MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum AQUARIUS, MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR Għalik, iż-żodjaku ta' Aquarius waqt San Valentinu se jkun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li int esperjenzajt fl-imħabba tal-passat. Fin- nuqqas ta' dan, għalik, jaf ikun hemm forma ta' xkiel. Għalhekk, f 'dan il-mument trid tagħraf aktar lilek innifsek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik f 'San Valentinu huwa ż-żodjaku ta' Leo. Namaste. GEMINI, MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU Għalik, iż-żodjaku ta' Gemini waqt San Valentinu se jkun perjodu ta' iżjed tkattir fir-relazzjoni li fil-preżent int qed tesperjenza. Iżda żgur trid tagħraf iżżomm bilanċ bejn il-karriera u r-relazzjoni li għandek. Fin-nuqqas li int ma żżommx il-bilanċ, jaf ikollok xi konsegwenzi. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik f 'San Valentinu huwa ż-żodjaku ta' Sagittarius. Namaste. VIRGO, MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU Għalik, iż-żodjaku ta' Virgo waqt San Valentinu se jagħmlek tagħraf aktar kif għandek tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet li l-imħabba sejra tibda toffrilek. Minn issa, int se tagħraf dik ir-responsabbiltà ġdida li din l-imħabba sejra tagħtik. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik f 'San Valentinu huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Namaste. LIBRA, MIT-23 TA' SET TEMBRU SAT-22 TA' OT TUBRU Għalik, iż-żodjaku ta' Libra waqt San Valentinu se jkun il-waqt għal aktar għarfien ta' dak li int kapaċi toffri fl-imħabba. Minn issa, għalik dan se jkun xenarju kompletament mibdul. Għalhekk, aktar minn qatt qabel, int trid tkun ferm iffokat. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik f 'San Valentinu huwa ż-żodjaku ta' Virgo. Namaste. SAGIT TARIUS, MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU Għalik, iż-żodjaku ta' Sagittarius waqt San Valentinu se jagħmlek tagħraf iżjed dwar id-direzzjoni vera li l-imħabba tiegħek għandha taqbad fil-ġimgħat li ġejjin. Dan hu żmien oppurtun sabiex terġa' tikseb dik il-ħeġġa. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik f 'San Valentinu huwa ż-żodjaku ta' Gemini. Namaste. CAPRICORN, MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR Għalik, iż-żodjaku ta' Capricorn waqt San Valentinu se jkun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li qed tesperjenza. Għalkemm jaf ikun hemm mumenti ta' tibdil, agħraf ħares biss 'il quddiem u mhux lura. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik f 'San Valentinu huwa ż-żodjaku ta' Pisces. Namaste. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-oroskopju ta' mħabba għal San Valentinu L-Erbgħa 14 ta' Frar Sa Diċembru 2023, f 'Malta kien hawn 14,360 persuni li għandhom il-Karta l-Blu tad-diżabilità, filwaqt li 27,306 persuni kellhom il-Karta Ewropea tad-Diżibilitá. Dan ħareġ f 'mistoqsija parlamentari miIl-MP tal- Partit Nazzjonalista Graziella Galea lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli. Galea staqsiet rigward kemm kien hemm persuni li jħaddnu waħda minn dawn il-karti sa Diċembru 2023. Mill-informazzjoni mogħtija, irriżulta li 7,703 mit- total ta' dawk li jħaddnu l-karta l-blu huma rġiel, filwaqt li 6,657 huma nisa. L-għola rata taqa' taħt in- nisa, b'iktar minn 4,855 li għadhom din il-karta u li għandhom 'il fuq minn 60 sena. Mill-banda l-oħra, il-kategorija tal-irġiel kienet l-ogħla waħda bl-iktar persuni li jħaddnu l- Karta Ewropea tad-Diżibilitá, b'total ta' 13,907. Fil-kategorija tan-nisa kien hemm biss total ta' 3,399. L-ogħla rata ta persuni li jħaddnu l-Karta Ewropea tad-Diżibilitá kienet fost dawk in-nisa li għandhom 'l fuq minn 60 sena, b'total ta' 9,573. Iktar minn 14,000 persuna kellha l-karta l-blu tad- diżabilità fl-2023 L-ogħla rata ta' persuni li jħaddnu l-karta blu jew Karta Ewropea tad-Diżibilitá huma nisa 'l fuq 60 sena Sa Diċembru 2023, f 'Malta kien hawn 14,360 persuni li għandhom il-Karta l-Blu tad-diżabilità Is-Sibt filgħodu 36 pesuna nġabru mill-Pulizija għaliex kienu qed jgħixu f 'Malta b'mod irregolari. Din l-ispezzjoni twettqet wara jiem ta' stħarriġ b'ħidma konġunta bejn il-Pulizija u l-Uffiċjali tas-Servizzi ta' Detenzjoni. 35, kollha irġiel, huma ta' nazzjonalità Sirjana u raġel ieħor huwa mill-Gambja. Fi stqarrija, il-pulizija spjegat li l-ispezzjonijiet kienu ffokati fil- Ħamrun, Santa Venera u l-Imsida u huma parti minn sensiela ta' spezzjonijiet bil-għan li jkun assigurat li persuni li qed jgħixu f 'pajjiżna għandhom id-dokumenti validi u l-permessi m Dawn il-persuni issa qed jinżammu fiċ-ċentru ta' detenzjoni u se jibqgħu jinżammu fiċ-ċentru sakemm ikunu ritornati lejn il-pajjiż li ġew min Il-Korp tal-Pulizija se jibqa' għaddej bi spezzjonijiet kontinwi fil-qalba tal- komunitajiet. 36 persuna jintsabu jgħixu f'Malta b'mod irregolari Wara spezzjoni konġunta bejn il-Pulizija u l-Uffiċjali tas-Servizzi ta' Detenzjoni, 36 persuna qed jinżammu f'ċentru ta' detenzjoni wara li nstabu jgħixu Malta b'mod irregolari (Ritratt: Pulizija)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024