MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515803

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' FRAR 2024 • illum opinjoni Naomi Cachia hija Whip tal-Gvern Laburista Naomi Cachia M atul dan l-aħħar xahar ħadet andament differenti l-ħidma Parlamentari tiegħi, u fl-istess waqt kelli ċ-ċans li niem iżjed numru ta' perċezzjonijiet marbuta max-xog- ħol li jkun għaddej fil-Kamra tad-Deputati. Min jaf kemm-il darba ġejt mistoqsija x'inhu l-irwol tal-Whip. Bir-raġun, sa ċertu punt, għax il-parti l-kbira tax-xogħol li jiġi ma' dan l-irwol isir minn wara l-kwinti. Madanakollu huwa pedina kruċjali għall- funzjoni effettiva tal-ħidma fil-Parlament, għaż-żewġ naħat tal-kamra, u l-whip tal- Gvern huwa wkoll mezz importanti bejn il-Parlament u l-Gvern tal-ġurnata billi jara li l-aġenda parlamentari tirrifletti l-prijoritajiet attwali tal-Gvern. Jekk wieħed jagħmel it riċerka fuq l-irwol tal-Whip fis-sistema Parlamentari Ingliża, jiem sew kemm l-irwol huwa ankrat fis-sens ta' dixxiplina meta jivvutaw. F'pajjiżna wkoll, hemm sens ta' stabbiltà politika li jorbot mal-prevedibbilità tal-voti fil-Parlament, u l-istorja mhux daqstant 'il bogħod tfakkarna fil-konsegwenzi f 'każijiet fejn il-Gvern ma jkollux maġġoranza b'saħħitha u jkun hemm każ ta' ribelljoni minn imqar wieħed mid-deputati, li jiddipartixxi minn dan is-sens ta' dixxiplina u responsabbiltà kollettiva. Però d-dixxiplina timmanifesta ruħha mhux biss fil-mod kif id-deputati jivvutaw, imma anke f 'sens iżjed wiesgħa fil-kontribut tagħhom lejn il-ħidma Parlamentari. L-irwol tal-Whip maż-żmien baqa' jevolvi u nemmen li jrid ikun ukoll figura li jiem sew lid-deputati fi ħdan il-Grupp Parlamentari, u jkun jista' juża l-abbiltajiet u l-potenzjal tagħhom fl-aqwa mod possibbli. Maż-żmien segwejt bosta opinjonijiet dwar x'għandha tkun, jew ma tkunx, is-sistema Parlamentari. Xi ħaġa li żgur taffaxxinani li hi f 'pajjiż fejn il-politika tingħata tant importanza, il-ħidma fi ħdan il- Parlament għadha mhix magħrufa biżżejjed, għajr għal xi seduta Parlamentari li tkun taħraq u kkaratterizzata minn atteġġjament li ma jagħmilx ġieħ lill-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna. Spiss insaqsi lili nnifsi: Jien xi rrid mis- sistema Parlamentari tagħna? Fil-verità, il-mistoqsija pertinenti hija: xi jrid il-poplu mis-sistema parlamentari? Min- nies li eleġġew biex jirrappreżentawhom u jkunu l-vuċi tagħhom? Jien nixtieq nara Parlament ħaj u vibranti, li jirrifletti l-importanza tax-xogħol li jkun hemm għaddej fil-binja notevoli li tospita din l-istituzzjoni, fejn isiru l-bidliet leġiżlattivi li jieħdu lil pajjiżna 'l quddiem, ir-riformi kbar li jiddefinixxu d-direzzjoni li jkun irid jieħu l-gvern tal-ġurnata – li ma tkunx possibbli mingħajr parlament b'saħħtu u li jiffunzjona kif suppost. M'hemm l-ebda dubju li hemm bosta bidliet fis-sistema parlamentari u anke dik elettorali, li għandhom jiġu diskussi, u dan jibdew minn proċeduri parlamentari li jirregolaw il-ħidma immedjata tad-deputati, sa possibbilment riformi iżjed wiesgħa. Mal-milja taż-żmien irridu nibqgħu naraw li l-proċeduri parlamentari jibqgħu jiġu aġġornati. Bħalma biddilna l-ħinijiet parlamentari biex ikunu iżjed ta' wens u iżjed family-friendly, u bħalma ġie deċiż li s-seduti parlamentari jibdew jixxandru fuq it-televiżjoni u online – u ħafna bidliet importanti oħra li saru maż-żmien. Il-Parlament Malta se jibqa' jevolvi maż-żmien: M'ilux wisq li dan il-pajjiż kien għadu qed jitkellem fuq l-importanza li jkollna parlament awtonomu minn aspett amministrattiv. Issa rridu nkomplu nagħmlu l-bidliet meħtieġa skont ir-realtajiet tal- ġurnata. Nammetti iżda, li kurjuża ħafna biex nibqa' nisma' u nitgħallem xi jrid il-votant mir-rappreżentant tiegħu fil-Parlament. Forsi l-iżjed konsiderazzjoni ovvja hi rappreżentanza effettiva u denja, imma bl-importanza dejjem tikber tal-media soċjali, wieħed jista' jinnota li ħafna deputati iżjed jużaw dawn il-mezzi biex jagħmlu l-punt tagħhom, milli waqt id-diskorsi Parlamentari. Il-votant attwalment jinteressah mill- kontribut tad-deputat fil-Parlament, permezz ta' diskorsi, mistoqsijiet Parlamentari, u kontribut fil-kumitati? Naħseb li din il-mistoqsija tista' tiddetermina xi triq se nieħdu meta nikkunsidraw il-bidliet li nistgħu nagħmlu fiż-żmien li ġej. Neħtieġu diskussjoni nazzjonali matura u olistika li tittratta t-temi li darba kultant jissemmew u mbagħad jintefgħu taħt it-tapit: il-kobor tal-Parlament, id-distretti elettorali, is-sistema elettorali nnifisha, il-kunċett ta' deputati full-time, u l-privileġġ parlamentari, fost oħrajn. Naturalment, kwalunkwe dibattitu jrid isir b'sens ta' maturità u fl-interess nazzjonali. Forsi jekk xi darba nissuperaw il-politika partiġġjana f 'dibattiti ta' ċerta portata, u nkunu nistgħu niddiskutu ħwejjeġ li mhux faċli naqblu dwarhom imma b'sens ta' mħabba lejn pajjiżna u responsabbiltà lejn dawk li ġejjin warajna, forsi d-diskussjoni dwar is-sistema Parlamentari tkun tista' sseħħ b'mod naturali u iżjed nies ikunu jridu jsegwu l-ħidma sfiqa li qed issir. Sadanittant, se nibqgħu għaddejjin nattwaw il-programm leġiżlattiv li għandna quddiemna, bl-iskossi u sfidi kollha li tista' ġġib magħha l-leġiżlatura. Xi rridu mill-Parlament Malti? Spiss insaqsi lili nnifsi: Jien xi rrid mis-sistema Parlamentari tagħna? Fil-verità, il- mistoqsija pertinenti hija: xi jrid il- poplu mis-sistema parlamentari? Min- nies li eleġġew biex jirrappreżentawhom u jkunu l-vuċi tagħhom? 'Jien nixtieq nara Parlament ħaj u vibranti' - Naomi Cachia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 February 2024