MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti LISA ABIGAIL CALLEJA Lena Maria Ludes hija artista u disinjatriċi Ġermaniża bbażata f 'Malta. Il-Ġimgħa li għaddiet, fit-2 ta' Frar, Ludes nediet l-ewwel wirja individwali tagħha fil-Phoenicia, bħala parti mill-programm 'Artist in Residence' tal-lukanda. 'Beyond the flawless: Embracing the imperfect beauty of humanity' hija t-tielet wirja f 'din is-sensiela, wara dawk ta' Kenneth Zammit Tabona u Carmel Serracino. Lena Maria Ludes għandha esperjenza vasta, kemm fil-moda, kif ukoll fl-arti. Hija kellha talent għat-tpinġija minn età żgħira, u qattgħet snin tieħu lezzjonijiet tal- arti li minnhom tgħallmet tekniki importanti tal-pittura. Madankollu, hi studjat ukoll għal lawrja fil-fashion design u għal xi żmien anke ħadmet fis-settur tal-moda bħala mudella. Eventwalment, hi ħadet id-deċiżjoni li tgħaqqad iż-żewġ passjonijiet tagħha u ssegwihom it-tnejn fil-karriera tagħha. Illum, ta' 27 sena, Lena qed tiżvela kollezzjoni ta' xogħlijiet għall-ewwel darba, eċitata li mhux biss qed tesebixxi il-ħiliet artistiċi tagħha, iżda wkoll l-imħabba li għandha għall- immudellar u s-sbuħija. Ikkurata minn Dr Charlene Vella, 'Beyond the flawless' tinkludi sensiela ta' pitturi maħduma biż-żejt iċċentrati fuq il-forma femminili u l-aspettattivi tas- sbuħija mingħajr difetti. Il-wirja tisfida l-idea tal-perfezzjoni, filwaqt li teżamina l-aspetti kumplessi tal-eżistenza tal- bniedem. Il-pitturi jeżaminaw il-kombinazzjoni ta' difetti li jagħmlu lil kull persuna unika f 'soċjetà fejn il-perfezzjoni spiss tiġi mfittxija u mfaħħra. Minflok, l-imperfezzjoni tal-bniedem titpoġġa fuq il-pedestall, partikolarment in-natura temporanja tas-sbuħija, permezz tal-pitturi li huma viżibilment perfetti u jleqqu fil-kulur tagħhom, iżda mhumiex stabbli fil-forma tagħhom. Kull pittura tuża kulur differenti biex twassal emozzjoni differenti. Għalkemm kulħadd jaspira li jkun bla difetti u perfett bil-mod uniku tiegħu, kulħadd għandu wkoll sentimenti u emozzjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar isawruhom fin-nies li huma. 'Beyond the flawless: Embracing the imperfect beauty of humanity' se tibqa' miuħa fil-Palm Courte Lounge tal- Phoenicia sad-29 ta' Frar. Id-dħul huwa bla ħlas. Artista Ġermaniża tiddebuta bl-ewwel wirja tagħha fil-Phoenicia matul Frar Il-Mużew Marittimu ta' Malta jerġa' jiftaħ għal wirja storika LISA ABIGAIL CALLEJA Il-Mużew Marittimu ta' Malta jkopri 7,000 sena ta' storja nawtika Maltija mill-Preistorja sal-preżent. Għalkemm ingħalaq għar-restawr xi snin ilu, il-mużew kien u baqa' joffri veduta pittoreska fejn jinsab tul ix-xatt tal-Birgu. Fid-9 ta' Frar, il-mużew se jkun qed jerġa' jiaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku, għall-wirja tal-isem 'An Island at the Crossroads'. Peress li hija gżira żgħira, il-futur ta' Malta ilu fil- ħniena tal-ibħra li jġarrfu fuq il-kosta tagħha għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Dak li darba kien l-akbar ostaklu naturali tal-pajjiż sar pont li jippermetti lin-nies tagħha jivvjaġġaw, u rriżulta fil-ħolqien ta' "An Island at the Crossroads", jew "Gżira f 'Salib it-Toroq." Il-wirja hija tentattiv biex tiġi eżaminata u skopruta n-natura ta' din il-gżira. Hekk kif tesplora l-pożizzjoni strateġika ta' Malta fil- Mediterran, "An Island at the Crossroads" tiżvela xenarju ta' stejjer maħluqa mill-influwenza tal-baħar fuq il-gżira. L-artefatti għall-wiri, li jvarjaw minn pitturi tal-ex-voto għal strumenti nawtiċi antiki, jirrakkontaw stejjer ta' mħabba, ġlied, u l-isfidi affaċċjati minn dawk li qasmu l-baħar biex jibdew ħajja ġdida. Il-mużew stess għadu magħluq għalissa, għalkemm il- wirja se tkun miftuħa kuljum (ħlief nhar it-Tlieta) mid- 9 am sal-5 pm. Il-biljetti se jkunu disponibbli għax-xiri aktar 'il quddiem. "An Island at the Crossroads" se tibqa' miftuħa sad-9 ta' Frar, 2025. "Dan huwa biss il-bidu tal- avvenimenti li huma ppjanati għal din is-sena, fosthom konferenzi, inizjattivi tat-tagħlim għat-tfal, taħditiet edukattivi, u anke opportunità biex tqatta' lejl fil-mużew." Żur is-sit maltamaritimemuseum.mt għal aktar informazzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024