MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum intervista Biex nibdew, tista' tgħidli x'inhi l-mira ta' PEN f'Malta? PEN hija assoċjazzjoni internazzjonali illi għandha numru ta' fergħat f 'ħafna pajjiżi. Ċerti pajjiżi li huma kbar jaf ikollhom iktar minn fergħa waħda, anke ċerti pajjiżi li għandhom aktar minn lingwa waħda jaf ikollok PEN għal kull lingwa. Kullimkien, il-mira ta' PEN hija li jiġi ssalvagwardjat id-dritt tal- espressjoni ħielsa tal-artist, kemm ta' ġurnalist, imma anke jekk huwa pittur, xorta waħda hija responsabbli għalihom. Li kittieb ma jħossux intimidat. Meta jkun hemm każi ta' theddid ta' intimidazzjoni jew fastidju għal raġunijiet ta' kitba jew ta' pittura, skont il-każ, aħna nieħdu azzjoni. Hija verament rappreżentattiva tal- awturi Maltin? Attwalment, PEN ma tirrappreżentax l-awturi Maltin għax din mhijiex union tal-ħaddiema – dik tkun rappreżentanti. PEN International għandha statut twil. Lilna, bħala PEN Malta, li biex twaqqafna domna, dawn jitolbuk l-istatut biex jaraw li huwa konduċenti u ideali għal PEN International. Jaraw li t-tmexxija u l-proċess ta' tmexxija huwa skont il-fehmiet u l-filosofija ta' PEN International. Jien ma nistax bħala PEN ngħid li dak il-kittieb dejjaqni allura mhux se naqbeż għalih. Le. Bħal kull PEN madwar id-dinja, meta jkun hemm każ ta' intimidazzjoni, theddid, fastidju għal xi artist, PEN tieħu azzjoni u dan jiddependi mill-każ. Jekk ikun hemm każi bħalma kellna hawn Malta fejn ġurnalist jitneħħa minn postu minħabba l-affarijiet li kiteb, jew qed jiġi mhedded fiżikament jew moralment, aħna nieħdu azzjoni skont il-każ. L-aħħar polemika dwar persuna li kellha kunflitt ta' interess turi l-problema intrinsika taċ-ċokon ta' pajjiżna u l-firda li hemm fil- komunità ta' kittieba Maltin? Għalfejn ħadna azzjoni? U kif ħadnieha? Oriġinarjament, jien ħriġt stqarrija personali, f 'ismi, għaliex ħassejt li din il-persuna għamlet allegazzjoni. Irrid nisħaqha din għax f 'diversi gazzetti ma saritx id-distinzjoni bejn allegazzjoni u opinjoni. L-ewwel ħaġa li ġrat kienet li jien ħriġt stqarrija f 'ismi u mhux f 'isem PEN, u li din il-persuna għamlet allegazzjoni serja u li din il- persuna għandha tagħmel apoloġija lill-kittieba. Fl-istess waqt ħassejt li postha fil-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb (KNK) huwa skomdu ħafna u jiena tlabt ir-riżenja. Kif daħlet PEN? PEN daħlet għax qablet ma' dak li għedt jien u ħarġet stqarrija hi. L-effett f 'Malta jiġri fuq Facebook, u kien hemm min spinjaha, kien hemm min kellu dan l-interess li aħna PEN Malta qed noħonqu l-libertà tal-espressjoni. U nafu li llum il-ġurnata n-nies jaqraw il-'headline' u daqshekk, li bażikament din pinġietna li aħna rridu noħonqu l-libertà tal- espressjoni. Aħna pruvajna niċċaraw il-punt, u ħadd ma beda jeħodna bis- serjetà. Il-kittieba, sfortunatament, ħafna minnhom mhux talli ma appoġġjawx dak li għedna aħna talli ħarġu fil-pubbliku kontrina. Jien ma niddejjaqx li ħarġu