MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • NRU 904 → direct My investments, My way. Whether you are a pro in investing or just starting out, MeDirect provides the tools you need to put your money to work – safely, simply and on your own terms. MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, is licensed to undertake the business of Banking in terms of the Banking Act (Cap. 371) and investment services under the Investments Act (Cap.370). medirect.com.mt 2557 4400 Intervista ma' Steve Ellul PAĠNI 6 u 7 Il-fiduċja fil-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela żdiedet b'erba' punti minn Diċembru 'l hawn, waqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech niżel għal 17-il punt. Dan huwa żvelat illum f 'sondaġġ mill-gazzetta MaltaToday. Fis-sondaġġ, Abela żied ċarament għax kien hemm żieda fin-numru ta' votanti Laburisti fin-Nofsinhar ta' Malta li din id- darba għażlu li jgħidu li se jivvutaw għall- PL. Imma jibqa' fatt li ma' 42 fil-mija tal- elettorat ma jafdawx la lil Abela u lanqas lil Grech. Il-messaġġ huwa ċar. Grech m'għandux ċans u jidher sfiduċjat minn niesu stess, filwaqt li l-Labour għad għandu ċorma nies li kienu vvutawlu u li mhux se jivvutaw. Fl-istess sondaġġ jidher li kieku kellha ssir elezzjoni għada, il-PL jirbaħ b'madwar 15,000 vot. Dan aktarx ikompli jitla' hekk kif nersqu lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Ġunju.Bernard Grech, li huwa determinat jibqa' Kap tal- PN, tilef erba' punti mill-aħħar sondaġġ tal-MaltaToday li seħħ f 'Diċembru. Id- distakk bejn iż-żewġ mexxejja politiċi kiber; kontra dak li s-soltu jiġri f 'nofs leġiżlatura.Għal Grech, l-agħar waħda hi li l-maġġoranza ta' dawk li se jivvutaw għall-PN ma jafdawhx. Grech, li qatt ma kien attiv fil-PN, ġie elett wara li Adrian Delia kien ġie sfiduċjat. Iżda Grech naqas milli jimpressjona u wisq aktar javvanza lill-PN. Infatti 46% biss ta' votanti Nazzjonalisti jafdaw lil Grech. Fis- sondaġġi, sinjal pożittiv għal politikant hu meta jkun aktar popolari mill-partit tiegħu stess. Meta jkun anqas popolari mill-partit tiegħu jfisser li hemm problemi kbar. Dan huwa l-każ għal Grech illum. Skont is-sondaġġ tal-MaltaToday, Grech bħala kap huwa l-iktar aspett inkwetanti fil-PN u qed ikun ta' piż għall-partit. Filwaqt li 46% tan-Nazzjonalisti jafdaw lil Grech, mal-94% (minn 83% f 'Diċembru) ta' votanti Laburisti jafdaw lil Abela. Indikazzjoni li l-messaġġi xejn sottili li bagħat Abela fil-konfront tal-Eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat swew għal xi ħaġa.L-iktar kategorija li ma jafdawx lil Abela u lil Grech huma dawk bi dħul pjuttost għoli.Fil-kategorija ta' dawk li jaqilgħu iktar minn €4,000 f 'xahar huma biss 10% li jafdaw lil Grech. Min-naħa l-oħra, 46% minn dawn, jafdaw lil Robert Abela. Sinjal ċar li min huwa involut jew konness mal-business jafda aktar lil Abela. Grech jitkaxkar hekk kif il-Labour jaffaċċja l-assenteiżmu L-uffiċjali li ġabru lil Snoops jitwaqqfu minn xogħolhom sakemm tintemm l-investigazzjoni kontrihom Snoops, kelb abjad b'marki suwed, kien instab ferut, mimli ċomb sparati minn arma tan-nar ELAINE CAMILLERI Iż-żewġ uffiċjali li dehru qed imexxu l-operazzjoni sabiex jinġabar il-kelb Snoops, vittma ta' sparatura, jinsabu mwaqqfa minn xogħolhom sakemm tkun konkluża investigazzjoni interna kontrihom. "Dwar il-każ tal-kelb ferut li ntwera fuq il-mezzi soċjali, għaddejja investigazzjoni interna appuntata biex tistabbilixxi l-fatti fosthom jekk intużatx forza li setgħet kienet eċċessiva. Sadanittant, id-Direttorat ipprekluda liż-żewġ uffiċjali involuti fil-każ milli jagħmlu kull forma ta' xogħol relatata mal-annimali" qal id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali. PAĠNA 4 Bernard Grech naqas milli jimpressjona

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024