16
aħbarijiet
IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 • illum
LUIGI SGHENDO
Bejn wieħed u ieħor, bejn
l-2018 u l-2022, wieħed
minn kull erba' persuni li
welldu kienu ta' nazzjonalità
barranija.
L-informazzjoni ġiet
disponibbli waqt il-mistoqsijiet
parlamentari tat-Tnejn li għadda
meta l-MP Bernice Bonello
staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi
Clyde Caruana biex jgħid kemm
twieldu trabi f 'Malta u Għawdex
fl-aħħar 30 sena, sena b'sena, u
kemm minnhom twieldu minn
nisa barranin fl-istess snin, sena
b'sena.
Mill-istatistika maħruġa
mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Istatistika ġie żvelat li l-1996
irreġistra l-ogħla ammont ta'
twelid, b'total ta' 5,038, segwit
mis-snin 1997 u 1998 b'total ta'
4,848 u 4,669 rispettivament.
Mill-banda l-oħra, l-inqas
perjodu li twieldu persuni
f 'Malta kien bejn l-2004-2006,
b'total ta' 3,894, 3,858 u 3,767
rispettivament.
L-istatistika indikat li mill-
2011 l-ammont ta' persuni
barranin li welldu f 'Malta żdied
kull sena, hekk kif fl-2011
twieldu 384 tarbija, b'paragun
mal-2022 fejn 1,260 barrani
welled Malta.
Bejn l-2018
u l-2022,
wieħed minn
kull erbgħa li
jwelldu jkunu
barranin
L-1996 irreġistra
l-ogħla ammont ta'
twelid – total ta'
5,038 tarbija
L-ammont ta' persuni li twieldu f 'Malta minn ommijiet Maltin u barranin