fil- pubbliku kontrina għax nemmen fil-libertà tal-espressjoni. Li ddejjaqt jien personalment kien li ma bdietx issir din id-distinzjoni li din l-allegazzjoni saret minn manager tal-KNK. PEN daħlet għax ħasset li malli din il-persuna għamlet din l-allegazzjoni, il-kittieba qegħdin jidhru f 'dawl ikrah u nxteħtet allegazzjoni serja ħafna fuqhom li mhix issostanzjata. Kieku din il- persuna semmiet min, hemmhekk konna nfittxu għall-provi u jekk kien ikollha raġun, nieqfu hemm. Il-fatt li tagħmel allegazzjoni persuna li taħdem fil-KNK, terġa' u tgħid li it wara l-KNK jagħmel mossa li ħadd ma jista' jiimha; fejn ħareġ apoloġija hu, minflok hi. Hemmhekk tgħid, mela l-Kunsill jaf b'xi ħaġa? Iva, vera l-kittieba ma kinux magħquda f 'din il-biċċa. Il- maġġoranza li tkellmu – mhux il- maġġoranza tal-kittieba imma ta' dawk li tkellmu – ħadu pożizzjoni kuntrarja. Magħhom ingħaqdu nies oħrajn li ma kinux kurrenti ma' li ġara eżatt u lilna akkużawna li qed noħonqu l-espressjoni tal-kelma. Lili personalment għajruni 'kiesaħ', 'bully' u ma nafx kemm-il aġġettiv ieħor f 'temp ta' tlett ijiem. Jinkwetani wkoll li l-ġurnalisti kontinwament iħambqu fuq il- kontabbilità, u fl-istess waqt, ħafna minn dawn in-nies li jitkellmu fuq il-kontabbilità, meta ġejna f 'dal-każ, din sparixxiet. Mhux talli sparixxiet, imma ġejna akkużati li qed noħonqu l-espressjoni tal-kelma, meta aħna qegħdin ngħidu li din il-persuna mhux opinjoni għaddiet, imma allegazzjoni. Għandha pożizzjoni fi ħdan il-KNK u allura din il-mara għandha terfa' r-responsabbiltà għal dak li qalet. Din la għamlet apoloġija pubblika, u la tat spjegazzjoni. Aħna, bħala PEN, kellna laqgħa mal-KNK fejn qalilna li din tat spjegazzjoni għal dak li qalet. Iżda l-Kunsill irriuta jgħidilna x'inhi din l-ispjegazzjoni u bażikament bqajna b'xejn. Il-Kunsill tal-Ktieb tal-bieraħ u tal- lum kif tiddeskrivih? Nista' nitkellem fuq tal-lum. Il- Kunsill ma nafx kif qed jiffunzjona. Il-maġġoranza ta' dan il-bord irriżenja allura l-bord mhux qed jiltaqa'. Kif kienet is-sinerġija bejn il-Kunsill u l-bord, qatt ħadd minna ma fehem, lanqas qabel. Issa kollox wieqaf hemm u l-Kunsill qed jaħdem waħdu. U jien naħseb kien id-dover tiegħu li jgħidilna li rriżenja, għax qas dik ma kien qal. Issa li kulħadd jaf, jien inħoss li l-Kunsill għandu jispjega għalfejn u jgħidilna meta se jiġi appuntat bord ġdid. Il-bord, il-Gvern irid jaħtru. Jien m'għandix dubju li kieku kienet responsabbiltà tal-Kunsill, ilhom li waqqfuh għomor. Naf li l-pubblikaturi għandhom problemi serji. Ħadu daqqa ta' ħarta bil-COVID u daqqa ta' ħarta bl-Ukrajna speċjalment għax l-istampar spara 'l fuq ... u qed jilmentaw li l-Kunsill mhux qed jiimhom u mhux qed jgħinhom. Bħala awtur u ħassieb, kemm taħseb li l-Moviment Letterarju Malti huwa politiku f'xogħlu? Jiddependi x'tiem bil-kelma 'politiku'. Jekk tiem l-awturi humiex impenjati politikament, jiena tip ta' bniedem li ma narax li kittieb bilfors għandu jkun hekk. Fis-snin 60 u 70, l-idea li