MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-messaġġ huwa ċar. L-Avukat Bernard Grech bħala Kap tal-Par- tit Nazzjonalista mhu se jwassal lill-PN imkien. Anzi hemm ċans kbir li jkompli jgħarraq lill-partit tiegħu. Illum qiegħed fejn kien l-Eks Kap tal-PN Adrian Delia ... fl-abbiss. Hemm isfel b'24 punt differenza minn Robert Abela mexxej u prim ministru. Dan skont l-aħħar sondaġġ tal-MaltaToday survey li għadu kif ħareġ. Għal Abela, mhux kollox għaddej lixx u hu għandu l-problemi tiegħu wkoll. Imma jekk irridu nkunu onesti, il-problemi politiċi li għandu Grech huma ferm akbar. Illum jidher ċar li m'hemmx tama li Grech jagħmel xi kambjament fil-pajsaġġ politiku, u hemm bosta raġunijiet għal dan. Grech ma jispirax, m'għandux viżjoni, u fuq kollox m'għandux kwalitajiet ta' leadership. Wera fuq medda ta' żmien li m'għandux gravitas, lanqas meta kien hemm okkażjonijiet politiċi opportuni quddiem wiċċu. Jidher li hu mdawwar minn nies li m'għandhomx il-ħila li jiftħulu għajnejh, li jfissrulu li d-deċiżjoni tiegħu biex jibqa' kap qed tagħmel ħsara, mhux biss lill-PN, imma lill- pajjiż. Għax dan il-pajjiż jeħtieġlu alternanza u oppożizzjoni dinamika kif hu mistenni f 'demokrazija ħajja. Il-Partit Nazzjonalista jrid jerġa' jfittex liema hi d-direzzjoni politika tiegħu, ir-raġuni għalfejn irid jeżisti bħala partit. Qisu l-uniku raġuni li jista' jsib hu biex ma jkunx hawn il-Labour fil- Gvern. Naħsbu li dik ir-raġuni mhix valida aktar. Il-PN irid jibda jirraġuna li l-pubbliku jridu partit politiku b'aġenda politika ċara li tkun xprunata minn ħajra sinċiera biex tmexxi l-pajjiż. Hija ovvja li llum ħadd ma jimmaġina li Grech jista' jmexxi l-pajjiż, wisq aktar jirbaħ. U ħadd ma qed jimmaġina li jagħmel xi żvolta fix-xena politika. Il-PN ma jistax jieħu pariri minn din il-gazzetta, x'għandu jkun jew x'għandu jagħmel, imma li huwa ċar hu li pajjiżna qed iwerżaq biex ikun hawn partit b'saħħtu u alternattiv. Li jkun immexxi minn persuna li tkun tista' tqajjem entużjażmu fost il-pubbliku u twassal ideat ġodda ... u jkun immexxi minn partit li jitbiegħed min- negattiviżmu tal-passat u tal-preżent. Irid ikun hemm ħsieb profond fejn jista' jmur pajjiżna fl-interess nazzjonali. Li huwa ċar hu li Bernard Grech ma jistax ikun dik il-persuna u iktar ma jissaporti fil-pożizzjoni tiegħu ta' kap, aktar se jkun diffiċli li xi darba jkun hemm ir-ritorn tal-PN. Messaġġ ċar għal Bernard Grech

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024