MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M a naħsbux li hemm għalfejn niddejqu li niaħru li aħna Maltin jew inkella li aħna kapaċi bħala Maltin. Ma rridux inħawdu dan is-sentiment ma' xi nazzjonaliżmu esaġerat. Imma m'hemm xejn ħażin li tkun patrijott u kburi. Dan il-pajjiż għandu ħafna problemi imma għandu ħafna tajjeb ukoll. Għamel mirakli meta ħaddieħor kellu u għandu r-riżorsi, in-nies u l-potenzjal. U huwa minnu li dan il-pajjiż, l-iżgħar pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea, isawwat lilu nnifsu żżejjed, bħallikieku hu biss għandu l-problemi u ħaddieħor m'għandux. Bħallikieku aħna misħutin u ħaddieħor miexi fuq ir-rubini. Għamilna mirakli, fejn in-nies għandhom il-kwalità tal-ħajja liema bħala, fejn l-għaqal u l-bżulija waslu l-Maltin – fejn ħaddieħor ma setax jasal. Fejn il-Maltin u l-Għawdxin għamlu suċċessi kbar u huma b'saħħithom finanzjarjament u indipendenti ta' vera. Ħafna mis-suċċess huma grazzi għax- xogħol tal-Maltin u l-Għawdxin mhux tal- Gvernijiet jew il-politiċi. Iżda ma nistgħux insellmu l-politiċi kollha li taw direzzjoni lil dan il-pajjiż u għarfu u emmnu fil-ħiliet tal-Maltin. Ma tridx tmur 'il bogħod biex tinduna kemm għamilna suċċess. Nagħtu ħarsa madwarna malajr nieħdu risposta. Fin- Nofsinhar ta' Malta, tliet pajjiżi Arab, it-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu, kollha għandhom demokraziji parlamentari akki, bi ġlied intern, drittijiet tal- bniedem fil-periklu u differenzi kbar bejn il-klassijiet. Ekonomiji mkissrin u paċi inċerta. Tħares 'il fuq lejn l-Ewropa, tibda bi Sqallija, ġawhra liema bħala b'nies li mhumiex kapaċi jdawru r-rotta tal-pajjiż tagħhom. L-istess il-Greċja, l-Albanija u iktar 'il fuq is-Serbja, il-Montenegro, il- Bożnija u l-Kosovo. Malta, minkejja dak li jingħad huwa pajjiż trankwill, dak li jkun jista' jgħix fih fil-kwiet mal-familja, u min irid jimxi 'l quddiem jista' u min irid jasal bil-ħolm jista' wkoll. Xejn mhu perfett. Malta għandha żgur il-limitazzjonijiet tal-art, problemi ambjentali kbar, u popolazzjoni kbira għaċ-ċokon tal-pajjiż. Imma minkejja kollox, għandha poplu li huwa seren, jaf li għandu edukazzjoni u skejjel tajbin għat-tfal, edukazzjoni terzjarji b'saħħitha, servizzi tas-saħħa u soċjali sodi, strutturi amministrattivi f 'posthom, mobilità soċjali, klima ideali, ħajja soċjali mill- isbaħ, opportunitajiet ġodda, ħajja diġitali avvanzata, abilità li ninbidlu għaż-żminijiet, istituzzjonijiet b'saħħithom, demokrazija parlamentati ħajja u ekonomija vibranti, u storja u kultura inkredibbilment kulurita u unika. U fuq kollox ilsien uniku mitkellem minn nofs miljun u rikonoxxut bħala lsien uffiċjali – il-Malti! Hawn min igerger dwar pajjiżu, wara li sar sinjur jew sinjura minn pajjiżu, wara li pajjiżu għamlu nies. Verament każ ta' mistħija totali. Irridu nkunu kburin li aħna Maltin u fuq din il-gżira ċkejkna għamilna ġawhra ta' vera fil-Mediterran. Kburin għax Maltin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024