kittieb irid ikun impenjat politikament kienet ħafna iktar b'saħħitha milli hija llum. Tiimha, għax dakinhar kien perjodu ta' attiviżmu politiku u ħafna movimentiżmu li llum il- ġurnata qed jieħu forom oħra. Jekk hemm kittieb li qed jikteb fuq il- uri, jien ma nistax ngħid, 'iva din jew dan mhux qed jinduna x'qed jiġri f 'Gaża, x'qed jiġri fl-Ukrajna, x'qed jiġri f 'Malta?' Ma nħossx illi għandi b'xi mod nagħmel pressjoni fuq kittieba biex il-kitba tagħhom tkun impenjata politikament. Biex inkun onest, m'iniex se nikkundanna lil dawk li ma jiħdux azzjoni politika fil-kitba. M'iniex se ngħid li mhux kittieb tajjeb, għax jista' jkun l-aqwa kittieb f 'Malta, biss ma jidħolx f 'dak l-aspett tas-soċjetà. Nixtieq li kittieba jkunu impenjati politikament? Iva. Nagħmel pressjoni biex ikunu? Le, qatt. Fl-opinjoni tiegħek, xi sfidi jaffaċċja kittieb Malti biex jiġi rikonoxxut f'Malta stess u forsi eventwalment, barra minn xtutna? Jien naħseb li ċ-ċokon, trid jew ma tridx, jagħmel effett kbir. Ħa nitkellem bit-tielet kappell akkademiku tiegħi. Jien persważ li f 'Malta għandna kittieba tajbin ħafna. U nemmen ukoll li għandna kittieba li għadhom fl-istadju bikri tagħhom u meta nħares lejn x'qed jiktbu issa, qed nantiċipa li għada pitgħada jkunu kittieba vera kbar. Meta nitkellmu fuq barra minn Malta, jiddependi fejn. Aħna, forsi minħabba l-passat kolonjali tagħna, jew minħabba raġunijiet politiċi oħrajn, meta ngħidu tagħmel suċċess barra minn Malta, qed nimu d-dinja Anglo-Amerikana. Issib min jgħidlek li t-tali kittieb għandu ħames kotba ppubblikati pereżempju r-Rumanija. Jew jgħidulek it-tali kittieb għandu ktieb ippubblikat ir-Renju Unit. Din tagħmel differenza kbira. Mill-it esperjenza tiegħi tgħallimt li din id-distinzjoni nagħmluha aħna. Hemm kittieba, pereżempju Rumeni, li dawn m'għandhom l-ebda motivazzjoni li jagħmlu suċċess kbir ir-Renju Unit jew l-Amerka. Jekk dawn jippubblikaw ktieb fir-Renju Unit, għalihom dan huwa pajjiż ieħor. Mentri aħna nħarsu lejn ir-Renju Unit u l-Amerka bħala l-apiċi tas- suċċess. Jiddependi wkoll min jippubblikak, għax jekk nibqgħu fuq ir-Renju Unit u l-Amerka hemm numru ta' pubblikaturi. Altru jippubblikak, pereżempju Bloomsbery, u altru jippubblikak xi ħadd li qatt ma smajt bih. Aħna ċ-ċokon verament ngħid li jaħdem kontrina. Ilu ħafna, meta bdejt nikseb esperjenza barra minn Malta, kont issuġġerejt lill-Kunsill jew jieħu r-responsabbiltà hu jew iqabbad lil xi ħadd u jkollu aġenti li jmexxu. L-ewwel kien bdieha l-Kunsill tal-Arti, imbagħad kien ħadha l-KNK, li għandhom il-fondi għat-traduzzjoni. 'Jista' jkun illi m'għandniex rispett Elaine Camilleri tkellmet ma' Immanuel Mifsud; kittieb, awtur u professur stmat tal-letteratura fl-Università ta' Malta. Huwa qasam magħna ħsibijietu fuq il-letteratura Maltija u esplorajna l-kontribuzzjoni tal-kittieba Maltin filwaqt li ddiskutejna wkoll in-nuqqas tal-qari li qed jirrenja fostna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 December 2023