Illum previous editions

ILLUM 3 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Elena Cardona tesplora l-Milied Żvediż permess tal-karattri ta' Rutan u Otto fil-kiteb Milied Imħawwad (Merlin Publishers, 2019). Il-Mewlet Tiegħek Maġiku? Fix-xhur ta' qabel il-Milied deјјem ikolli dibattitu intern jekk għandix inqatta' l-festi tal-Milied f 'xi belt Ewropea jew hawn Malta. Ix-xewqa li nesperjenza l-borra, il-qastan imsaјјar, l-inbid sħun ifewwaħ bil-kannella u l-frott idellek bit-tofi јew biċ-ċikkulata fis-swieq tal-Milied hija irreżistibbli. Iżda deјјem nagħżel li nibqa' Malta biex niċċelebra l-Milied mal-familјa. Veru li matul is-snin in-nies madwar il- meјda deјјem јonqsu għax dawn l-għeżież ħallewna imma isbaħ minn dari ma nsibx. Però din is-sena xorta waħda rnexxieli nivvjaġġa lejn pajjiż fejn hemm il-borra u aktar kesħa permezz tal-ktieb Milied Imħawwad. Dan il-ktieb, li hu ambjentat fl-Iżvezja, hu addattat għall-Malti minn Ġorġ Mallia u Marie Louise Kold u ġie ppubblikat fl-2019 minn Merlin Publishers. Il-ħarsetta tal-ktieb mill-ewwel tpoġġi lill-qarrejja f 'kuntest: 'Storja għall-Avvent f '24 kapitlu. Storja umoristika u atmosferika. Storja li twassal lill-Maltin mhux biss l-istorja tal-Milied ta' Rutan, imma wkoll twassal ritratt ċkejken ta' kif iqattgħu l-Milied l-Iżvediżi. Ktieb ideali biex jinqara kemm maż-żgħar kif ukoll mal-kbar ... ma' kull min qed jistenna b'ħerqa l-Milied.' Kienet propju din il-ħarsetta li ħeġġitni naqra dan il-ktieb u nipprepara ruħi għal avventura indimentikabbli. Fil-bidu tar- rakkont, il-qarrejja jiltaqgħu ma' Rutan, tifla mfarfra li l-ikbar xewqa li kellha għal dak il-Milied kienet li jkollha ħabiba. L-akbar ħabiba tagħha Elsa, li kienet toqgħod quddiemha, marret tgħix ġo belt oħra mbiegħda. X'jiġri meta Rutan tilmaħ 'xi ħaġa blu ħdejn l-iskrivanija tagħha'? Fejn kienu l-imqass u s-sikkina tal-ġobon? X'inhuma Ħawwada u l-Mewlet? L-akbar xewqa ta' Rutan għal dak il-Milied issir realtà? L-iktar ħaġa li għoġbitni hu l-mod kif inhu mqassam il- ktieb. Mhijiex xi ħaġa daqshekk komuni fil-letteratura Maltija li l-kapitli jġibu l-isem tal-karattri tar-rumanz. F'moħħi qegħdin jiġuni r-rumanzi Nirien ta' Mħabba u Kulħadd barra Fajża ta' Ġużè Chetcuti u John P. Portelli rispettivament. Dawn il-kapitli jġibu l-isem tal-karattri fir- rumanzi u b'hekk il-kapitlu jkun iservi ta' vuċi għal dak il-karattru partikolari li jgħin fil-binja tal- plott. Milied Imħawwad jaħdem fuq sistema simili iżda minflok li l-kapitli huma msemmija għal karattru partikolari, dawn huma assoċjati mal-ġranet ta' Diċembru. Għalhekk il-qarrejja jsibu erbgħa u għoxrin kapitlu – qari garantit mill-ewwel ta' Diċembru sa lejlet il-Milied, li jgħin biex tinħoloq atmosfera tal-Milied, antiċipazzjoni u eċitament. Barra minn hekk, jekk xi ħadd jaqta' qalbu li jaqra ħafna paġni kuljum, hu meħlus minn din ir-rabta. Ħaġa oħra li intrigatni hija l-glossarju fuq in-naħa ta' wara tal-ktieb. Hija idea tassew tajba li f 'kotba tradotti jew addattati dawn