari ma jistax jagħmel dan. Qiegħda hekk biex niżguraw li l-liġijiet isiru fl- interess tal-Ewropa, jekk tiksirx il- prinċipji, jekk hix fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, jekk hemmx biżżejjed fondi għaliha, u jekk hix liġi li verament hemm bżonnha. Kuntrarjament għal dak li jiġri fil-pajjiż individwali, fl-Ewropa inti m'għandekx is-saħħa li tgħaddi liġi għax ipproponejtha – int tipproponieha biss tista'. Tħares lura lejn x'kienu l-iżbalji li stajt evitajt meta kont fil-politika? Dawn naħseb huma żbalji ta' kulħadd. Li xi kultant tafda wisq. Xi kultant ma tiddelegax biżżejjed. Xi kultant xi ħaġa ma tagħmilhiex għax tibża' mill-konsegwenzi u bħala elettorali wkoll. Xi kultant li tparla żżejjed. Nannti kienet tgħid li diskors żejjed anke lill-avukat jagħmel ħsara. Xi kultant tgħid xi ħaġa u ma tindunax li qed tweġġa' lil xi ħadd. Din jiddispjaċini għaliha. Kull politiku, ibda minn Mintoff sa Alfred Sant, naħseb jekk iħarsu lura jiakru f 'xi mument fejn jgħidu 'dik il-kelma ma messnix għidtha.' Tista' tgħidilna fuq ix-xogħlijiet tiegħek fil-qasam tal- kostituzzjonal? Il-kostituzzjonal minn dejjem kien jogħġobni u kont nagħmel ħafna kawżi tad-drittijiet tal- bniedem. Hawnhekk kont dixxiplu ta' Giovanni Bonello. Kont niddendel ma' djulu. Minn dejjem kien urieni rispett allavolja kien hemm 21 sena differenza bejnietna. Niakar fil-kawża tal-Blue Sisters. Bonello kien talabni mmur infittixlu xi affarijiet. Din kienet esperjenza li għallmitni ħafna mingħandu. Meta dħalt l-università, imbagħad bdejt ngħallem dan is-suġġett tal-liġi kostituzzjonali. Eżempju ta' kawża fejn attakkajna l-liġi tal-entitajiet barranin, li jekk jiġi barrani jitkellem f 'laqgħa politika jkun qed jikkommetti reat kriminali. Zammit Dimech u jiena konna stedinna ħabib tagħna Taljan u ġie jitkellem fuq in-nazzjonijiet uniti. Malli niżel, arrestawh! Guido de Marco, Bonnici, jien u Francis Zammit Dimech attakkajna l-liġi. Il-libertà tal-espressjoni hija għal kull min qiegħed f 'Malta u mhux għall-Maltin biss. Illum ngħallem dan il-każ għax oltre tgħallem dan il-każ minn ktieb, u oltre tkun għextu int. Il-ktieb 'The Blue sisters saga, a legal and factual analysis,' – x'ispirak li tikteb dan il-ktieb? Din storja li niakarha, u ktibtha biex ma tintilifx għaliex hija storja li tulha nqalgħu wisq kwistjonijiet legali u politiċi li jduru magħha. Din kienet waħda mill-isbaħ sentenzi fid-dritt amministrattiv. Kien taha l-Imħallef Joseph Herrera fejn qal li ma tistax teżerċita l-poter tiegħek bħala gvern b'mod irraġonevoli. It-tieni, fl-appell inqala' inċident li l-Prim Imħallef ta' dakinhar talab li jinqara l-artiklu tal-Kodiċi Ċivili li ma kellu xejn x'jaqsam u kienet inqgħalet kumplikazzjoni kbira. Frank Portelli kien kiteb dwar din il-mossa tal-Prim Imħallef u tellagħha għad-disprezz tal-Qorti u xi mitt avukat kienu ffirmaw rikors kostituzzjonali ħalli l-istess imħallef ma jiddeċidix id-disprezz tal-Qorti hu. Kienu rriżenjaw żewġ imħallfin tal-appell, inkluż il-Prim Imħallef. Mintoff kien saħansitra ssospenda l-qrati għal xi xahrejn u nofs. Kien hemm inċident li kien jinvolvi lil Vanni Bonello fejn sid ta' ristorant qallu li ġej xi ħadd għalih b'arma tan-nar, u hekk kien ġara. Dan kollu seħħ f 'każ wieħed u jduru mal-istess inċident tal-Blue Sisters, li mbagħad eventwalment kienu rebħuha l-kawża. Wara kienet saret liġi biex każijiet bħal tal-Blue Sisters ma jerġgħux isiru iktar fil- Qorti. Il-Gvern ta' Mintoff kien imbagħad iddeċieda li jkeċċi lis- sorijiet Irlandiżi u seta' jagħmel dan għax dakinhar ma konniex fl-Ewropa. Insellem lill-Imħallef Harding u l-Imħallef Herrera li kienu ħarġu għonqhom fi żminijiet tant diffiċli. Fl-esperjenza tiegħek, x'inhuma l-aktar sfidi urġenti li qed taffaċċja l-liġi kostituzzjonali f'Malta llum? U kif għandhom jiġu indirizzati? Il-kostituzzjoni tagħna għandha wisq black holes. Is-sena d-dieħla ħa noħroġ ktieb 'e Maltese Constitution at Sixty' li jittratta fuq hekk. Hemm ħafna partijiet tal-kostituzzjoni fejn jgħidu li din il-kwistjoni ma tistax tigi indagata mill-Qorti. Hemm miktub fl-artiklu 115, li l-liġijiet kollha li saru qabel l-1962 ma jistgħux imorru kontra d-dritt tal-propjetà. Fil-fatt, il-kawżi tal- propjetà aħna nagħmluhom taħt il-konvenzjoni Ewropea mhux taħt il-kostituzzjoni, imma llum m'għadx hemm skop għaliha. Dawn huma it mill-problemi li għandna fil-kostituzzjoni tagħna. L-ikbar problema hi jekk jien irrid nattakka liġi għax tmur kontra l-kostituzzjoni, irrid nipprova interess personali fil- liġi. X'jiġifieri? Il-liġi tapplika għal kulħadd, u la għaddiet mill- parlament, kulħadd għandu dritt jattakkaha. Qegħdin nipperikolaw u nkissru s-supremezija tal-kostituzzjoni. Din diffiċli biex il-Gvern jaċċettaha għax ifisser li aktar nies jistgħu jagħmlu kawża. L-Għaqda Studenti tal-Liġi għadhom kif ippubblikaw abbozz lill-Oppożizzjoni u lill-Gvern biex meta wieħed jagħmel kawża kontra l-Gvern irid japprova xi interess. M'hemmx għalfejn ikun interess "personali" imma turi interess suffiċjenti min-naħa ta' dik il-persuna li se tiaħ il-kawża. Bħalissa, l-ikbar problema legalment hija din il-ħtieġa ta' interess ġuridiku li fl-opinjoni tiegħi qed tiġi interpretata ħażin mill-qrati. nkissru s-supremezija tal-kostituzzjoni F'isem id-demokrazija, jien naħseb li hemm bżonn ta' bidla