Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403
02 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum AQUARIUS, MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se jkun dak il-mument li l-karriera tiegħek sejra tieħu direzzjoni ġdida, direzzjoni ta' aktar stabbiltà hekk kif se tagħraf kemm qiegħda tavvanza 'l quddiem. Dejjem żomm il-bilanċ! Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo. Namaste. TAURUS, MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Taurus se jkun mument sabiex tagħraf li dak li sa issa int għaraft tkattar fil-karriera tiegħek, għandek bżonn tagħtih aktar attenzjoni profonda u ma toqgħodx titlef ħin fi ħsibijiet oħra. Irrifletti. Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Cancer. Namaste. CANCER, MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Cancer se jkun mument ta' riflessjoni profonda dwar dak kollu li int qed tesperjenza fil- preżent. Grazzi għal din l-esperjenza se tkun tista' tagħraf x'inhu l-aħjar pass li għandek twettaq. Dan għandek twettqu b'għaqal. Iż-żodjaku bl- aktar aspett pożittiv ġej minn Aries. Namaste. LIBRA, MIT-23 TA' SET TEMBRU SAT-22 TA' OT TUBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aquarius, Libra se jkun mument li jagħmlek tagħraf aħjar x'inhu vera utli għalik. B'hekk tagħraf il-bżonn li minn issa tibda ttejjeb id-deċiżjonijiet li tkun qed tieħu sabiex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik. Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Pisces. Namaste. SAGIT TARIUS, MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Sagittarius se jkun dak il-mument fejn trid tagħraf iżżomm kontroll dwar it-tfassil ġdid li qed tħejji għalih. Minn issa trid tagħraf iżżomm ċertu bilanċ f 'dak li twettaq biex dan it-tkattir jimxi parallel mat-tkomplija ta' ħajtek. Iż- żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aquarius. Namaste. SEBA VOUCHERS TA 7€ GHALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 79495804 ser jingħataw Voucher ta 7€ li jissarraf fil-Pubblikazjonjiet ta PaulJon. Grazzi tal-appoġġ TIEGĦEK għal din il-pagna. Namaste L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) għaż-żodjaku ta' Aquarius Mill-Ħadd 4 ta' Frar sas-Sibt 10 ta' Frar Fl-ewwel tliet snin mit-twaqqif tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, kien hemm kważi 600 familja li saru sidien ta' djarhom grazzi għal skemi tal-Awtorità tad-Djar. Dan ifisser medja ta' familja vulnerabbli kull jumejn. Fil-fatt, ta' min wieħed jinnota li huwa aktar probabbli li familja Maltija bi dħul baxx, hija sid tal- propjetà li tgħix fiha milli hu probabbli li familja bi dħul medju Ġermaniża tkun sid ta' darha. L-istess meta wieħed iħares lejn familja ta' dħul medju fi Franza, l-Olanda u l-Awstrija. B'xhieda ta' dan huma n-numri ta' benefiċjarji tal-iskemi mħaddma mill-Awtorità tad-Djar. Pereżempju, bejn l-2020 u l-2023 kien hemm 256 familja li gawdiet mill-iskema tad-depożitu. Taħt din l-iskema, jibbenefikaw persuni li jkollhom anqas minn 39 sena li jkunu f 'pożizzjoni li jidħlu għal self mal-banek imma li ma jkollhomx imfaddla l-ammont tad-depożitu. Din l-iskema tippermetti lil persuni jidħlu għal self għal propjetajiet li jiswew sa €225,000. Fl-istess perjodu kien hemm 245 familja li bbenefikat mill-Equity Sharing Scheme. Din l-iskema inizjalment kienet intiża, fost oħrajn, għal persuni li jisseparaw u li minkejja li jkollhom ammont ta' assi minħabba l-età tagħhom isibuha diffiċli jaċċessaw self mill-bank. Iżda din l-iskema ġiet estiża wkoll għal dawk li għandhom 30 sena jew aktar, biex aktar persuni jsiru sidien ta' djarhom. Dan anke abbażi tal-esperjenzi li n-nies ikunu qasmu mal-Awtorità. Permezz ta' din l-iskema, il-Gvern qed jidħol bħal sieħeb fix-xiri tal-propjetà u jieħu titlu sa massimu ta' 50% fuq propjetajiet sa valur ta' €250,000. Finalment, kien hemm 97 familja li ħadu dak li hu magħruf bħala self soċjali. B'din l-iskema, familji bi dħul baxx ikunu jistgħu jaċċessaw self hekk kif l-Awtorità tissussidja sa massimu ta' €167 fix- xahar bħala għotja fuq il-pagament tas-self u fejn applikabbli tkopri wkoll id-depożitu relatat max-xiri tal-propjetà filwaqt li tassisti bis-servizzi tan-nutar. Studju tal-Bank Ċentrali ta' Malta jindika wkoll li fost l-20% bl-inqas dħul, sitta minn għaxra huma sidien ta' djarhom. Bir-rata ta' home-ownership f 'pajjiżna fost familji bi dħul relattivament baxx tilħaq il-medja għall-familji madwar iż-żona ewro, kif indikat mill-Bank Ċentrali Ewropew, bħala 60%. 600 familja saru sidien ta' darhom fi tliet snin bl-iskemi tal-Awtorità tad-Djar Huwa aktar probabbli li familja Maltija bi dħul baxx, hija sid tal-propjetà li tgħix fiha milli hu probabbli li familja bi dħul medju Ġermaniża tkun sid ta' darha