Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • NRU 900 Intervista ma' Anthony Camilleri PAĠNI 6 u 7 Delia flok Spiteri, Carabott flok Giglio u Bencini jieħu post Caruana Cilia Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħabbar reshuffle ġimgħa wara r-reshuffle sorpriża ta' Robert Abela fil-kabinett Laburista tiegħu. Fost l-iktar karigi importanti mħabbra huma dawk ta' Darren Carabott li se jkun responsabbli mill-Intern u s-sigurtà u r-riformi. Hemm ukoll l-għażla ta' Adrian Delia bħala kelliem tas-saħħa, għażla li hija xprunata sforz ix-xogħol li għamel Delia fil- każ ta' Vitals. Fil-qasam tal- ambjent l-għażla ta' Rebekah Borg tindika l-importanza li Grech irid jagħti għal dan is-suġġett. U fil-qasam tal- Finanzi, Graham Bencini jitla' skaluna fejn jieħu l-post ta' Jerome Caruana Cilia li deher kemm-il darba distakkat mis- suġġett. Bla dubju, il-ħidma ta' Delia fil-każ tal-VGH kienet ta' kontribut għall-ħatra tiegħu bħala shadow Minister tas- Saħħa. Adrian Delia kien fetaħ kawża l-Qorti illi fiha kien talab biex ikun nullifikat il-kuntratt li oriġinarjament kien iffirmat mal-Vitals Global Healthcare. L-Imħallef Franceso Depasquale kien iddikjara l-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare null u ddeskrivieh bħala "frodi" minn fuq dahar il-poplu min-naħa ta' Steward u l-predeċessur tagħha, Vitals Global Healthcare. Ir-reshuffle ta' Grech ġej eżatt ġimgħa wara li l-Prim Ministru Robert Abela wettaq reshuffle tal-Kabinett tal-Gvern. IKOMPLI F'PAĠNA 16 ELAINE CAMILLERI Nhar l-Erbgħa saru l-aħħar testijiet tekniċi fuq Ragusa Xpress, il-katamaran li beħsiebu jibda jopera bejn Malta u Sqallija. Dan is-servizz, li se jitnieda fil-ġejjieni u li sar minn investiment mingħand l-imprenditur Paul Gauci tal-famuż PAMA u PAVI, ħa l-pussess tal- marina u taż-żona tal-port. L-aħħar testijiet huma kruċjali qabel ma jibdew jiġu offruti s-servizzi tal-katamaran kuljum bejn Malta u l-Marina di Ragusa fi Sqallija. L-ILLUM tkellmet ma' Giuseppe Cassi, is-Sindku ta' Ragusa, fejn qalilna li "ninsab kuntent bħala rappreżentant ta' Ragusa". Cassi qalilna li jinsab pożittiv li dan is-servizz ġdid "se jġib miegħu vantaġġi kbar kemm għal Malta kif ukoll għal Ragusa." IKOMPLI F'PAĠNA 16 'Vantaġġi kbar b'Ragusa Xpress' – Sindku ta' Ragusa Il-katamaran ta' daqs medju, li qabel kien magħruf bħala HSC San Giorgio, ġie rranġat b'mod estensiv għar-rotta Marina di Ragusa/ Valletta, b'kapaċità ta' 400 passiġġier u 18-il vettura (inset) Guiseppe Cassi, Sindku ta' Ragusa Grech iħabbar reshuffle ġimgħa wara bidla fil-kabinett ta' Abela Mix-xellug: Darren Carabott, Graham Bencini, Adrian Delia u Rebekah Borg jingħataw karigi importanti fir-reshuffle ta' Grech