MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum Fil-maħżen tal-familja Curmi, fl-ewwel Karnival fin-nuqqas tal-Pampalun B'tifkira lil Pawlu Curmi l-Pampalun: 'Bniedem umli, dejjem bi tbissima fuq fommu. Jifraħ ma' kulħadd u kulħadd ifittxu' ELAINE CAMILLERI Ma kienx jiġi Karnival li Malta ma tkunx lesta ħa tara x'se jivvinta Pawlu Curmi l-Pampalun. Laqam li bla ma trid kien iferrħek meta tisma' bih, iżda issa donnha tirbħek id- diqa malli tiakar bin-nuqqas tiegħu. Fi triq mimlija mħażen, kollha bieżla fl-aktar ġurnata impenjattiva tagħhom, il-gazzetta ILLUM sabet lill-kumpanija tal-Karnival Buffalo and Co mmexija mill-familja Curmi. Jilqgħuna mal-bieb kien hemm Paul Curmi, in-neputi ta' Pawlu l-Pampalun, u Shaun in-neputi ta' Paul. Dan huwa l-ewwel karnival fin- nuqqas ta' Pawlu, nuqqas li qed jinħass biċ-ċert, iżda mal-ewwel daqqa t'għajn fil-maħżen, l-ILLUM tara li l-memorja tiegħu qed tibqa' ħajja u onorata kif xieraq minn familtu. "Kien jifraħ bix-xejn," Paul qalilna b'għoqla fi griżmejh, "anke jara tifel jiżfen kien jifraħ." "In-nuqqas tiegħu tħossu. Dan, apparti jagħmel il-Karnival, kien jiġi għandi, joqgħod idoqqli l-qanpiena biex ikellimni," Shaun Curmi kompla. Qalb il-fdalijiet, ħadid, u njam, dlonk innutajna l-wiċċ familjari tal-Pampalun fuq ir-re tal-karru. "Meta miet iz-ziju Pawlu, għedna nagħmlu lilu. Tixraqlu," qal Paul waqt li jispjega minn fejn ġiet l-idea tal-karru ta' din is-sena. Inizjalment, l-idea kienet li jfakkru l-ħamsin sena ta' min mindu sar l-ewwel maskot tal- Karnival, fl-1974. Din l-idea, eventwalment, inbidlet f 'oħra ferm iktar sinifikanti għall-kumpanija. B'salib tal-Kavallieri mnaqqax fuq sidru u b'dak il-wiċċ daħkan li jsawwarlek qalbek, il-Pampalun iħares lejk u kważi jimbutak biex il-Karnival, għalkemm mingħajru, jibqa' għaddej. "Bniedem umli u dejjem bi tbissima fuq fommu. Bniedem li jifraħ ma' kulħadd u bniedem li kulħadd ifittxu." Dan kien il-kliem li użaw biex jiddeskrivu x'tip ta' persuna kien il-Pampalun, bniedem li jqajjem mewġa ta' briju u jferraħ lil ħaddieħor. "In-nuqqas taz-ziju Pawlu affettwana. Mill-funeral tinduna kemm kien bniedem maħbub. Jien skantajt mhux li kien hemm in-nies, għax stennejthom, imma li ħerġin bit-tebut u kulħadd irid imiss it-tebut, xi ħaġa kbira. Qatt ma stennejtha. Bqajt imbellah," qal Paul Curmi b'leħen miksur u bid- dmugħ f 'għajnejh. Paul u Shaun minn dejjem kienu immersi fid-dinja mżewqa b'kuluri u briju, u dan grazzi għall- Pampalun. Huma mhux biss jippjanaw il- karrijiet tal-karnival u jmiddu jdejhom għat-tfassil, iżda anke jiżfnu. Fil-fatt, Shaun beda l-ewwel fiż-żfin, u bil-mod il-mod iz-ziju Pawlu ħajru anke jibda jfassal il- karrijiet. Min-naħa l-oħra, Paul, l-ewwel beda mill-iskola, sakemm darba meta kellu 14-il sena, zijuh kien qabdu jiżbogħ karru u minn hemm kompliet tisaħħaħ il-passjoni lejn din is-sengħa. Fi kliem ieħor, il-Pampalun nissel fihom l-istess passjoni u mħabba li kellu hu għal dan iż- żmien tant ferrieħi. Sengħa li qatt mhi se tintilef minn qalb familtu. Paul iqatta' ġranet sħaħ sa tard billejl jaħdem fuq il-karru, jipprepara jiżbogħ u jara xi rtokki hemm bżonn isiru. Għal Paul, il-Karnival huwa l-gost tiegħu. Hu u Shaun jibdew jaħsbu fil-karru li jmiss qabel ma jkun għadda l-Karnival tas-sena. Memorji sbieħ kellhom tant, iżda waħda partikolari li tibqa' mnaqqxa f 'moħħ Shaun hija meta darba Pawlu kien ġiegħlu jiżfen f 'żewġ kompetizzjonijiet waqt li kien qed jaħdem fuq tliet karrijiet. "Biex tlesti karru wieħed jirrikjedi ħafna xogħol u ħin, immaġina tlieta! Iżda din kienet l-hena tal-Pampalun, li jagħmel il- Karnival." Shaun Curmi (xellug) u Paul Curmi (lemin) mal-karru li jfakkar il-memorja ta' zijuhom Pawlu Curmi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024