Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515075
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 • NRU 902 Intervista ma' Luciano Busuttil PAĠNI 6 u 7 Il-grupp parlamentari tal- PL se jiddiskuti t-talba ta' Cutajar biex tirritorna, Abela jgħid LUIGI SGHENDO Il-Partit Laburista jista' jara r-ritorn tal-eks membru tiegħu, Rosianne Cutajar, Il-PM Abela qal is-Sibt waranofsinhar. "Hija talbet biex tiġi integrata mal-grupp parlamentari tal-Partit Laburista" qal Abela waqt intervista esklussiva mal-RTK 103, lill-preżentatur Andrew Azzopardi. "Hija talbet biex tiġi integrata mill-ġdid mal- grupp parlamentari Laburista u din se tiġi diskussa u pproċessata mill-istatuti tal-Partit" qal il-PM Abela waqt l-intervista. PAĠNA 2 Rosianne Cutajar Id-diskors li l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat qed jikkonsidra joħroġ bħala kandidat għall-Parlament Ewropew ġab ewforija f 'ċerti kwartieri tal-Labour imma rabja kbira mal- moderati. Minkejja li għaddejja inkjesta maġisterjali fil-konfront tiegħu u jista' jkollha konsegwenzi serji għall-eks politiku minn Burmarrad li llum hu konsulent finanzjarju għal negozjanti kbar f 'Malta u barra minn Malta. Muscat, li kien Prim Ministru Laburista bejn l-2013 u l-2019, kellu jirriżenja ħesrem hekk kif sar magħruf kif nies madwaru kellhom rabtiet ċari mal- preżunt u allegat negozjant sid u kap eżekuttiv tal-grupp TUMAS Yorgen Fenech allegatament responsabbli mill- qtil tal-blogger kontroversjali Daphne Caruana Galizia. Tant hu hekk li l-kap tas-segretarjat ta' Muscat Keith Schembri rriżenja it ġranet qabel ir-riżenja ta' Muscat stess. Schembri kien involut ukoll ma' Fenech f 'negozji u dan jidher li dan il-fatt kien magħruf sew minn Muscat. Schembri u l-Eks Ministru Konrad Mizzi kienu ssemmew fil-uħ ta' kontijiet bankarji fil-Panama fl-2016, liema fatt ġie żvelat mill-bloger Daphne Caruana Galizia. Caruana Galizia nqatlet f 'bomba ġol-karozza mikrija tagħha fis-16 ta' Ottubru 2017. Tul dan il-perjodu, Kastilja, kif ukoll Muscat stess, kienu jagħmlu minn kollox biex jixprunaw it-teorija li Caruana Galizia nqatlet minn dawk li kienu jimpurtaw żejt illegalment fuq l-ibħra internazzjonali. L-aħbar li Muscat jista' joħroġ għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew hija marbuta wkoll ma' indikazzjonijiet u sinjali f 'sondaġġi diversi inkluż dak tal- MaltaToday li jindika li ħafna Laburisti qed jgħidu li mhux se jivvutaw. Is-sondaġġ tal- MaltaToday jaqbel ukoll mas-sondaġġ ta' Marmara, persuna kkunsidrat bħala viċin u fdata tal-Partit Laburista. Il-wasla ta' Muscat fix-xena politika tqajjem ħafna mistoqsijiet dwar il-persuna li għażel li jinjora l-episodji serji tal-uħ ta' kontijiet bankarji ġol-Panama fl-istess żmien tal-ehim mal-Vitals. Minkejja li kien jaf bil-ehim ma' frodisti barranin fl- akkwist tal-Vitals għall-isptarijiet tal-Istat, il-preżenza xorta se sservi biex issaħħaħ il- vot ta' ċerti Laburisti tal-qalba. Min-naħa l-oħra din l-aħbar isservi biex jitwarrbu l-moderati mil-Labour u dawk il-Laburisti li huma diżgustati bl-aġir ta' Muscat. Ironikament jekk il-Labour imur aħjar milli mistenni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew mill-Partit Nazzjonalista, jista' jkun hemm mossa biex jitneħħa Bernard Grech minn Kap tal-PN, u dan ikun ifisser li l-PN ikun iktar f 'ċans li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2027. Iktar u iktar għax Robert Abela jkun inqas b'saħħtu fil-partit. Hemm dawk fl-amministrazzjoni tal- Partit Laburista li huma inkwetati li l-aġir ta' Muscat tista' tfarrak dak kollu li akkwista Abela mal-faxxa moderata. U li l-mossa ta' Muscat hija ripetizzjoni tal-approċċ ta' politiċi bħal Trump u Berlusconi li użaw is-siġġu parlamentari biex ixejnu attakki fil-konfront tagħhom. Ewforija fil-Labour li Muscat jista' jerġa' jitfaċċa imma rabja kbira mill-moderati Joseph Muscat