MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti LISA ABIGAIL CALLEJA B'direzzjoni ta' Simone Spiteri, 'Lovesong: L-Għanja tan- Namra' huwa adattament bil- Malti tad-dramm 'Lovesong' tad-drammaturgu Welsh Abi Morgan. Id-dramm jirrakkonta l-istorja ta' Maggie u Billy, li ilhom miżżewġin għal 40 sena, fi stil alternanti li jieħu lill-udjenza 'l quddiem u lura bejn il-passat u l-preżent. Anke wara li għadda ħafna żmien, il-passat tagħhom ikompli jinfluwenza l-preżent tagħhom. Kwalunkwe relazzjoni twila hija mibnija fuq pedament tal-imħabba żagħżugħa, iżda l-ostakli tal-ħajja ta' kuljum jistgħu japprofondixxu relazzjoni iżda wkoll idgħajfuha. Id-dramm imur lura għaż- żminijiet u għall-mumenti kruċjali li għaddew minnhom tul ir-relazzjoni tagħhom, u b'hekk jikkronika l-vjaġġ personali tal-koppja hekk kif huma u r-relazzjoni tagħhom qed jixjieħu. Il-karattri ta' Billy u Maggie, li l-udjenzi se jiltaqgħu magħhom bħala William u Margaret, huma murija f 'diversi stadji tar- relazzjoni tagħhom, u b'hekk se jkunu interpretati minn żewġ pari ta' atturi differenti. L-atturi Josette Ciappara u Marceline Galea se jinterpretaw il-verżjoni iżgħar tal-koppja, filwaqt li Mark Mifsud u Lino Mintoff se jkunu l-verżjoni tal-koppja fi xjuħithom. Din il-verżjoni Maltija qed tiġi prodotta minn FM Theatre Productions. Il-koreografu Moritz Zavan Stoeckle jinseġ il-passat u l-preżent flimkien permezz ta' moviment emozzjonali tul il-produzzjoni li hija mimlija b'mużika unika komposta minn Chris Galea. Barra minn hekk, dan id-dramm se jkun ir-ritorn ta' Mintoff fuq il-palk wara pawża ta' 18-il sena. 'Lovesong: L-Għanja tan- Namra' se tittella' f 'Theatre Next Door mis-16 sal-24 ta' Frar. Tradott mid-direttriċi stess, id- dramm ovvjament se jiġi esegwit bil-Malti, għalkemm is-surtitli bl-Ingliż se jiġu pprovduti fit-18 u l-24 ta' Frar. Din il-produzzjoni tgawdi l-appoġġ tal-Kunsill Malti għall- Arti. Biex tixtri l-biljetti jew issib aktar dettalji żur is-sit tnb.com. mt. Adattament Malti tad-dramm 'Lovesong' jittella' f'Theatre Next Door LISA ABIGAIL CALLEJA Il-ġimgħa d-dieħla, l-attur u d-drammaturgu Malcolm Galea se jtella' d-dramm tiegħu f 'Malta bl- isem ta' 'Plastic & Chicken Bones' u se jiġi ppreżentat fil-Blue Box eatre l-Imsida mis-16 sat-18 ta' Frar. Ir-reċta hija one-man-show li tindirizza kwistjonijiet bħall- intelliġenza artifiċjali, it-tisħin globali, u l-kunflitt ġeopolitiku. Fl-2022, 'Plastic & Chicken Bones' ġie onorat bil-premju tal-Aħjar Newcomer fi Brighton Fringe. Id-dramm jittratta l-futur distopiku li aħna bħala bnedmin qed nikkundannaw lilna nfusna għalih jekk nibqgħu f 'din it-triq. Fir-realtà, iktar ma nagħmlu l-pjaneta inabitabbli, iktar neqirdu lilna nfusna. B'differenza mill-bnedmin, waqt li d-dinja tista' tirkupra minn avvenimenti ta' estinzjoni, bħalma diġà għamlet ħafna drabi fil-passat, l-ispeċi umana ma tistax. Id-dinja se tkompli ddur kemm jekk aħna nkunu fiha u anki jekk le. Galea jemmen li kull traċċi ta' abitazzjoni umana se jiġu eliminati fi it miljuni ta' snin, ħlief għal saff irqiq ta' konkrit, plastik, u għadam tat-tiġieġ fil-qoxra tad-dinja. Id-dramm jimmaġina lill-umani madwar żewġ millennji fil-futur, fil-bżonn li jaġġustaw għall-bidliet li seħħew. Il-bnedmin tal-futur huma ħafna aktar liberi, iżda mhux neċessarjament fil-modi li aħna niddefinixxu bħala tali. Bl-istess mod, il-bnedmin tal-lum mhumiex liberi f 'għajnejhom, għax jaħdmu ħajjithom kollha u sakemm imutu. Deskritt minn reviżur bħala taħlita ta' 'Brave New World' u 'Black Mirror', dan il-kummentarju soċjali distopiku sar bl-għan li jiġġenera diskussjoni fost l-udjenzi, u jġegħelhom jikkonfrontaw ir-realtà li qed naffaċċjaw. Il- produzzjoni li se sseħħ fi Blue Box eatre qed titmexxa minn Denise Mulholland u se tinkludi soundscape ġdida maħluqa minn Aleandro Spiteri Monsigneur. Skont Galea, l-ispettaklu se jerġa' jittella' fi Brighton Fringe, u se jintuża bħala introduzzjoni għad-dramm ġdid tagħhom 'e Trials of Magnus Coffinkey'. Wara, se jimmiraw li jwettqu d-dramm f 'xi festivals tal-arti u x-xjenza. 'Plastic & Chicken Bones' se jittella' fil-Blue Box eatre, l-Imsida, kull lejl fit-8 pm, mis-16 sat-18 ta' Frar. Biex tixtri l-biljetti jew issib aktar informazzjoni, żur is-sit bluebox. com.mt. L-awtur u direttur Malcolm Galea jġib lura d-dramm rebbieħ Plastic & Chicken Bones Segwi żwieġ ta' 40 sena f '75 minuta f 'Theatre Next Door, in-Naxxar Dramm rebbieħ miktub minn drammaturgu Malti jimmaġina l-bnedmin f 'futur distopiku

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024