03
aħbarijiet
illum • IL-ĦADD 14 TA' JANNAR 2024
Tinqatel mara f'Tas-Sliema
LUIGI SGHENDO
Għall-ħabta tas-sitta u
kwart tas-Sibt filgħodu
f 'Tas Sliema, il-Pulizija ġiet
infurmata b'omiċidju wara
li raġel daħal fl-għassa u ta
ruħu b'idejh lill-awtoritajiet.
Minnfih, il-Pulizija marru
fuq il-post jinvestigaw fejn
sabu mara bla ħajja mimduda
fuq is-sodda b'diversi daqqiet
ta' arma li taqta'.
Il-vittma, Sandra Ramírez,
għandha 43 sena u hija
Kolombjana. Ir-raġel li daħal
fl-għassa wkoll għandu l-istess
nazzjonalità u età tal-vittma.
Mezzi tax-xandir
irrappurtaw li l-vittma u
s-suspettat it-tnejn kienu
jgħixu f 'Malta legalment.
Sandra ilha toqgħod f 'Malta
minn Ottubru tal-2022,
filwaqt li r-raġel sar residenti
f 'Jannar tal-2023.
Il-kelliem tal-Pulizija
Brandon Pisani qal li jidher
li seta' kien hemm argument
li żvolġa f 'omiċidju hekk
kif l-investigaturi għadhom
jeżaminaw x'kienet ir-
relazzjoni bejn ir-raġel u
l-vittma. Pisani qal ukoll li
m'hemm l-ebda rekord bejn il-
vittma u l-allegat aggressur li
qatt ressqu xi lmenti kriminali
jew rapporti ta' vjolenza
domestika kontra xulxin.
Fuq il-post kien hemm
preżenti wkoll il-Maġistrat
Lara Lanfranco flimkien ma'
esperti tal-Qorti, hekk kif
għaddejja inkjesta maġisterjali.
Dan huwa t-tieni qtil tal-
2024. L-ewwel qtil seħħ fl-
ewwel tas-sena fir-Rabat fejn
is-suspettat ewlieni fil-każ,
Noel Azzopardi, inżamm
arrestat wara li wieġeb mhux
ħati għall-qtil ta' Eric Borg ta'
27 sena.
Is-Sibt filgħodu fi Triq Sir George Borg
mara Kolombjana ta' 43 sena nqatlet
wara li raġel tal-istess nazzjonalità ta
ruħu b'idejh fl-għassa ta' Tas-Sliema
Pulizija u membri tal-Forensika fuq il-post f 'Tas-Sliema fejn inqatlet il-mara Kolombjana