MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 • illum Fl-ispirtu tal-alla Ruman Ġanu li minnu ġejja l-kelma 'Jannar', fl-ewwel paġna letterarja tas-sena l-ġdida, Daniel Cossai jixħet ħarstu lura lejn rumanz klassiku Malti – L-Ibleh ta' Ġużè Orlando – waqt li b'ħarsa oħra 'l quddiem jipproponi riżoluzzjoni lill-qarrej Malti. Kultant tajjeb tħares lura Bdejna sena ġdida. Wara ħafna ġimgħat ta' tiżjin u ikliet, il-Milied ġie u mar, u Jannar magħna. Bħal f 'ħafna lingwi oħra, fi lsienna dan ix-xahar huwa msemmi wara l-alla Ruman Iānus, bil-Malti Ġanu, li kien l-alla ta' kull bidu, tmiem u tranżizzjoni, u propju tal-bibien – għax wara kollox, f 'Jannar nagħlqu l-bieb ta' sena u niħu l-bieb ta' oħra. Ġanu kellu żewġt uċuħ, wieħed iħares 'il quddiem u l-ieħor lura, kif jagħmel kważi kulħadd fl-Ewwel tas-Sena: inqisu s-sena li għaddiet, niakru fil-kisbiet tagħna u f 'dawk li ħallewna, u minn hemm inħarsu 'l quddiem lejn is-sena l-ġdida, u forsi anki nagħmlu xi riżoluzzjoni jew tnejn. Kull sena, riżoluzzjoni ta' bosta tkun li jaqraw iżjed, jew forsi iktar speċifikament, iżjed kotba hekk imsejħa "tqal", kif spiss jissejħu l-klassiċi. Dawn huma ċentrali fil- letteratura ta' kull lingwa. Għalkemm inkitbu snin ilu, iservu bħala referenza kulturali, u jispiraw dak li jinkiteb illum, direttament jew, normalment, indirettament. Fi kliem it-teorista Roland Barthes, "kull test huwa biċċa tessut ġdida minn kwotazzjonijiet passati," minsuġ mill-ħsibijiet, il-mudelli u l-istili tal-kotba l-kbar tal-passat. L-istorja tal- letteratura mhi xejn ħlief ġenerazzjonijiet ta' kittieba jirreaġixxu għal ta' qabilhom, jew billi jassorbuh jew billi jirreaġixxu u jmorru kontra l-kurrent ta' dak li Barthes isejjaħlu l-"baħar infinit ta' dak li diġà nkiteb". Il-letteratura, bħal Ġanu, tħares lura u 'l quddiem fl-istess ħin. Il-problema għall-qarrejja tal-letteratura Maltija li jixtiequ jżommu din ir-riżoluzzjoni hi li ħafna minn dawn il-kotba llum m'għadekx issibhom għall-bejgħ. Din pjaga soċjali u kulturali fis-soċjetà Maltija, waħda b'riperkussjonijiet forsi moħbijin. Minn naħa, il-kitba tal-lum titfaqqar jekk ma jkollhiex aċċess għall-klassiċi. Mill-oħra, titfaqqar ukoll il-kuxjenza soċjali, għax billi ninqatgħu mill-ħsibijiet ta' dawk ta' qabilna, nirriskjaw li nieqfu nindunaw bix-xebh bejn dak li ġarrbu huma u dak li qegħdin ngħaddu minnu aħna, ma nintebħux bl-universalità tal-istorja u niżolaw iżżejjed il-kuntest preżenti tagħna għad-detriment ta' kulħadd. B'xorti tajba, fl-2022, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa pass biex tibda titranġa din is-sitwazzjoni billi nieda l-Għotja għal Edizzjonijiet Ġodda ta' Kotba Mhux fl- Istampa, bħala parti mill-Fond Malti tal- Ktieb. Din hija maħsuba speċifikament biex il-pubblikaturi jkunu jistgħu jżommu ħaj il- wirt letterarju tagħna u joħorġu edizzjonijiet moderni ta' kotba klassiċi, bl-ortografija aġġornata u b'qoxra li tiġbed l-għajn tal- qarrejja tal-lum. Kull pubblikazzjoni tingħata sa massimu ta' €5,000. Wieħed mill-ewwel kotba li rċieva dan it- trattament kien L-Ibleh ta' Ġużè Orlando, ippubblikat fl-1948 u li issa reġa' nħareġ minn SKS Publishers bis-saħħa tal-Fond (2022). Orlando wkoll, bħal Ġanu, iħares lura lejn dak li diġà nkiteb bl-għan, mill-bidu, li jħares ukoll 'il