Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427
16 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • illum IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Il-ġimgħa li għaddiet, Bernard Grech iddeskriva r-reshuffle ta' Abela bħala wieħed "kożmetiku", u stqarr li kien sfurzat jespandi l-kabinett minħabba r-reżistenza ta' ċerti Membri Parlamentari. Robert Cutajar – Whip, Seg- retarju tal-Grupp Parlamenta- ri u Shadow Minister għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi responsabbli mill-Grupp Parlamentari, is-self employed, l-intrapriżi ż-żgħar u l-koperattivi. Paula Mifsud Bonnici – As- sistent Whip u Shadow Min- ister għall-Anzjanità Atti- va responsabbli mill-anzjani, is-servizzi fil-komunità u d-djar għall-anzjani. David Agius – Deputy Speaker u Shadow Minister għall-Fon- di Ewropej u Sport responsabbli mill-fondi Ewropej u mill-poli- tika dwar l-isport, il-kumplessi sportivi u l-ġlieda kontra l-obe- sità. Darren Carabott – Chairper- son tal-PAC u Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Ri- formi Imexxi l-Kumitat Perma- nenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) u responsabbli mill-in- tern, il-korpi dixxiplinati, l-im- migrazzjoni, is-sigurtà, is-serviz- zi korrettivi, iċ-ċittadinanza u r-riformi. Janice Abela Chetcuti – Shadow Minister għad-Drit- tijiet tal-Konsumatur u l-Ħar- sien tal-Annimali responsabbli mid-drittijiet tal-konsumatur u l-ħarsien tal-annimali. Karol Aquilina – Shadow Min- ister għall-Ġustizzja responsabbli mill-Qrati, l-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat, in-Nutar tal- Gvern u l-governanza tajba. Graziella Attard Previ – Shad- ow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal responsabbli mill-ugwal- janza, il-libertajiet ċivili, id-drit- tijiet tal-minoranzi u l-politika u d-drittijiet tat-tfal. Charles Azzopardi – Shad- ow Minister għad-Delizzji u t-Tagħlim ta' Matul il-Ħajja re- sponsabbli mill-ħarsien u l-pro- mozzjoni tad-delizzji tradizz- jonali, inkluż il-kaċċa u l-insib, u t-tagħlim ta' matul il-ħajja. Ivan Bartolo – Shadow Min- ister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pens- jonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar responsabbli mill-akkomodazz- joni soċjali u affordabbli, l-Aw- torità tad-Djar, il-pensjonijiet u l-ġlieda kontra l-faqar. Ivan J Bartolo – Shadow Min- ister għax-Xogħol u l-Ħolqien ta' Setturi Ekonomiċi Ġodda re- sponsabbli mill-politika nazzjon- ali dwar ix-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi, Jobsplus u l-ħolqien ta' setturi ekonomiċi ġodda. Graham Bencini – Shad- ow Minister għall-Finanzi re- sponsabbli mis-settur tal-finanzi u t-tassazzjoni. Toni Bezzina – Shadow Min- ister għall-Agrikoltura u s-Sajd responsabbli mill-politika rurali, is-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura. Bernice Bonello – Shadow Minister għaż-Żgħażagħ u l-Ħol- qien ta' Spazji Ġodda responsab- bli mis-settur taż-żgħażagħ u l-ħolqien ta' spazji ġodda. Eve Borg Bonello – Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika responsab- bli mill-politika dwar it-tibdil fil-klima u l-indafa pubblika. Alex Borg – Shadow Minis- ter għal Għawdex responsabbli mill-affarijiet dwar Għawdex. Rebekah Borg – Shadow Min- ister għall-Ambjent responsab- bli mill-qasam tal-ambjent u l-afforestazzjoni. Albert Buttigieg – Shad- ow Minister għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali responsabbli mill-politika dwar il-familja u s-sigurtà soċjali. Claudette Buttigieg – Shadow Minister għall-Amministrazzjo- ni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete re- sponsabbli mill-amministrazz- joni pubblika, ix-xandir pubbli- ku u l-ġlieda kontra d-dijabete. Ryan Callus – Shadow Min- ister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni responsabbli mis-settur tal-enerġija, il-kon- servazzjoni tal-ilma, ir-riżorsi naturali, ir-riċerka u l-innovazz- joni, ix-xjenza u t-teknoloġija. Jerome Caruana Cilia – Shad- ow Minister għall-Ekonomi- ja u l-Intrapriża responsabbli mill-ekonomija, l-industrija, l-intrapriża u s-servizzi finanz- jarji. Ivan Castillo – Shadow Minis- ter għas-Settur Marittimu, id-Dj- alogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja responsabbli mill-affarijiet