MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • NRU 903 Intervista ma' Roderick Galdes PAĠNI 6 u 7 MARIANNA CALLEJA L-għajdut dwar il-futur ta' Roberta Metsola qatt ma qatgħu. Imma din il-ġimgha kien hemm indikazzjoni li Metsola tefgħet għajnejha fuq it-tieni mandat bħala President tal-Parlament Ewropew. F'risposta vaga għall-aħħar, Metsola qalet li hi "probbabli tibqa'" bħala President ta' waħda mill- ikbar istituzzjonijiet Ewropej. Kienet qed tirrispondi mistoqsija ta' ġurnalist matul l-EU Summit, u ma kinitx lesta tikkonferma kollox fuq il-pjanijiet tagħha. "Ma nħobbx nitkellem dwari," qaltlu Metsola lil ġurnalist tal-AFP Christian Spillman. Minflok dawret id-diskors fuq kif qed tiffoka biex tiġbed iktar nies joħorġu jivvotaw fl-elezzjonijiet ta' Ġunju li ġej. Se tkun diffiċli ħafna li Bernard Grech jiġi megħlub wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, aktar u aktar jekk il- Partit Nazzjonalista jirnexxielu jġib lura t-tielet siġġu u Metsola tieħu t-tieni mandat. Jekk is-siġġu ma jġibux, Grech m'għandu l-ebda dmir jinżel ġaladarba l-istatut tal-partit jgħid li dak id-dmir jiġi eżerċitat wara elezzjoni ġenerali. Dan sintendi ikun soljev kbir għal Robert Abela u l-Gvern Laburista li jkompli fit-triq miuħa beraħ minkejja l-intoppi politiċi li jista jaffaċċja. Dan mhux se jnaqqas fiż-żieda tal-apatija fin-nies, u l-vot ta' protesta jaf ikun aktar pronunzjat. Skont kif normalment l-affarijiet imorru fix-xena ewropea, il- Kummissjoni u l-Parlament jibqgħu f 'idejn il-Partit Popolari Ewropew, għalinqas għall-ewwel sentejn tal-mandat. Is-soċjalisti normalment jiksbu l-Kunsill Ewropew, u l-liberali jmexxu s-Servizz ta' Azzjoni Esterna, il- fergħa diplomatika tal-UE. It-tbassir tal-ikbar gruppi politiċi jara lil Ursula von der Leyen tibqa' fein hi. Lil Mette Frederiksen,il- Prim Ministru preżenti tad- Danimarka bħala President tal- Kunsill Ewropew, u lil Metsola bħala President tal-Parlament Ewropew. Li hu żgur hu li mhux it huma l-MEPs, fid-diversi gruppi politiċi fi Brussell, li iħossu li Metsola ħaqqha l-mandat għat-tieni darba. Mill-bidu tal-kandidatura tagħha għall-presidenza, il-mexxej tal-EPP Manfred Weber imbutaha bħala l-kandidata ideali għal-partit tal- lemin fiċ-ċentru, li iktar iva milli le jsibu posthom jmexxu l-Parlament. Dan kollu ma jfissirx li ma tistax tirritorna fix-xena lokali, u l-bieb għaliha biex tmexxi l-Partit Nazzjonalista jibqa' mbexxaq. Imma kif jidhru l-affarijiet, il- mexxejja politiċi lokali ser jibqgħu Abela u Grech bil-prognosi ċara li l-Partit Laburista jibqa' forza dominanti fil-politika lokali. Metsola: Tgħid ħafna, imma ma tgħid xejn Tħalli t-tmexxija tal-partit f'idejn ħaddieħor Se tkun diffiċli ħafna li Bernard Grech jiġi megħlub wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, aktar u aktar jekk il-Partit Nazzjonalista jirnexxielu jġib lura t-tielet siġġu u Metsola tieħu t-tieni mandat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024