quddiem u joffri xi ħaġa differenti. Fid-daħla tiegħu għar-rumanz jesprimi skuntentizza bil-qagħda tal-kitba Maltija u li xtaq jagħti "xejra għal stil ġdid lil ħafna li għadhom imħabbla fl-għanqbut tal- bużnanna". Hawn jidher li rnexxa; anki kważi tmenin sena wara, il-ktieb ma jinħassx qadim. Il-lingwaġġ u l-istil użati tistħajjilhom inkitbu l-ġimgħa l-oħra. It-tema prinċipali tal-poplu li ma jridx jaf għadha waħda li nitkellmu ħafna fuqha, anki fuq livell dinji. Temi oħra, bħall- effett psikoloġiku fuq il-protagonista fid-dawl tad-"disfatta" – biex nissellef mit-titlu tal- istudju ta' Mark Vella li jiaħ din l-edizzjoni – forsi sirna nitkellmu fuqhom saħansitra iktar illum. Diffiċli wieħed ma jinnotax il- paralleliżmu bejn ħsieb il-protagonista fil- bidu nett tar-rumanz – "L-ibleh kont jien!" – u fi tmiemu, fil-paragrafu ta' qabel tal-aħħar – "Il-miġnun kont jien!". Iżda dak li diġà nkiteb, Orlando mhux biss iwarrbu, iżda wkoll, minn bnadi oħra, jirriproduċih. L-Ibleh, essenzjalment, jagħti xejra Maltija lill-allegorija tal-għar ta' Platun. F'din l-allegorija, għadd ta' persuni marbutin bil-ktajjen ġo għar jiċċassaw lejn ħajt fejn jaraw numru ta' dellijiet, għax warajhom hemm nar jitfa' d-dawl fuq xi pupazzi ta' bnedmin u annimali. Għalihom, id-dellijiet huma r-realtà. Ma jafux li huma biss imitazzjonijiet tal-pupazzi, li minnhom infushom huma imitazzjonijiet tal-ħlejqiet barra l-għar. Wieħed mill-priġuniera jaħrab mill-għar u jara r-realtà. Mogħni b'dan l-għerf, jirritorna biex jiaħ moħħ sħabu, iżda minflok jaċċettaw dak li pprova jgħallimhom, jistmerruh, jitħassruh u jiddieħku bih. Li kieku fil-Greċja tal-Qedem kienu jitkellmu bil-Malti, nistħajjilhom kienu jsejħulu l-ibleh. Ir-rumanz jiaħ bil-protagonista fuq karozza tal-linja f 'nofs il-gwerra. Taqa' bomba fil-qrib, u b'konsegwenza t'hekk, jitlef kull memorja tal-passat, għalkemm moħħu jibqa' tajjeb f 'kull ħaġa oħra. Għalhekk, jibda jara d-dinja minn lenti ġdida, jinduna b'affarijiet li ma kienx jara qabel, u jipprova jiaħ għajnejn dawk ta' madwaru, li iżda ma jqisuhx u jsejħulu ibleh, sal-punt li jispiċċa jiddubita lilu nnifsu. Bħalma fil-bidu ta' sena nagħlqu l-bieb fuq il-passat u b'hekk insibuha eħfef inħarsu lejn il-ġejjieni, l-istess il-protagonista, billi nagħlqulu għajnejn il-wiċċ li jħares lura, seta' jibda jara aktar ċar mill-wiċċ li jħares 'il quddiem, li sa dak il-punt forsi kien dejjem b'għajn minnhom magħluqa, bħan-nies ta' madwaru. Bħala pubblikazzjoni, hija waħda tal- ogħla kwalità. Il-qoxra, iddisinjata minn Luca Cauchi, daħħlet lil dan il-ktieb fis- seklu wieħed u għoxrin. Qabel ir-rumanz, insibu d-daħla ta' Orlando stess għall-ewwel edizzjoni kif ukoll żewġ studji, wieħed tal- mibki Oliver Friggieri li nkiteb għat-tieni edizzjoni li ħarġet fl-1985, u ieħor ġdid minn Mark Vella. Dawn jambjentaw il-ktieb u joffru sfond storiku tajjeb dwar l-awtur u l-kuntest li nkiteb fih. Jannar dejjem jitrekken id-dar, jgħidu. Hekk kif deħlin fl-eqqel tax-xitwa, ħafna jħobbu jitgeddsu b'xi ktieb u kikkra te. Jekk nista' noffri riżoluzzjoni kollettiva, ejja ninkludu iżjed klassiċi Maltin fost dawk il- kotba din is-sena. Biex tħares 'il quddiem b'perspettiva friska, kultant tajjeb tħares lura. Ġużè Orlando

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024