Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515075
06 intervista IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 • illum LUIGI SGHENDO Kif inħolqot din l-awtorità u x'inhuma r-responsabbiltajiet tagħha? Il-ħolqien ta' dan il-korp regolatorju kien ġie fformat permezz ta' Bord Konsultattiv dwar l-Integrità Sportiva li jikkonsisti minn stakeholders ewlenin fil-qasam tal-integrità sportiva f 'Malta. Dawn inkludew il-Gvern, l-Oppożizzjoni, il- Kumitat Olimpiku Malti (MOC), SportMalta, il-Kummissjoni Nazzjonali Kontra d-Doping (NADO Malta), il-Malta Football Association (MFA), is-sottokumitat iddedikat għall- korruzzjoni fl-isport, l-Awtorità Maltija tal-Logħob (MGA) u l-Pulizija. Finalment, il-Bord ħa nota kemm tal-istrutturi nazzjonali ta' governanza tal- isports kif ukoll tal-impenji internazzjonali ta' Malta. L-Awtorità ġiet stabbilita f 'Lulju tal-2021 fejn ingħatat firxa wiesgħa ta' funzjonijiet fosthom ir-responsabbiltajiet ta' doping control f 'dik li kienet NADOMALTA. Kull test tad-doping issa qed isir mill- AIMS u l-proċess kollu huwa responsabbiltà tal-AIMS. L-AIMS trid tara li nkunu konformi mal- WADA li hija l-agenzija mondjali tal-antidoping. Busuttil saħaq li dan huwa xogħol importanti għax minnu jiddependi l-isport nazzjonali kollu. L-AIMS għandha wkoll responsabbiltà li tikkordina l-ħidma relatata mal-ġlieda kontra l-manipulazzjoni fl-isport u l-korruzzjoni li jista' jwassal għal imħatri li jsiru fuq logħob li jkunu miiehma. "Din hija responsabbiltà li se tpoġġi lil Malta fuq il-mappa Ewropea" saħaq Busuttil, filwaqt li spjega kif l-awtorità se tkun qed taħdem spalla ma' spalla bejn l-MGA, Pulizija, MFA, Kumitat Olimpiku Malti u rappreżentanti mill- Ministeri tal-Isport u tal-Intern. Barra minn hekk din se tnaqqas il-pressjoni tal-Kunsill tal- Ewropa minħabba l-konvenzjoni macolin. Il-konvenzjoni macolin hija strument legali u l-unika regola tad-dritt internazzjonali dwar il-manipulazzjoni tal- kompetizzjonijiet sportivi. Waqt il-konvenzjoni ġiet diskussa kif l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet sportivi, operaturi tal-imħatri u organizzaturi ta' kompetizzjonijiet biex jipprevenu, jidentifikaw u jissanzjonaw il-manipulazzjoni ta' kompetizzjonijiet sportivi. Busuttill qal kif pilastru ieħor tal-AIMS hija l-edukazzjoni u jemmen li hija ċ-ċavetta li biha niġġieldu l-abbuż fl-isport. L-AIMS se tkun qed tiffoka sew fuq l-edukazzjoni sabiex nifirxu t-tagħlim tal-integrità mal-pajjiż kollu. Fl-aħħar u mhux l-inqas l-awtorità se tkun qed tieħu ħsieb ir-reġistrazzjoni u l-konformità tal-klabbs kollha f 'Malta. X'tip ta' testijiet se jittieħdu mill- awtorità u għalfejn huwa importanti li jittieħdu t-testijiet tal-atleti? Busuttil beda billi spjega kif l-Awtorità tagħmel testijiet tad- doping li qed jiżdiedu kull sena. Apparti dan, Busuttil qal li żdiedu wkoll id-Doping Control Officers li ngħataw korsijiet grazzi għal ehimiet li saru man-NADO tal-Iżvezja u l-Isport Integrity Australia, li hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa awtoritajiet dwar l-integrità fid-dinja. Rigward it-tip ta' testijiet li saru, Busuttil semma l-Logħob tal- Pajjiżi ż-żgħar. Apparti d-doping control, ġie introdott metodu ġdid bħala proġett pilota biex isir ittestjar bis-sistema ta' Dry blood Sampling. B'differenza mill- metodi ta' ġbir ta' kampjuni tal- awrina u tad-demm konvenzjonali li huma intrużivi, DBS jeħtieġ biss it qtar ta' demm, miġbura minn suba' jew mid-driegħ. Imbagħad, id-demm jiġi applikat fuq materjal speċjali assorbenti fejn wara tiġi ssiġillata u mibgħuta lil laboratorju akkreditat mill- WADA għall-ittestjar. Apparti dan, l-awtorità qed tipproponi wkoll proġett iffinanzjat mill-Fondi Ewropej sabiex ikunu ttestjati atleti permezz ta' monitoraġġ tal-qalb, mhux għal raġunijiet ta' doping iżda biex wieħed jara jekk persuna hijiex idonea li tagħmel attività agonistika. Busuttil fakkar kif dawn it- testijiet huma mandatorji f 'pajjiżi bħall-Italja u jistgħu jevitaw li plejer isib ruħu f 'xifer il-mewt. Huwa fakkar il-każ ta' Christian Eriksen, plejer Daniż li safa' vittma ta' attakk tal-qalb. "Ovvjament hemm spiża sabiex isiru u nimu li ħafna klabbs ma jifilħux għaliha" qal Busuttil, iżda jemmen li dan il- proġett jista' jixpruna l-pjan biex niddakkru lokalment u għalhekk ikun ta' għajnuna kbira lill-klabbs u lill-atleti. Temmen li f'Malta hawn problema ta' korruzzjoni fil-qasam tal-isport? "Il-verità hija li din it-tip ta' kriminalità tinsab kullimkien" stqarr Busuttil. Mistoqsi għar- reazzjoni tiegħu fuq il-kummenti ta' David Agius fejn implika li r-rebbieħ tal-Kampjonat Premier kien magħruf, Busuttil saħaq li jekk Agius jaf b'xi ħaġa għandu minnufih jagħmel rapport mal- Pulizija. L-Awtorità qed timbotta biex isiru tibdiliet fil-liġi biex finalment tissaħħaħ l-anonimità u l-protezzjoni tal-atleti li jkunu konxji tal-korruzzjoni fl-isport. Huwa fakkar kif preżentement, l-anonimità mhix garanzija għal kull min jikxef il-korruzzjoni fl- isport u għalhekk l-AIMS se tisħaq li tiġi pprovduta l-anonimità f 'dawn it-tip ta' każijiet. L-Awtorità meta mistennija tibda testendi s-servizzi tagħha? Busuttil qal li l-awtorità bħalissa diġà qed taħdem u topera fuq diversi setturi tar- responsabbiltajiet tagħha. Finalment, Busuttil spjega kif apparti doping u edukazzjoni u registrazzjonijiet tal-klabbs; l-Awtorità se tkun qed tagħti liċenzji lill-klabbs dwar l-operat tagħhom u liċenzji għal kull attività sportiva inklużi gyms. 'L-Awtorità se tikkombatti d-doping u l-manipulazzjoni fl-isport' | Luciano Busuttil Il-ġurnalist Luigi Sghendo tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall- integrità tal-isport Malti (AIMS) Luciano Busuttil fejn semma l-ħidma tal-Awtorità tal-Integrità għall-Isport Malti

