MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514427

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024 • illum Carmel Bonnici X'se naraw fiċ-ċinema fl- 2024 (it-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 14˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Imsaħħab u bil-ħalbiet tax- xita Viżibilità Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Punent forza 5 għal 6 li jdur mill-Punent forza 7 L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab u bix-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 7 li jsir Punent forza 6 Baħar Qawwi ħafna li jsir qawwi 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Kif stennejt u bsart meta kont qed infittex dwar liema films se jintwerew fit-teatri f 'din is-sena ġdida, it-tendenza baqgħet l-istess u kważi ma tbiddlet xejn. Il-produtturi jafu li l-films tas-supereroj, l-aktar dawk animati, huma l-qofol tal- profitti, b'xi produzzjonijiet minnhom irendu mijiet ta' miljuni ta' dollari u sikwit anki jaqbżu l-biljun. Għal dawn l-aħħar 12- il sena jew it aktar, bdiet rivalità qawwija bejn DC Entertainment u Marvel Studios – id-djar tal-kotba komiks tas-supereroj – għall-ġlieda tal-profitti, u din se tkompli matul l-2024. Produzzjonijiet oħrajn Xi films oħra li jidhru interessanti u li suppost joħorġu fl-ewwel nofs tas-sena jinkludu: e Boys in the Boat – Dwar it-tim tal- qaddiefa tal-Università ta' Washington li fl-Olimpjadi ta' Berlin tal-1936 ħadu l-medalja tad-deheb. e Holdovers – Għalliem eċċentriku tal-Istorja (Paul Giamatti) ikun sfurzat jibqa' fl-iskola fil-vaganzi ma' student ribell li m'għandux post fejn imur. e End We Start From – Waħda mara, mat-tifel tagħha li għadu kemm twieled, tipprova tmur lura d-dar waqt kriżi ambjentali twila fit-triqat ta' Londra. e Color Purple – Storja ta' mħabba u reżiljenza li ddum deċennju sħiħ ta' mara sewda u l-mira tagħha li ssir indipendenti wara li sofriet ħafna tbatijiet. American Fiction – Wieħed li jikteb in- novelli jiddejjaq li l-media qed tapprofitta mid-divertiment tas-suwed. Juża isem psewdonomu biex jikteb ktieb mimli ipokrezija u ġenn li qabel kien jobgħod. Jistgħu jkunu wkoll ta' interess dawn il- produzzjonijiet: Poor ings, Role Play, Madame Web, Wicked Little Letters, Drive-Away Dolls, Mickey 17, Back to Black, If (proġett ġdid), Ballerina (thriller) u Borderlands. Films tal-biża' u twerwir A Quiet Place: Day 1 – F'dan it-tielet film ta' din is-serje se mmorru lura lejn l-ewwel ġurnata (xena li diġà rajnieha fil-qosor f 'A Quiet Place 2 meta l-aljeni feroċi għomja llendjaw fid-dinja. Outcome – Storja li ddur fuq Reef, stilla ta' Hollywood, hekk kif ikun sfurzat jirrevedi l-problemi u jpatti għall-passat wara li jkun imminaċċjat b'video li juri affarijiet tal-biża' mill-passat tiegħu. Speak No Evil – Remake tal-film Speak No Evil tal-2022 dwar familja li tkun mistiedna tqatta' weekend ġo villa ġenjali fil-kampa2nja. Din il-vaganza ideali tirriżulta f 'ħolma psikoloġika. Trap – Mingħand id-Direttur M. Night Shyamalan jasal Trap, bil-protagonista Hayley Mills u bl-informazzjoni dwar l-istorja s'issa miżmuma. Imaginary – Waħda mara terġa' lura fil-kamra ta' tfulitha u tiskopri li l-ħabib immaġinarju ta' tfulitha sar reali u mhux kuntent li telqitu. Kif diġà aċċennajt, xi films tal-biża' maħduma b'baġit modest irendu introjtu qawwi u b'hekk se joħorġu wkoll Scream VII u Saw XI. B'baġit ta' inqas minn $35 miljun, Scream VI daħħal $169 miljun minn madwar id-dinja u Saw X, li sewa 13-il miljun, akkwista $109 miljuni minn kullimkien. Veru profitti tajbin! Produzzjonijiet oħra ta' dan il- ġeneru, jinkludu: e Seeding, Wolf Man, e Strangers Trilogy, e Hunted u MaXXXine. Barra l-films kollha li semmejt fil- kategoriji ta' qabel insibu wkoll xi sequels, prequels, reboots u remakes oħrajn bħal Mean Girls, Beetlejuice 2, Venom Sequel (l-isem għadu mhux ikkonfermat) kif ukoll dak ġdid Karate Kid, Rebel Moon: Part Two – e Scargiver, Beverly Hills Cop: Axel F (jerġa' jaħdem Eddie Murphy) u Transformers One. Għal żmien il-Milied (Novembru u Diċembru 2024) hemm ippjanati Gladiator 2 (ħiereġ 22 ta' Novembru) u Alto Kings (rivalità għall-mewt bejn żewġ kapijiet tal- Maa fi New York) ibbażat fuq storja vera u e Lord of the Rings: e War of the Rohirrim. Wisq probabbli jista' jkun hemm oħrajn li għadhom jinħadmu u mhux ipprogrammati fil-lista. Kollox ma' kollox, l-2024 tidher li se tkun sena oħra ta' produzzjonijiet varjati ta' kull livell li jilħqu l-aspetti ta' diversi spettaturi!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 January 2024