marittimi, il-Free- port, il-portijiet, ir-relazzjonijiet industrijali, id-djalogu soċjali u l-MCESD u mill-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja. Mario de Marco – Shad- ow Minister għat-Turiżmu re- sponsabbli mis-settur tat-tu- riżmu u l-linja nazzjonali tal-ajru. Adrian Delia – Shadow Min- ister għas-Saħħa responsabbli mill-politika nazzjonali tas- saħħa u mis-servizzi tas-saħħa. Beppe Fenech Adami – Shad- ow Minister għall-Affarijiet Bar- ranin u Ewropej u l-Kummerċ responsabbli mir-relazzjoniji- et internazzjonali u Ewropej u mill-promozzjoni tal-kummerċ. Graziella Galea – Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Vo- lontarjat responsabbli mill-ink- lużjoni, il-persuni b'diżabbiltà u s-settur tal-volontarjat. Joe Giglio – Shadow Minister għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali responsabbli mix-xog- ħlijiet pubbliċi, il-manifattura u s-servizzi u l-proġetti infrastrut- turali u kapitali tal-Gvern. Carm Mifsud Bonnici – Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali u d-Drittiji- et Fundamentali tal-Bniedem responsabbli mill-ħidma għar-Riforma Kostituzzjonali u mid-Drittijiet Fundamentali tal- Bniedem. Chris Said – Shadow Min- ister għall-Kwalità tal-Ħajja u l-Gvern Lokali Responsabbli mill-politika favur kwalità tal- ħajja aħjar u mill-Gvern Lokali. Mark Anthony Sammut – Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà responsabbli mis-settur tat-trasport, it-toroq u l-avjazzjoni. Justin Schembri – Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja' responsabbli mis-settur tal-edukazzjoni obbligatorja u edukazzjoni ogħla, inkluż l-Uni- versità u l-MCAST, u s-snajja'. Stephen Spiteri – Shadow Minister għall-Politika Soċjali responsabbli mill-politika soċ- jali. Ian Vassallo – Shadow Min- ister għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali responsabbli milll-kura primarja u mis-saħħa mentali. Julie Zahra – Shadow Minis- ter għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura responsabbli mill- wirt nazzjonali, l-arti, il-kultura u l-industrija tal-films. Stanley Zammit – Shadow Minister għall-Ippjanar u l-Arti- jiet Responsabbli mill-ippjanar tal-iżvilupp, il-kostruzzjoni, ir-riforma fis-settur tal-kostru- zzjoni, l-artijiet u membru tal- Bord tal-Artijiet f 'isem l-Op- pożizzjoni. Ix-Shadow Cabinet ġdid tal-Partit Nazzjonalista IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Cassi qal li permezz ta' din il-konnessjoni diretta se tinbet relazzjoni ekonomika u kulturali bejn iż-żewġ naħat. Huwa qal li peress li t-turiżmu f 'Malta huwa b'saħħtu s-sena kollha, se jkun ta' benefiċċju għal Ragusa. Il-katamaran ta' daqs medju, li qabel kien magħruf bħala HSC San Giorgio, ġie rranġat b'mod estensiv għar-rotta Marina di Ragusa/Valletta, b'kapaċità ta' 400 passiġġier u 18-il vettura. Il-port turistiku ta' Marina di Ragusa, żviluppat mill- konsorzju Tecnis fl-2005 bi €30 miljun f 'fondi tal-UE, affaċċja problemi finanzjarji li wasslu għal-likwidazzjoni fl-2016. F'Ottubru 2022, il-grupp ta' investiment Malti, immexxi minn Paul Gauci, assuma d-dejn ta' Tecnis, akkwista l-kirja tal-port wara approvazzjoni ġudizzjarja. Cassi qalilna li seta' kien imprenditur kwalunkwe li għamel dan l-investiment għaliex li huwa importanti huwa li Gauci kien intelliġenti biżżejjed li jagħraf fejn għandu jinvesti. L-iktar importanti, skont Cassi, hu li dan il-proġett se jkun ta' benfiċċju għaż-żewġ territorji, kemm benefiċċju ekonomiku, kulturali u anke soċjali. Gauci għandu l-intenzjoni li, minbarra li jibdew is- servizzi ta' kuljum, ikun hemm għan li jiżviluppa unitajiet ta' bejgħ bl-imnut u residenzjali madwar il-marina, flimkien ma' ristrutturar ta' faċilitajiet ta' tiswija tal-vapuri. Il-katamaran Xpress Ragusa jikseb sinifikat wara s-sospensjoni tal-Ponte Ferries bejn Valletta għal Pozzallo f 'Ottubru 2023. Il-Marina di Ragusa, b'700 irmiġġ għal jottijiet sa 50 metru, hija mgħammra tajjeb u lesta biex tattira żieda fit-turiżmu. Is-Sindku ta' Ragusa, Cassi, sostna li Malta u Sqallija huma ġirien filwaqt li temm jgħid li tali proġett se jtejjeb il-konnettività, it-turiżmu, u l-opportunitajiet ekonomiċi bejn iż-żewġ destinazzjonijiet tal-Mediterran. "Gauci kien intelliġenti biżżejjed li jagħraf fejn għandu jinvesti" – Cassi Paul Gauci