ikunu jinkludu glossarju. Il-glossarju, li jkun lejn l-aħħar tal-ktieb, jagħti tifsiriet ta' kliem marbuta ma' reġistru partikolari. F'dan il-każ il-kliem huwa marbut ma' tradizzjonijiet tal-Milied Żvediż li l-qarrejja jiltaqgħu magħhom huma u jsiru jafu lil Rutan u l-ħabib misterjuż tagħha. Ngħidu aħna qatt ma kont naf li l-perżuta moħmija (Julskinka) hija parti mill-ikla tradizzjonali tal-Milied Żvediż. Jew inkella li dakinhar ta' Santa Luċija fit-tlettax ta' Diċembru jiġi mittiekel il-ħobż ta' Santa Luċija (Lussekatter). Skont il-glossarju dawn huma 'ħbejżiet b'togħma ħelwa, imħawra biż-żagħfran u li fuqhom ikollhom iż-żbib. Ta' spiss ikunu f 'forma ta' 'S' bil-maqlub, u għalhekk ikunu jixbhu ħafna x-xeħta ta' qattus'. Fil- fatt din il-festa qanqlitli l-kurżità u wara li komplejt infittex fuqha, tgħallimt li din il-festa tiaħ iċ- ċelebrazzjonijiet tal-Milied fl- Iskandinavja u li hi simbolu ta' tama u dawl f 'dan iż-żmien fejn jiddomina d-dlam peress li jisbaħ tard u jidlam kmieni. Issir ukoll purċissjoni fejn tifla b'kuruna ta' xemgħat fuq rasha tirrappreżenta lil Santa Luċija, waqt li tkun akkumpanjata minn tfal oħra, li lkoll flimkien ikantaw kant tradizzjonali. F'din il-purċissjoni Rutan tkun ser tilbes ta' Santa Klaws waqt li Otto jkun jixtieq jilbes ta' 'wieħed minn dawk il-Luċija'. Biex Otto ma jkunx imdejjaq u jieħu sehem fil-purċissjoni, u fl- istess ħin ma jagħtix daqshekk fil-għajn, Otto jilbes il-kostum ta' Santa Klaws u Rutan ta' Luċija. Għalhekk il-glossarju mhux biss jgħin lill-qarrejja jimu kultura li mhix tagħhom, iżda jħeġġiġhom jitqarrbu ma' u jimirħu f 'kulturi oħra. Barra minn hekk Milied Imħawwad jitfa' dawl fuq tema essenzjali marbuta mal-Milied: il- ħbiberija. Apparti milli l-Milied hu sinonimu mat-twelid tal-Messija, għal dawk li jemmnu fir-reliġjon Nisranija, kważi kulħadd jiċċelebra valuri komuni bħall-ħbiberija, l-altruwiżmu, l-imħabba lejn il- proxxmu u l-ferħ. Fil-bidu din il-ġrajja 'mħawda' tibda b'Rutan li tkun tixtieq ħabiba. Fil-fatt fl-ittra lil Santa Klaws, hi titolbu biex Elsa terġa' lura fil-belt tagħha, minkejja li din hi xewqa impossibbli. Iżda sal-aħħar kapitlu Elsa mhux biss ikollha ħabib speċjali – lil Otto, li it ikunu jistgħu jarawh, iżda ssir ħabiba tal-qalb ta' Jamal li tant kien jogħġobha. Dawn isiru wkoll ħbieb ma' Teo, li għall-bidu kien jgħaddihom biż-żmien. Agħmlu ħbieb intom ukoll ma' dawn il-karattri ħelwin li żgur se jsebbħu l-Milied tagħkom billi tiħu l-paġni ta' dan il-ktieb u b'hekk issiru tafu jekk il-mewlet tagħkom huwiex maġiku daqs ta' Rutan u Otto. Veru li dan il-ktieb ilu xi it snin li ħareġ, iżda għadu jfuħ daqs il-ħobż ta' Santa Luċija u relevanti immens għall-valuri li jittrażmetti lill-qarrejja. Apparti milli l-Milied hu sinonimu mat- twelid tal- Messija, għal dawk li jemmnu fir-reliġjon Nisranija, kważi kulħadd jiċċelebra valuri komuni bħall-ħbiberija, l-altruwiżmu, l-imħabba lejn il- proxxmu u l-ferħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 December 2023