Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513812
05 x'jixtiequ għall-2024 illum • IL-ĦADD 31 TA' DIĊEMBRU 2023 Nispera li fejn tidħol il-Knisja Maltija naraw il-ħażin u nindunaw x'hemm ħażin, speċjalment fil-persunal tal-Knisja nnifisha. Kulma hemm tmien seminaristi biss fis-seminarju bħalissa li jindika li xi ħaġa mhix sejra tajjeb. Daqt l-elezzjonijiet tal-Ewropa u jekk il-Gvern imur tajjeb se jkun hemm bidliet enormi. Riformi enormi fil-ministeri, mexxejja ġodda. Bil-mod ta' kif Metsola ġabet ruħha rigward il-Palestinjani, nittama li fl-elezzjoni li jmiss tieħu tbeżbiża. Jekk Elena Dalli ħa tispiċċa, minflokha naħseb Fearne jitla'. Dan ifisser bidla sħiħa. KRIMINOLOĠISTA "Nistenna li Malta tkun fuq quddiem f 'termini ta' intelliġenza artifiċjali (AI) u diġitalizzazzjoni" – Saviour Formosa Li nixtieq nara għas-sena 2024 hu li tgħaddi l-liġi tal-'Electronic Monitoring Acts'. Li rrid nara fl-2024 hu li jibqa' jevolvi l-krimini diġitali bħal serq online u ħasil ta' flus; u li l-pulizija jkunu preparati għal dawn it-tibdiliet. Fl-2024 irridu naraw li tiġi varata xi ħaġa innovattiva, u li b'mod konsistenti kulħadd ikun konxju. PRESIDENT TAL-MDA "Irridu naraw tibdiliet fil-burokrazija u fl-istrutturi u r-regolamenti li huma mhux neċessarji u li jfixklu l-proċeduri" – Michael Stivala Nixtiequ naraw riformi fejn jiġu inċentivati aktar green buildings. Irridu naraw inċentivi li fil-futur naraw bini li jikkonsma inqas enerġija speċjalment fejn il-Gvern għaddej b'sussidji. Irridu naraw ukoll riformi fejn jinbidlu ċerti liġijiet u li jiġu kkjarifikati u ċċarati fejn hemm ċerti grey areas. Nixtiequ wkoll naraw improvement u investiment fl-infrastruttura fil-pajjiż għaliex l-infrastruttura mhijiex tlaħħaq mad-domanda kbira u mal-popolazzjoni. Hemm bżonn li naraw mudell li jiġi ffukat fuq il-kwalità. L-aħħar nett, irridu naraw tibdiliet fil-burokrazija u fl-istrutturi u r-regolamenti li mhumiex neċessarji u li jfixklu l-proċeduri (red tape), mhux biss fin-negozji tagħna, imma anke dawk inġenerali. Dan għaliex negozjanti qed ikunu demotivati milli jinvestu aktar. Aħna qegħdin nistennew u nitolbu li dan kollu jiġi implimentat malajr fis-sena 2024. Barra minn hekk, qed inħossu li l-ekonomija sejra tajjeb ħafna u ninsabu pożittivi fuqha. Ovvjament għandek l-inflazzjoni li qed tinkwetana u li anke twassal għal ċertu għoli tal-ħajja. Iż-żieda fil-pagi, żieda fl-ispejjeż tal-materjal u dak li ġara wkoll fil-vapuri jaf iwassal għal żidiet tal-prezzijiet tal-materjal, li jwassal għal żieda fil-prezzijiet tal-bini. AMBJENTALISTA "Min aspett ambjentali, nixtieq nara bidla fil-ħarsien ambjentali, anki fejn jidħlu l-għasfar" – Daryl Grima (BirdLife) Naħseb din ħa tkun is-sena fejn l-ambjent, jew sfortunatamemt il-qerda tal-ambjent, se jkollu impatt politiku b'riżultat li jitla' fl-aġenda. Nisperaw li dan ifisser li jkun hemm bidla politika ta' kif inħarsu l-ambjent naturali u urban tagħna, b'differenza mill-politika ta' greenwashing li kellna s'issa. Nawgura deċiżjonijiet favur il-ħarsien tal-għasafar kemm fuq livell Ewropew, kif ukoll mill- qrati lokali fl-2024, biex b'hekk ikun hemm bidla mill-politika preżenti. Bħala vegan, nixtieq nara Malta tersaq iżjed lejn stil ta' ħajja vegana u sostenibbli hekk kif qed jiġri f 'pajjiżi oħra Ewropej. Minn aspett ambjentali, nixtieq nara bidla fil-ħarsien tal-ambjent, anki fejn jidħlu l-għasafar. Bħala annimalista nixtieq li nibdew inħarsu lejn l-annimali, mhux bħala oġġett jew propjetà, iżda bħala ħaġa ħajja li għandha l-istess dritt li tgħix daqsna (għalkemm ir-rispett lejn l-ispeċi tagħna stess lanqas mhu garantit). Ukoll, hemm bżonn li kollettivament nirrealizzaw l-impatt li jkollu l-konsum tagħna, kemm fuq il-klima, fuq l-ambjent, u anki fuq l-annimali. Nispera li l-MTA tagħmel inizjattivi biex iżjed restoranti jagħmlu għażliet vegani bl- użu ta' prodott lokali. Fuq livell ambjentali hemm bżonn impenn fuq il-klima, kif ukoll fuq il-ħarsien tal-baħar u l-bijodiversità. Fuq livell vegan (u ambjentali) nixtieq nara avviżi tas-saħħa fuq il-laħam u l-ħalib, u wkoll taxxi ambjentali fuq dawk li jitqiesu bħala l-ikbar kontributuri għall-problema tal-klima. AT TIVISTA "Nistenna li n-nisa u persuni oħrajn li jistgħu jkunu tqal ma jibqgħux jiġu trattati ta' ċittadini tat-tieni klassi" – Christine Cassar (Moviment Graffitti) Fis-sena 2024 nixtieq nara li l-abort jiġi dikriminalizzat, normalizzat, provdut u aċċessibbli lokalment. F'Malta huwa stmat li mill-inqas persuna tqila kuljum tuża l-mediċina biex tagħmel abort id-dar. Il-mediċini tal-abort (mifepristone u misoprostol) ma jagħmlux ħsara u huma mediċini li qegħdin fuq il-lista tal-mediċini essenzjali tal-WHO. Minkejja dan kollu, il-liġijiet ta' Malta xorta għadhom jikkastigaw persuna li għamlet abort u din tista' teħel sa tliet snin ħabs. F'Ġunju li għadda, mara Maltija ġiet imressqa l-Qorti talli għamlet abort, wara li din ġiet irrappurtata mir- raġel abbużiv tagħha. Fl-2024 nistenna li din il-liġi titneħħa għax qed isservi biss biex iżżomm lin- nisa fil-biża', iġġudikati u mwarrbin. Fl-2024 nistenna wkoll li n-nisa u persuni oħrajn li jistgħu jkunu tqal ma jibqgħux jiġu trattati ta' ċittadini tat-tieni klassi. PRESIDENT TAL-IGM "Nixtieq ukoll nara iżjed rispett għall- ġurnalisti u li l-ġurnalizmu jingħata rikonoixximent bħala r-raba' pilastru tad-demokrazija" – Matthew Xuereb Mil-lat ġurnalistiku nistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni tal-White Paper bit- tibdiliet meħtieġa fil-liġijiet li jaffettwaw il-medaa f 'Malta. Nixtieq ukoll li l-Gvern jibda jimplementa bis-serjetà Is-Sena t-Tajba IKOMPLI F'PAĠNA 6