Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575
13 kultura IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Christmas in the Capital: Programm ta' 29 avveniment festiv fil-Belt Valletta tul Diċembru Collectively Solo III: Il-wirja tal-arti li qed tħaddan l-individwalità kollettiva għat-tielet darba Fl-20 ta' Novembru, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, flimkien maċ- Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, żvela l-iskeda tal-avvenimenti għall-Christmas in the Capital. Ipprepara għal sensiela ta' attivitajiet u attrazzjonijiet tal- festi tul Diċembru kollu fil-Belt Valletta! Hekk kif ħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet, Il-Ministru Bonnici sostna li l-programm jagħti ċ-ċans lill-familji f 'Malta u Għawdex biex iżuru ċ-ċentru kulturali li huwa l-Belt Valletta matul l-istaġun tal- Milied. Huwa stqarr li l-Belt hija l-aqwa post għal ċelebrazzjonijiet bħal dawn, filwaqt li enfasizza li l-Gvern huwa kommess li jiffaċilita attivitajiet kulturali fil-Belt Kapitali u f 'diversi postijiet madwar il- pajjiż; "Dan l-avveniment jibni fuq l-impenn tagħna li niċċelebraw il- kultura fid-diversi ġeneri tagħha u li nkomplu nappoġġaw lill-artisti." Barra minn hekk, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, stqarr li l-avvenimenti li jippromovu l-paċi u t-trankwillità ġew inklużi fil-Programm tal-Milied, bħala rikonoxximent tal-kriżijiet kontinwi madwar id-dinja. Dawn jinkludu l-Purċissjoni ta' Ġesù Bambin li hija drawwa maħbuba u sinifikanti għal ħafna Maltin. Skont Micallef, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) ippjanat 29 avveniment u attività fil-Belt Kapitali li kollha se jseħħu fi żmien xahar. Stilt walkers, korijiet mużikali, wirjiet minn baned u vokalisti lokali magħrufa … l-iskeda għandha minn kollox. Il-viżitaturi jistgħu janteċipaw atti mużikali spettakolari minn e Travellers, Ira Losco, Gianluca Bezzina, Centrestage Children's Choir, Sean & Veronique, RIONA, Opening Doors, EnKor, Malta School of Music, Kor Malta, u Choral and Orchestral Society Maria Bambina, fost oħrajn. Il-ġimgħa li għaddiet, propju fis-27 ta' Novembru, ingħata bidu għal Christmas in the Capital billi nxtegħlu d-dwal tal-Milied fit- triq prinċipali tal-Belt Valletta, u nxtegħlet ukoll is-siġra tal-Milied. Barra minn hekk, ġie inawgurat presepju artistiku tal-Milied viċin id-daħla tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Ukoll, e Travellers nedew il-kanzunetta tagħhom "Tridx tkun tiegħi dan il-Milied" flimkien ma' Ira Losco u Gianluca Bezzina. Il-Ġimgħa l-1 ta' Diċembru, l-eċitament kompla hekk kif e Centerstage Children's Choir tellgħu spettaklu bl-armoniji sbieħ u l-għanjiet ħajjin tal-Milied. Imbagħad, fil-5 ta' Diċembru se jkun hemm projezzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ, l-istess post fejn se jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta' Lejlet l-Ewwel tas-Sena. Barra minn hekk se jindaqqu diski tal-Milied fi Triq ir- Repubblika f 'kull ġurnata tal- avvenimenti. Il-programm tal- Milied ta' din is-sena jinkludi wkoll street animators, pop-up events minn Dancel Dance Studio, kif ukoll workshops għat-tfal fil- Valletta Design Cluster. Allura, kun ċert li żżur il-Belt Valletta f 'Diċembru din is-sena! Biex issib aktar informazzjoni dwar Christmas in the Capital u d-diversi avvenimenti li se jsiru, mur fis-sit tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta https://www. vca.gov.mt/en/events/. Wirja kollettiva bl-isem Collectively Solo III se tittella' f 'Gallery23 dan ix-xahar. Però, dan it-titlu ossimoroniku għandu tifsira ħafna inqas astratta milli jidher. Fil-fatt huwa pjuttost preċiż u letterali. Kullħadd jiakar il-pandemija u l-konsegwenzi tagħha fuq is-settur tan-negozju. Ħafna ristoranti u bars madwar id-dinja kellhom jagħlqu bibienhom. Fid-dinja tal-arti, l-għeluq tal-galleriji ma waqqafx lill-artisti milli jpinġu, anzi xi wħud jgħidu li tathom aktar ħin biex jinvestu fix-xogħlijiet tal- arti tagħhom. Sfortunatament, l-istess ma jistax jingħad għad- dilettanti/esebituri tal-arti. L-ispazju għall-wirjiet huwa diġà xi ħaġa li mhix sempliċi biex takkwista, iktar u iktar għall-kollezzjonijiet individwali. Għalhekk wieħed jista' jimmaġina d-diżappunt li ħassew dawk l-artisti li l-wirjiet tagħhom kellhom jiġu sospiżi. Biex jiġġieldu kontra dan, il-fundaturi ta' Gallery23, Rachel Said u Alexia Gingell Littlejohn, ħarġu bl-idea ta' Collectively Solo | 2020. Huma kkompilaw kemm ix- xogħlijiet ta' seba' artisti li kellhom il-wirjiet skedati, kif ukoll ta' xi wħud li kienu wrew ix-xogħlijiet tagħhom qabel, u ħolqu kollezzjoni waħda f 'Diċembru 2020. Naturalment, ma kien hemm ebda tip ta' tema jew stil konsistenti bejn l-arti kollha, għalkemm il-galleristi żguraw li jagħżlu biċċiet li marru tajjeb flimkien. Minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, il-wiri seta' jsir biss b'appuntament. Madankollu, verżjoni diġitali saret disponibbli online. Il-kuratur Rachel Said stqarret "... dik il-konnessjoni fiżika li tippermettilek tintilef f 'xi pajsaġġ jew biċċa astratta meta tkun fil-gallerija. Din il- konnessjoni personali hija diffiċli biex tirreplikaha virtwalment." Sena wara fl-2021, il-galleristi għaqqdu grupp ieħor ta' artisti flimkien għal wirja kollettiva oħra tal-isem 'Collectively Solo II'. Din reġgħet qanqlet l-istess sens ta' għaqda u saħansitra żvelat aktar artisti lokali, u għalhekk mhix sorpriża li ħolqu edizzjoni oħra għal dis-sena. 'Collectively Solo III' se tinkludi 20 artist, kemm dawk stabbiliti kif ukoll dawk ġodda fix-xena. Il-viżitaturi jistgħu janteċipaw firxa ta' pitturi u ċeramika li ġew magħmulin minn diversi mezzi u materjali. Collectively Solo III tiaħ f 'Gallery23 ġo Ħal Balzan fl-1 ta' Diċembru u tagħlaq fit-3 ta' Diċembru. Il-viżitaturi jistgħu jattendu nhar ta' Erbgħa mis-6.30 pm sat-8 pm, kif ukoll il-Ħdud mill- 10.30 am san-12.30 am. Inkella, ikkuntattja lill-gallerija fuq 9942 8272 jew info@gallery23malta.com biex iżżurha b'appuntament.