MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 • NRU 901 Azzopardi Flores Clint eu2024 launch Quddiem il-Bażilika ta' Kristu Re Raħal Ġdid kulħadd mistieden il-Ġimgħa 26 ta' Jannar fis-7pm Intervista ma' Stephen Spiteri PAĠNI 4 u 5 Problema ta' spazju fl-Isptar Mater Dei ELAINE CAMILLERI L-Isptar Mater Dei qed jerġa' jaffaċċja l-istess problema li ilu jħabbat wiċċu magħha għal żmien, dik ta' limitazzjoni ta' spazju ta' sodod għall- pazjenti u listi twal ta' stennija għall- operazzjonijiet u dewmien. L-Isptar Mater Dei huwa l-faċilità ewlenija ta' Malta għall-kura tas-saħħa, li jipprovdi firxa sħiħa ta' servizzi mediċi u jakkomoda 1,204 sodda fid-dipartimenti kollha tiegħu. L-ILLUM tkellmet ma' Stephen Spiteri, Eks Shadow Minister tas-Saħħa tal-Partit Nazzjonalista u tabib, li qalilna li biex jittaffa l-piż minn fuq is-servizz nazzjonali hemm bżonn ta' outsourcing. Huwa spjega li la darba l-Isptar San Luqa qatt ma ġie rinnovat, dan suppost kellu jservi ta' spalla u jinħoloq bilanċ. Huwa sostna li permezz ta' outsourcing ma' sptarijiet privati, għandu jgħin biex tal- inqas tittaffa l-problema li qed jaffaċċja l-Isptar Mater Dei. Barra minn hekk, hu qal ukoll li l-emerġenza għandha bżonn tadatta sistema differenti fejn pazjenti jiġu eżaminati minn grupp ta' tobba maturi fil-kura primarja. Peress li mhux kulħadd jidħol l-emerġenza bl-istess każ, b'din is-sistema tabib ikkwalifikat u matur ikun jista' jiddixxerna x'inhu l-każ u minn hemm jiġi deċiż jekk il-pazjent għandux jintbagħat id-dar jew jinżamm għat-testijiet meħtieġa. "Allaħares jien nibgħat lil kulħadd għat-testijiet tad- demm jew xrays, għaliex imbagħad ikun hemm iktar xogħol u overload li jżid id- dewmien." IKOMPLI F'PAĠNA 2 Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li fl-aħħar xahrejn tas-sena li għaddiet kien hemm żieda qawwija fl-ammont ta' konvenji f 'Għawdex. F'Novembru u Diċembru ġew iffirmati 315-il konvenju, jew medja ta' ħamsa kuljum. Persuni li jafu sew is-settur tal-propjetà f 'Għawdex stqarrew li dan x'aktarx hu marbut mat-tħabbira fid-diskors tal-Baġit li l-iskema ta' boll imnaqqas fuq propjetajiet Għawdxin se tintemm u minflok jissaħħu l-inċentivi għal min jixtri postijiet antiki u jirrestawrahom. Fid-dawl tal-kritika ta' żvilupp ta' ħafna appartamenti f 'Għawdex, il-Gvern iddeċieda li fil-budget iwaqqaf din l-iskema u jsaħħaħ oħrajn. IKOMPLI F'PAĠNA 7 Wara l-budget, żieda qawwija fl-ammont ta' konvenji f'Għawdex L-Isptar ġenerali ta' Malta, Mater Dei, jinsab nieqes f'termini ta' disponibbiltà ta' sodod u ċerti proċeduri mediċi li huma mħarbta minn listi twal ta' stennija. Għalhekk tkellimna ma' personaġġi Maltin li huma midħla sew ta' dan is-settur sabiex nifhmu aħjar is-sitwazzjoni. F'Mater Dei hemm lista ta' stennija ta' 8,454 operazzjoni

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 January 2024