Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -għażla ta' Omar Farrugia bħala Chairperson ta' Sports Malta ġabet l-istmerrija mill-Partit Naz- zjonalista u l-Kap tal-Oppożizz- joni iżda kritika it li xejn mill-pubbliku ġenerali. Il-pubbliku Malti jidher klinikament mejjet, u iktar ma jgħaddi żmien iktar naraw sinjali ta' nuqqas ta' impenn u interess f 'dak li qed jiġri madwarna, ħlief għas-soltu kritika ripetuta tal-grupp Repubblika Neo-Nazzjonalista u s-soltu segwaċi tagħhom. Omar Farrugia x'aktarx huwa bniedem li jiem fl-isports, u jista' jkun li huwa kompetenti. Iżda hemm problema grassa u waħda li mhux qed napprezzaw. Farrugia huwa Deputat Parlamentari f 'isem il-Partit Laburista u mhuwiex xieraq li bħala deputat ikollu kariga bħala Chairman ta' entita pubblika. Il-PN ikkritika l-għażla għax skontu hemm aktar nies kapaċi. Argument pwerili meta tikkunsidra li l-pożizzjoni ta' Chairperson irid ikollu l-fiduċja tal-Gvern tal-ġurnata għax irid jixpruna l-politika tal-Gvern elett f 'dak il-qasam. Il-problema tal-għażla ta' Omar Farrugia tinsab fil-fatt li huwa Deputat Parlamentari. Xejn aktar. U l-unika raġuni għalfejn intgħażel Farrugia hija li l-paga tiegħu bħala Deputat Parlamentari u tal-kollegi tiegħu hija waħda miżera (minħabba d-deċiżjoni tal-Gvern li ma jbiddilx radikalment is-salarji tad-deputati). Infatti d-deputati taż-żewġ naħat għandhom pagi li huma baxxi wisq u għalhekk ħafna minnhom għandhom impjiegi fissi (suppost) fil- privat u fil-gvern. Safrattant hemm deputati miż-żewġ naħat li għandhom rekord li jaħdmu mal-Gvern iżda li ma jidhrux fuq il-post tax-xogħol. Mhux wieħed jew tnejn imma ħafna. Mhux hekk biss, imma jaħdmu f 'xogħol li huwa estranju għall-esperjenzi tagħhom. Dawn imbagħad għandhom l-ardir li jippontifikaw fuq min qed jiġi mħallas minn fondi pubbliċi. Bħalma min jitkaża bil-fondi tal-Gvern imbagħad arah jitlob flus il-ministri. Iż-żewġ partiti dejjem raw kif in-nies tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti. It-tort ta' din is-sitwazzjoni hija ħtija tal- Gvern u tal-Oppożizzjoni li huma kontra li s-salarji tad-deputati u tal-eżekuttiv jitjiebu. Biża' biex is-salarji jirriflettu x-xogħol siewi li għandhom id-deputati. Xogħol li għandu jkun ikkunsidrat bħala full-time u qatt part-time. Robert Abela u Bernard Grech jeħtieġ li jingħaqdu flimkien u jitkellmu fuq l-istat tal-biki tal-pagi ta' nies eletti. Iridu jkunu maturi u jieħdu deċiżjonijiet iebsa imma siewja. Imbagħad iridu jagħmluha impossibbli li min huwa fil-Parlament ikollu xogħol ieħor. Jew ħa nkunu serji u dedikati jew inkella se nkomplu nħawdu kif jaqblilna. Bżonn ta' deċiżjonijiet iebsa