MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M hux suġġett li nieħdu pjaċir niktbu fuqu imma jekk naraw figura waħda mill-ar- tiklu tal-intervista ma' Dun Marcellino fil-ħarġa tal-lum naraw figura allarmanti. Madwar 27,000 Malti huwa n-numru ta' individwi differenti li daru għas- servizzi tas-Soup Kitchen, servizz offrut mill-Patrijiet Franġiskani. Naslu biex nifhmu li min juża s-servizzi tas-Soup Kitchen huma primarjament nies nieqsa minn dħul diċenti. Hu għalkemm m'hemm xejn xjentifiku f 'din l-analiżi, huwa ċar li dawn jistgħu jirrappreżentaw lill-fqar ta' Malta. Mhux kollha forsi, imma ħafna minnhom huma definittivament fqar. U jekk dan huwa minnu mela jidher li 5.4% tal-popolazzjoni huma f 'dan l-istat. Figura allarmanti, iktar u iktar meta tqis li l-faqar mhuwiex espress jew manifestament f 'wiċċna. U jekk huma fqar, ifisser li huma 'l bogħod min-nies u mis-soċjetà. Il-faqar mhux suġġett li huwa diskuss fil-media. Ħafna drabi jintuża bħala għodda politika biex jiġi msawwat partit avversarju. U wara li jkun hemm daqsxejn kjass, imut kollox. Huwa għalhekk li rridu nindirizzaw din il-problema. L-Istat diġà qed jintervjeni u jgħin l-għaqdiet volontarji u reliġjużi biex jaqdi lil dawn in-nies fil-bżonn imma madanakollu jrid ikun hemm strateġija biex jiġu megħjuna dawk in-nies li huma vulnerabbli. Hemm nies li ma jridux għajnuna għax ma jafux u mhumiex kapaċi u hemm oħrajn li huma żvinturati u mgħobbija b'piżijiet ta' problemi fiskali u mard. Irid ikun hemm ħeġġa politika biex din il-pjaga tiġi solvuta, aktar u aktar fid-dawl ta' sinjali ċari li l-2024 se ġġib magħha inflazzjoni fil-prezzijiet u wisq aktar tbatijiet u piżijiet fuq dawk l-iktar fil-bżonn. L-ewwel pass li jista' jsir hu li jekk persuni jew familji jkunu qed jgħaddu minn tbatijiet minħabba pressjonijiet kaġun ta' mard jew inkella diżgrazzja, dawn għandhom jingħataw għajnuna mmedjata. Dawn il-każijiet huma fost l-aktar komuni imma li ħafna drabi huma wkoll l-aktar ċari. Hija sena ġdida, is-solidarjetà ma tistax tkun ristretta għaż-żmien tal- Istrina biss. Trid tkun is-sena kollha, għax il-bniedem jgħix 365 jum mhux ġurnata biss. Solidarjetà s-sena kollha

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024