MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 Kulħadd għandu l-istorja tiegħu. Xi sfidi taffaċċjaw ta' spiss jew li tiltaqgħu ħafna magħhom? L-ewwel nett, il-prijorità tagħna hi li nagħtuhom l-aqwa ikel għaliex irridu nevitaw ċertu mard u nevitaw anke milli n-nies imorru jisirqu. Il-ġuħ iġennek. Dan narah mill-missjoni li għamilt u anke f 'Malta. Insibu sfidi kbar ta' rabja. Bosta jċemplu minn Monte Karmeli jew mill-isptar jgħiduli li m'għandhomx fejn joqogħdu. Aħna ngħidulhom li mhumiex tallaba – din ir-risposta tweġġagħhom. Sfidi oħra kbira hija t-tsunami ta' droga u l-abbuż mix-xorb. Nixtieq inkun naf kemm jintefqu flus fil-ġimgħa fuq droga. Barra minn hawn hemm iktar dixxiplina, iżda hawnhekk għandna aċċess faċli għax- xorb u t-tipjip. Tista' tmur f 'supermarket u ssiblu x-xorb. M'hawnx kontroll fejn jidħol l-abbuż tax-xorb. Qed isir, iżda hemm bżonn iktar. F'Malta jsir investiment kbir fl- edukazzjoni, imma mbagħad la darba toħroġ mill-iskola, jinfetħu l-bibien kollha. Tikkollabora ma' organizzazzjonijiet komunitarji jew individwi oħra biex tappoġġja l-missjoni tas-Soup Kitchen? Iva, naħdmu mal-Caritas u mal-YMCA. Kull xahar nagħmlu laqgħat u niltaqgħu. Dan huwa importanti ħafna għaliex nerġa' ngħid il-fqir mhuwiex tallab. Barra minn hekk, bosta kumpaniji jibagħtulna l-voluntiera huma. Fil-fatt, diġà aħna bbukkjati sal-aħħar ta' Marzu bil- voluntiera, filwaqt li għandna l-voluntiera tagħna u anke dawk barranin jiġu jgħinuna. Studenti wkoll jiġu jagħmlu xi volontarjat għal xi żmien qasir. Kemm huwa importanti l-involviment tal- voluntiera fis-Soup Kitchen? Il-voluntiera huma x-xewka tad-dahar ta' din il-kcina. Qed ikun hawn iktar qawmien għall-voluntiera. Il-ferħ huwa meta tagħti u dan ix-xogħol huwa ta' terapija għal xi wħud mill-voluntiera. Int la tiġi hawn, mhux biss qiegħed tgħin imma anke tissoċjalizza. Fis-soċjetà tagħna hawn nies li jaqgħu mix-xibka għal ħafna raġunijiet. U rridu nkunu konxji ta' dan. X'inhuma l-miri u l-aspirazzjonijiet futuri tas-Soup Kitchen, u kif qed tippjanaw li tespandu l-impatt tagħha fil-komunità? Li noħolqu kuxjenza u minn hawn nirringrazzja l-qalb tal-Maltin li hija inkredibbli. Naħseb m'hawn ħadd li jgħaddi lill-poplu Malti fil-ġenerożità tiegħu, ħlief Alla. Il-ġenerożità hija impekkabbli. U l-miraklu tal-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet ma kienx miraklu tal-bieraħ biss imma miraklu tal-lum u ta' għada. Wieħed mill-ostakli li għandna fis- soċjetà hija dik li bl-Ingliż insejħulha 'shame', In-nies li jkollhom bżonn, ma jitkellmux għax jistħu u jagħtu kas ilsien in-nies, ta' x'ħa jgħidu fuqhom. Jistħu mit-tikketti li nagħtuhom. Aħna nagħmlu kuntatt ma' kulħadd u ngħinu lil kulħadd. Għalina faċli nagħtu tikketta u jekk il-ħaġa ma tolqotniex, ma teżistix. Mela jien biex infarfar mill-kuxejnza u l-qalb, naqbad ngħid 'mhux tort tagħhom, mhux huma għażżenin'. Fiex tixtiequ tinvestu biex tiffaċilitaw ix- xogħol li tagħmlu għas-socjetà? L-investiment li jmiss huwa x-xelter għaż- żgħażagħ li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Gvern. Dik hija l-ħolma tagħna. Li nagħtuhom formazzjoni. Li taqbad u tarmi lil dak li jkun fit-triq, dak kollu li nbena matul iż-żmien jitfarrak fix-xejn. Is-soċjetà mimlija klieb il-baħar. U ħolma oħra hi li noħolqu kuxjenza biex kull ċittadin ikollu saqaf fuq rasu. Jien jispirani Ġesù Kristu għaliex huwa stess kien bla dar. Nixtieq nerġa' nirringrazzja l-qalb tal- Maltin, u grazzi lill-Mulej li tahom qalb tad-deheb. jixraqlu l-aħjar – Fr Marcellino Min hu xebgħan, sal-għasel idejqu. Min hu bil-ġuħ sal-morr jiġih ħelu' – proverbju fl- Iskrittura

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024