MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 • illum Kemm hu reali l-faqar f 'pajjiżna? In-nies qed jiżdiedu. Ir-realtà tal-faqar mhijiex realtà li bdiet illum. Dejjem ikun hemm nies li jaqtgħu lura imma l-faqar qed jgħolli rasu. Huma ħafna fatturi, fosthom l-instabbiltà fiż-żwieġ li toħloq problemi kbar. L-iktar li jiġu hawnhekk huma nies bi wġigħ mentali u dwejjaq qares. Aħna ngħinuhom billi noffrulhom għajnuna mingħand social workers, għandna wkoll avukat, nagħtuhom kura għas-snien, hairdresser u mediċini, imma qatt mhu biżżejjed għax din hija realtà daqskemm hi realtà ta' dawk li jinsabu bla dar (homeless). L-iktar raġuni komuni hija l-uġigħ mentali. It-tieni raġuni hija d-droga – din saret epidemija fis-soċjetà. Ħafna nies isibu l-faraġ fid-droga u nistaqsi lili nnifsi 'għaliex?' Raġuni oħra hi l-abbuż tax-xorb u l-problemi tal-użura. Hemm min ukoll għandu problema ta' nuqqas tajjeb ta' immaniġġjar, imma minkejja dan jista' jkun li t-tort mhux dejjem ikun tagħhom. Forsi huwa tort tagħna għax lis-socjetà ma sabuhiex meta kellhom bżonnha; u dawn il-fatturi jafu anke jmorru lura għal żmien meta ngħataw l-edukazzjoni. Dawn huma fatturi li jekk wieħed ma jindunax bihom minn età tenera fil- primarja u fis-sekondarja, jaf jirrifletti ħażin aktar 'il quddiem. Il-problemi ġieli jibdew mill-ġenituri u t-tfal mhumiex boloh. It-tfal huma intelliġenti. Vera li kulħadd għandu l-feriti u t-trawmi tiegħu, u għalhekk m'għandniex niġġudikaw. Jien naħseb li meta toqgħod tiġġudika lil dak u lil dik, tkun qed taħli l-ħin. Il- missjoni tiegħi hi li nkun bilqiegħda magħhom. Naf l-istorja ta' wieħed u waħda minnhom. Kelli diżappunti? Mela le, imma l-ikbar diżappunt huwa t-tgħajjir, l-insulti u l-ġudizzju li jirċievu mingħand il-bniedem. 'Bniedem magħkus tkomplix tgħaffġu'. Ir- razziżmu fost il-Maltin għall-Maltin huwa reali. Is-Soup Kitchen tpinġi realtà li hija moħbija jew minsija mis-soċjetà Maltija? Hemm differenza bejn Triq ir-Repubblika u Triq Strada Sant'Ursula. Huma żewġ realtajiet diversi. Jien nitlob li s-socjetà Maltija tkun ħanina lejn dawn in-nies. Is- soċjetà għandha tkun solidali magħhom. Huma għandhom bżonn l-imħabba u min jieħu ħsiebhom. Meta bniedem jissetilja fid-dinja tax-xogħol għalija qisni rbaħt il-lotterija. Il-bniedem irridu nżommulu d-dinjità tiegħu. Jien nagħmel ħidma pastorali; inkun ragħaj għal min m'għandux ragħaj, inkun missier għal min m'għandux missier, inkun ħuh għal min m'għandux ħuh. Il-poplu tagħna huwa ġeneruż imma nara ħafna razziżmu mill-Maltin lejn il-Maltin stess. Tara mibegħda għaliex l-ewwel nett in-nies jipproġettaw fuqek il-problemi u l-biżgħat tagħhom, imbagħad jittikkettaw lill-fqir. Jista' jkun li jkun hemm min isir dipendenti fuq is-soup kitchen u qatt ma jara kif jgħin lilu nnifsu? F'dawn is-sentejn sibna impjieg lil iktar minn 200 persuna. Li tinkwetani hija li dawn in-nies, dejjem ħa jsibu lil xi ħadd jiġri warajhom bid-droga biex iħajjarhom. Il-klieb il-baħar hemm barra qegħdin. U dawn huma nies vulnerabbli. Kulħadd għandu l-vulnerabbiltà tiegħu. Għandna terz tista' timbuttahom għad- dinja tax-xogħol imma mbagħad hemm oħrajn li huwa