MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti LISA ABIGAIL CALLEJA Il-kumpanija MADC qed ittella' produzzjoni ta' 'The Beauty Queen of Leenane' b'dati fi Frar u Marzu 2024. Id-dramm 'The Beauty Queen of Leenane' isegwi r-relazzjoni intensa bejn mara u omm anzjana, li tilħaq il-qofol tagħha bl-ikrah. Dan is-suċċess internazzjonali ttella' għall-ewwel darba minn The Druid Theatre Company f 'Galway fl-1996. F'dawn ix-xhur li ġejjin, l-MADC (Malta Amateur Dramatic Club) se ġġib dan id-dramm f 'Malta. Din it-traġikummiedja tirrakkonta l-istorja ta' Maureen Folan, mara sempliċi u solitarja ta' 40 sena. Peress li hija l-persuna li tieħu ħsieb lil ommha Mag li għandha 70 sena, hija dejjem ħassitha marbuta ma' ħajja sempliċi fir- raħal rurali Irlandiż tagħha, Leenane. Wara li tingħaqad ma' Pato, ħaddiem tal-kostruzzjoni li jmur 'il quddiem u lura bejn Londra u Leenane, Maureen tikseb dak li jista' jkun l-aħħar ċans tagħha għall-imħabba. Però, ommha Mag hija dgħajfa iżda wkoll manipulattiva, u hi biħsiebha tagħmel minn biex kollox biex iċċaħħad lil bintha din l-opportunità. Għalhekk, Mag tibda tmaqdar lil bintha stess minn wara daharha, taħbi ittri minn Pato, u anke tikxef affarijiet personali u imbarazzanti dwar il-passat ta' bintha. 'The Beauty Queen of Leenane' inkiteb minn Martin McDonagh, li ġie nominat għall-Oscar erba' darbiet, u hu l-aktar magħruf għal 'Three Billboards Outside Ebbing', 'Missouri', u riċentement, 'The Banshees of Inisherin'. Din il-produzzjoni se tinkludi l-atturi lokali Isabel Warrington, Andrea Pace, Nicholas Jackman u Alex Weenink, taħt id-direzzjoni ta' Adrian Buckle. Bħalissa hemm sitt dati; mit-23 sal-25 ta' Frar, u mill-1 sat-3 ta' Marzu 2024. Kull reċta se sseħħ fl-MADC Playhouse ta' Santa Venera, mis-7.30 pm sad-9.15 pm. Il-biljetti jiswew €25 u jistgħu jinxtraw mis- sit tal-MADC www.madc.com.mt. Din il- produzzjoni hija appoġġata mill-Ambaxxata tal-Irlanda f 'Malta. Ir-reċta mhijiex adattata għal persuni ta' taħt is-16-il sena. Din l-interpretazzjoni ta' 'The Beauty Queen of Leenane' qed tiġi prodotta b'arranġament ma' Concord Theatricals Ltd, f 'isem Samuel French Ltd. It-traġikummiedja 'The Beauty Queen of Leenane' issa f'Malta ġewwa l-MADC Lejla ta' Jazz fi Strada Stretta ma' The Carlos Muscat Quarter LISA ABIGAIL CALLEJA Il-ġimgħa d-dieħla, il-Valletta Cultural Agency se tagħti bidu għall-kampanja STRADA STRETTA għas-sena 2024. Għal darb'oħra, l-aġenzija qed tħejji avveniment eċitanti tal-jazz, imsejjaħ 'Tribute to the Roots'. Il-kampanja STRADA STRETTA hija proġett imwaqqaf bl-għan li tagħti it ħajja lil Strada Stretta, l-aktar triq ikonika tal-Belt Valletta. Lura fis-seklu 19-20, Strada Stretta kienet mimlija nightclubs. It-triq kienet ukoll magħrufa għax-xena tal-mużika, partikolarment tal-jazz. 'Tribute to the Roots' se jġib lura dik l-istess atmosfera, hekk kif e Carlo Muscat Paris Quarter jagħtu prestazzjoni kaotika tal-jazz. Dan l-avveniment inawgurali se jsir nhar is-Sibt 24 ta' Frar fil-bar 'Silver Horse'. B'Carlo Muscat fuq is-saxophone, Simon Martineau fuq il-kitarra, Mauro Gargano fuq il-baxx, u Stefano Lucchini fuq it-tnabar, il- kwartett se jkun qed idoqq xi diski mis-seklu 20 u jagħti ġieħ lill-uħud mill-ikoni tal-jazz. Il-prestazzjoni se tinkludi kanzunetti ta' Joe Henderson, Oliver Nelson, John Coltrane, Horace Silver, Wayne Shorter, u mużiċisti oħra Afrikani- Amerikani li żviluppaw il-ġeneru sabiex tkun tiira awtentika. Carlo Muscat beda l-karriera mużikali tiegħu minn età żgħira hawn Malta. Hekk kif il-popolarità tiegħu kibret, huwa mar Pariġi fl- 2013 u sar aktar involut fix-xena tal-mużika. Hemm, Carlo sema' u ħadem ma' diversi mużiċisti u anki tejjeb il-ħiliet tiegħu fil-proċess. Eventwalment, Muscat beda jwettaq prestazzjonijiet fi bliet Ewropej bħal Pariġi, Londra, Istanbul, Milan, Berlin, Kyiv, u Rotterdam. Muscat jiddeskrivi l-vjaġġ mużikali tiegħu bħala proċess espressiv bla tmiem, li jiorixxi fuq l-improvizzazzjoni u l-flessibbiltà tal-interpretazzjoni. Bħala kantant, kompożitur, u għalliem devot, Muscat huwa l-aktar attiv f 'Malta, f 'Pariġi, u fi Kiev. Muscat huwa wkoll id-direttur ta' Storeroom, wieħed mill-aqwa postijiet għall- mużika live f 'Malta. Il-mużika tiegħu hija xhieda tad-devozzjoni li għandu lejn is-sengħa tiegħu. Notevolment, il-membri tal- Carlos Muscat Quartet huma taħlita ta' mużiċisti Maltin u Franċiżi, u b'hekk irawmu dak is-sens ta' integrazzjoni kulturali li xi darba kien preżenti fi Strada Stretta. Barra minn hekk, il-kampanja STRADA STRETTA għandha ħafna aktar avvenimenti simili ppreparati għal dis-sena. Għalissa, 'Tribute to the Roots' jibda fit-7.45 pm. Id-dħul huwa b'xejn. Kumpanija tat-teatru lokali tħejji produzzjoni ta' 'The Beauty Queen of Leenane' Il-kwartett se jkun qed idoqq xi diski mis-seklu 20 u jagħti ġieħ lill- uħud mill-ikoni tal-jazz

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024