MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 għamel xi ħaġa biex illum qed ingawdi pajjiżi aħjar'" Irridu naraw li l-proġetti kollha jsiru b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun possibbli l-inkonvenjenza fuq ir-residenti. Dawn il-proġetti qed isiru b'dan il-ħsieb għax huma proġetti li qed isiru fil-qalba tal- komunitajiet. Hemm min jikseb il-ħobża ta' kuljum minn dawn il-postijiet. X'taħseb li hi l-ikbar sfida li l-UE qiegħda taffaċċja fil-preżent? L-ikbar sfida li qed tinkwetani hija l-popoliżmu, u hemmhekk huwa d-dmir tiegħi u ta' sħabi li nitkellmu u nsibu s-soluzzjonijiet għall-inkwiet tan-nies. Huwa importanti li jkollna politiċi razzjonali, politiċi li jridu jimxu 'l quddiem, ġejjin minn kwalunkwe partit politiku. Fid-dawl tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, u l-kunflitt bejn Iżrael u Palestina, u fil-kuntest li Malta qed tieħu sehem fuq livell Ewropew, għadha tagħmel sens in- newtralità llum? Mingħajr paċi m'għandekx progress. Għandna nitkellmu inqas fuq l-ammont ta' tankijiet u missili li se nibagħtu, u minflok niffukaw fuq is-soluzzjonijiet mar-Russja u l-Lvant Nofsani. Nixtieq li l-Unjoni Ewropea tkun ambaxxatur tal-paċi u mhux bil-maqlub. Fil-fatt, pereżempju fil-gwerra tal-Kosovo, l-UE kienet bagħtet ambaxxatur għall- paċi li kien il-President tal-Finlandja u finalment instabu soluzzjonijiet. M'iniex qed nara Ewropa li qed timbutta l-paċi, speċjalment meta tara l-ammonti ta' persuni li ta' kuljum qed imutu; mill- kunflitt bejn l-Ukrajna u r-Russja, sal- kunflitt bejn il-Palestina u Iżrael. Hemm suġġetti li għadna ma kellniex l-opportunità nisimgħu fuqhom mingħandek. Ħa nsemmilek xi wħud minnhom, u għidli x'taħseb fi ftit kliem. L-abort Jien personalment għandi riservi kbar, ma naqbilx mal-abort, però m'għandniex nagħmluh ballun politiku, nibżgħu niddiskutuh jew indawruh tabù. Ma niddejjaqx niddiskuti s-suġġett ma' min ma jaqbilx miegħi u din hija l-attitudni li għandna nieħdu fil-pajjiż, li niddiskutu u mhux nitfgħu l-affarijiet taħt it-tapit. Jekk hemm il-possibbiltà li jkun hemm diskussjoni, trid tkun matura, ibbażata fuq ir-raġuni, però jien, personalment, m'iniex se nibdel l-opinjoni tiegħi. Żgur li ma naqbilx maċ-ċirkostanzi tal-abort. Is-Saltna tad-dritt f 'Malta Fl-aħħar snin ittieħdu deċiżjonijiet li kultant inħoss ma ntuhomx biżżejjed importanza u nħoss li fuq livell Ewropew, mhux kull MEP irrikonoxxa l-progress li għamlet Malta f 'dawn iċ-ċirkostanzi. Fil-fatt irnexxielna noħorġu mill-Grey Listing fl- inqas perjodu. L-ebda pajjiż ieħor ma ħareġ minnha daqshekk malajr. Jiddispjaċini meta jkun hemm Maltin bħali li flok jiġbdu l-ħabel lejn pajjiżhom, jippreferu jiddefendu pajjiżi oħrajn minħabba raġunijiet partiġġjani jew politiċi. Nemmen li n-nies ma jridux politikanti popolisti. L-immigrazzjoni Ma naħsibx li aħna pajjiż razzist. Kelli diskussjoni m'ilux fejn dħalt ġo fabbrika fejn għandek Maltin u barranin jaħdmu flimkien u joħolqu l-ġid ma' xulxin. Però rridu nkunu konxji ta' dak li jinkwieta lin- nies. Niltaqa' ma' nies mill-Marsa. Trabbejt hemm u hemm ħsibijiet mir-residenti meta jaraw nuqqas ta' dixxiplina. Importanti li neliminaw l-abbuż speċjalment ta' min qed jabbuża mill-immigranti. Nemmen li s-sigurtà hija importanti. In-nies huma inkwetati f 'ċerti aspet Jien personalment għandi riservi kbar, ma naqbilx mal-abort, però m'għandniex nagħmluh ballun politiku, nibżgħu niddiskutuh jew indawruh tabù.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024