impossibbli. L-uġigħ mentali tant ikun kbir li jispiċċaw jiddependu fuq ir- relief. Hawn min jaqla' paga ta' €600/€700 fix-xahar imma mbagħad minn dik il-paga jrid iħallas xi €300 kera, allura dawn jiġu jieklu hawn. Il-fqir mhuwiex tallab, il-fqir jixraqlu l-aħjar u l-fqir mhuwiex kriminal. Biex inserrħu l-kuxjenza tagħna nittimbrawhom ta' 'għażżenin' jew 'kriminali'. Iżda la darba tibda tisma' l-istorja ta' kull wieħed tibda tiem il-kumplessità tal-isfidi l-kbar li għaddejjin minnhom. Xi ħaġa li tinkwetani wkoll hija li l-ħabs jattirahom. Jiġbidhom għax hemmhekk għandek saqaf, għandek platt ikel, u għandek sodda. Weġgħa oħra hi jċempluli li ħerġin mill-ħabs jew mill-isptar u jgħiduli li m'għandhomx saqaf fuq rashom. L-aqwa prinċipju li tgħallimt huwa li m'għandniex niġġudikaw. Meta nisma' l-istejjer tagħhom, nibda nistaqsi 'imma dawn kif ma għerqux? Għaddew minn esperjenzi ta' tbatija, telfien, solitudni …' X'ispirak biex tibda jew tinvolvi ruħek fit- tmexxija tas-Soup Kitchen? Jien ħdimt fi proġetti kbar tal-Mission Fund, proġetti ta' kostruzzjoni ta' djar, skejjel, kliniċi. Dort il-kontinenti kollha, però kont ġejt ikkritikat li qed naħdem għall-barrani. Il-missjoni hawn Malta ġegħlitni nsofri iktar milli sofrejt xi mkien ieħor. Niakar, kont il-Gwatemala u l-qassis kien bagħatni nqaddes fuq muntanja. Dak li rajt kien xokk kulturali għalija – miżerja tal-biża'. F'dik id-daqsxejn ta' kappella li kont qed inqaddes fiha, il-Vanġelu kien 'Agħtihom intom x'jieklu' u kien dak li xlieni niċċaqlaq u nagħtihom jien x'niekol. Egoistikament, nirraġuna li l-foqra huma l-aqwa għalliema. Jien kelli edukazzjoni tajba, kont anke sifirt u studjajt l-Amerka, iżda l-fqir għandu x'jgħallmek. Għandu għerf innat li ma ssibu mkien. Dan l-għerf m'intix se ssibu fuq Facebook jew fil-kotba għaliex issibu biss minn dawk li daqu l-ebusija tal-ħajja u jafu illi li ma jkollok xejn, ifisser xejn. Ta' fuqek senduqek, u Malta għandna nies b'ta' fuqhom senduqhom. Kieku ħija jew xi ħadd mill-familja għandu bżonn l-għajnuna, se nxammar il-kmiem, daqstant ieħor għal dawn in-nies. Tista' taqsam esperjenza jew storja memorabbli li ħalliet impatt fuqek? Esperjenza żgħira kienet fil-Milied. Dakinhar kellna splużjoni ta' ferħ. Il-ferħ kont tmissu b'idejk. Ħalli tiekol waħdek is-sena kollha, imma mhux fil-Milied. U tara lil kulħadd imbiddel bl-aħjar ilbies. Vera kienet okkażjoni ta' ġojja. Kienu hawn allegrija kbira. Il-ferħ tagħtih lil ħaddieħor u jerġa' jiġi għandek. 'Ħobż id-dinja ma jxebbax', ikollok kemm ikollok qatt m'int se tixba'. Wieħed mill-proverbji tal-Iskrittura jgħidilna li 'Min hu xebgħan sal-għasel idejqu. Min hu bil-ġuħ sal-morr jiġih ħelu'. Il-fqir mhuwiex kriminal, il-fqir Il-ġurnalista Elaine Camilleri żaret is-Soup Kitchen OFM Valletta u ltaqgħet ma' Dun Marcellino u ma' wħud mill-voluntiera li jiddedikaw ħinhom f'din il-kċina. Dun Marcellino, patri Franġiskan, midd idejh flimkien ma' sħabu l-patrijiet Franġiskani sabiex ir-refettorju l-antik li hemm fil-Belt Valletta jingħata tiswira oħra u jibda jintuża bħala kċina fejn jgħinu lil dawk inqas fortunati.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024