Illum previous editions

ILLUM 3 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, IŻ-ŻODJAKU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON Il-bidu tad-disa' żodjaku: Sagittarius Novembru hu x-xahar li jgħaqqad diversi aspetti interessanti, ibda minn dawk tat-tiiriet tal-għeżież tagħna li m'għadhomx magħna u kompli b'dak il-festin ta' San Martin. Iżda Novembru hu wkoll ix- xahar tal-bidla mit-tmien żodjaku ta' Skorpjun għall-bidu tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius. Dan ifisser ukoll li issa bdejna l-aħħar kwart tal-kalendarju żodjaku li jintemm fl-20 ta' Marzu. Dan iż-żodjaku ta' Sagittarius jgħaqqad it-tmiem tal-istaġun tal-ħarifa għall-bidu tal-istagun tax-xitwa, kif ukoll idaħħalna fl-ispirtu tal-festi tal- Milied fejn ħafna ġa ramaw id- djar u l-ħwienet bl-atmosfera tal-Milied. Iż-żodjaku ta' Sagittarius ħafna jaħsbuh bħala l-aħħar żodjaku tas-sena minħabba li jwassal sa kważi l-aħħar ta' Diċembru, iżda fil-fatt ikun baqa' tliet żodjaki sabiex jintemm il-kalendarju żodjaku. Dawn huma ż-żodjaku ta' Capricorn, Aquarius u Pisces. Id-disa' żodjaku ta' Sagittarius jibda nhar l-Erbgħa 22 ta' Novembru u jintemm nhar il- Ħamis 21 ta' Diċembru. Dan iż-żodjaku jippreżenta żewġ simboli; dak tal-vleġġa u dak ta' nofs persuna b'forma umana u nofsha ta' kreatura, jew f 'forma ta' żiemel jew inkella f 'forma ta' ċerva. It-tifsira tagħhom hi li waqt li s-simbolu prinċipali jibqa' l-vleġġa, is-sinifikat taghha skont il-mitoloġija Griega jissimbolizza dak il-fejqan imsejjaħ healing, li hu mezz ta' fejqan mhux b'kura medika imma mezz ta' fejqan b'meditazzjoni profonda. Is- simbolu għandu t-tieni tifsira li hi dik ta' PONT li jgħaqqad lid-dinja tagħna ma' dik imsejħa l-ETERNITÀ SPIRITWALI! L-isem ta' dan iż-żodjaku, dejjem skont il-mitoloġija Griega, ġej mill-kliem Τοξότης Toxotes li mbagħad, meta jinqaleb għal-Latin, joħroġ propju l-kelma Sagittarius. Iż-żodjaku ta' Sagittarius huwa ffurmat mill-element ta' Nar flimkien maż-żewġ żodjaki l-oħra ta' Aries u Leo. Dawn flimkien joffru bosta prospetti fosthom l-aktar magħrufa s-sensittività fl-imħabba u d-determinazzjoni. Għandhom ukoll iżda f 'ċerti mumenti dik it-tendenza li ssib xi ras iebsa li tkun trid tgħaddi tagħha, però min-naħa l-oħra huma ħafna sensittivi u mhux l-ewwel darba li dan l-aspett jagħmilhom ħafna vulnerabbli. Fuq nota pożittiva huma wkoll persuni li joffru l-għajuna profonda kollha tagħhom barra li tispikka l-umiltà kbira tagħh om! Bħal kull żodjaku għandek il- kombinazzjoni ta' żewġ qmura fejn it-Tnejn 27 ta' Novembru ser nesperjenzaw il-fazi tal- qamar kwinta waqt li l-fazi ta' new moon ser inkunu qed nesperjenzawha nhar l-Erbgha 13 ta' Diċembru. Fatti interessanti dwar il-karattru taż-żodjaku ta' Sagittarius, meta tinkiseb il- kunfidenza kompluta int żgur tkun taf fejn int, iżda dan iż-żodjaku jbati ħafna mill- burdati u għalhekk trid tagħraf timxi sew. Waħda mill-aktar sitwazzjonijiet għal qalbhom hija l-vaganzi li tispirahom, kif ukoll li jqattgħu ħin fin-natura. Magħrufin kemm huma umli u jħobbu ħafna l-annimali. Persuni famużi li jagħlqu żmienhom waqt dan iż-żodjaku nsibu lil Winston Churchill, Britney Spears, Bruce Lee, Kirk Douglas, Steven Spielberg, Tina Turner, Brad Pitt, Frank Sinatra, Christina Aguilera, Walt Disney, Ludwig van Beethoven, Ben Stiller, u l-Papa Franġisku fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista' ssibha fl-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, "L-Oroskopju minn PaulJon" jew tista' żżur is-sit www.pauljon13.com. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf għand Free Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 December 2023