Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410
05 qorti illum • IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 jistgħu jkunu ogħla minħabba r-restrizzjonijiet tar-Russja fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li jidħlu fit-territorji okkupati. L-Ukrajna qed taffaċċja żewġ sfidi. Sfida militari u sfida ekonomika, anki jekk l-Istati Uniti pprovdew $43 biljun, ekwivalenti għal €40 biljun, f 'appoġġ. Is-sapport mill-Unjoni Ewropea ma naqasx, u qabel mal-mexxejja tal-Punent qabdu jżuru l-Ukrajna tħejjiet stqarrija biex tfakkar l-anniversarju u twiegħed aktar appoġġ. Min-naħa tagħha, Malta esprimiet dubju dwar din l-istqarrija minħabba l-lingwaġġ użat. Malta saħansitra kkritikat ukoll lill-istituzzjonijiet tal- UE dwar "is-silenzju" fuq is- sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. l-Kremlin invada lill-Ukrajna AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.11 - Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità Is-sejħa tagħlaq fit-22 ta' April 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal- Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall- proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar il-Ħamis, 7 ta' Marzu, 2024 mis-14:30 sal-17:30, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.11 - Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità Is-sejħa tagħlaq fit-22 ta' April 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal- Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall- proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar il-Ħamis, 7 ta' Marzu, 2024 mis-14:30 sal-17:30, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. "Kawża ta' malafama mhijiex intiża għall-irtirar tal-allegazzjoni malafamanti, iżda għad-danni," qalet il-Qorti, f 'deċiżjoni rigward allegazzjoni magħmula waqt laqgħa ta' Kunsill Lokali. Il-Qorti tal-Maġistrati ma laqgħetx it-talbiet ta' kumpanija li tipprovdi servizz ta' knis fit-toroq fuq intervent magħmul minn rappreżentant ta' kumpanija rivali waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tar- Rabat. Synthesis Management Services Limited kienet fittxet lil Paul Tanti, foreman ma' Waste Collection Limited li ngħatat kuntratt għall- knis ta' toroq, għall-malafama wara li Tanti kien allegatament għamel allegazzjonijiet foloz fuqu waqt laqgħa pubblika tal-Kunsill Lokali tar-Rabat fis-27 ta' Ottubru 2021, waqt li kien qed jiġi diskuss it-terminazzjoni tal-kuntratt ta' "Contracts Manager". Raphael Carabott, id-Direttur ta' Synthesis Management Services Limited, xehed illi l-problemi bdew f 'Mejju tal-2021 meta beda jara deterjorazzjoni fl-attitudni tal- Kunsill fil-konfront tiegħu u beda jħoss li kien hemm ċerta animosità. Sar jaf illi Tanti kien beda jivvinta qlajjiet fuqu mal-kenniesa u mas- Sindku, fosthom li huwa beda jkeċċi lill-kenniesa, jaqbad magħhom u jnaqqsilhom il-paga. Għalkemm kien wissa 'l Tanti biex ma jibqax ixerred dawn l-allegazzjonijiet foloz, dan ippersista u f 'Lulju 2021 Carabott beda jirċievi telefonati mill-kenniesa fejn bdew isaqsuh għall-flus, meta hu ma kellux x'jaqsam mal-paga tagħhom għaliex huma kienu impjegati tal-kuntrattur Waste Collection Limited. Xahar wara, meta dak il- kuntrattur iddeċieda li jittrasferixxi wieħed mill-kenniesa lill-Kunsill Lokali tal-Imsida, fejn Synthesis Management Services Limited kienet ukoll tipprovdi servizzi ta' contract management, Tanti kien waħħal fih u akkużah li ħadlu l-kennies u bagħtu f 'Kunsill ieħor. Carabott kien attribwixxa d-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali li jittermina l-kuntratt mal-kumpanija tiegħu qabel iż-żmien miiehem, għall-allegazzjonijiet li Tanti kien ilu jagħmel fil-konfront tiegħu għal sajf sħiħ, u li beda jxewwex lis-Sindku kontrih. Qabel il-laqgħa tas-27 t'Ottubru 2021, Carabott qabbad avukat biex jiddefendi ruħu waqt il-laqgħa kontra d-default notices u l-avviż ta' terminazzjoni tal-kuntratt. Kellu jsegwi l-laqgħa online għax ma kienx mistieden jattendi, iżda induna li s-Sindku kien stieden lil Paul Tanti sabiex jispjega lill-kunsilliera fuq is- servizz tal-knis. Iżda meta ġie biex jitkellem Tanti waqt il-laqgħa, l-awdjo ntefa u ma seta' jinstema' xejn minn dak li ntqal mill-konvenut. L-għada Carabott kien tkellem ma' Rudolph Grima, wieħed mill-kunsilliera li kien preżenti għal-laqgħa, u kien irrepetielu d-diskors li kien qal Tanti waqt il-laqgħa. Grima ġie mħarrek biex jixhed u qal fil-Qorti li meta ġie biex jitkellem Tanti, li kien mistieden biex jispjega x'kienu d-default notices li nħarġu fil- konfront ta' Synthesis Management Services Limited, Tanti kien allega li ma kienx hemm relazzjoni tajba bejn Raphael Carabott u l-Kunsill Lokali. Qal ukoll li Carabott kien hedded li jnaqqas il-pagi tal-kenniesa u li kien ukoll għamel rapport fuq Tanti lil Wasteserv Ltd, jallega li kien qed jarmi l-iskart goff tal-Kunsill f 'siti fejn mhux suppost jintrema. Dan ir-rakkont ġie kkonfermat minn xhieda oħra li kienu preżenti għal-laqgħa. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill, xehed ukoll illi taħt il- kuntratt ta' contract management, ma kienx xogħol Carabott li jissorvelja x-xorta ta' skart li qed jintrema fil-faċilitajiet ta' Wasteserv Ltd. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal- Maġistrati, preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, fakkret li f 'azzjoni għal malafama b'inġurja, huwa l-attur li kellu jressaq prova suffiċjenti illi l-kliem allegatament inġurjuż mhux biss ikkaġuna jew huwa kapaċi jikkaġuna ħsara serja lir-reputazzjoni tiegħu, iżda wkoll li dan il-kliem intqal b'malizzja. Ikkunsidrat ukoll, li l-ewwel talba ta' Synthesis Management Services Limited kienet sabiex il-Qorti tikkundanna lil Tanti biex "b'mod formali jirtira kull allegazzjoni minnu magħmul fil-konfront tagħha." Iżda dan mhuwiex wieħed mir- rimedji provduti mil-liġi, spjegat il- Qorti. "Persuna aggravata minn stqarrija allegatament diffamatorja ma tistax titlob rimedji oħrajn minbarra l-ħlas ta' danni, li mhumiex maħsuba espressament mil-liġi," spjegat il- Maġistrat. B'żieda ma' dan, il-kawża ma kinitx talba għal dritt għar-risposta, u ma saret ebda referenza għal dan ir-rimedju. Għaldaqstant, il-Qorti qalet li ma setgħetx tilqa' din it- talba għall-irtirar tal-istqarrijiet, u ċaħditha. Synthesis Management Services Limited kienet saħqet li Tanti għamel l-allegazzjonijiet bl-iskop li jikkonvinċi lill-Kunsill Lokali tar- Rabat biex jaqbel mad-deċiżjoni għat-terminazzjoni tal-kuntratt, li kienet diġà meħuda. Iżda, qalet il-Qorti, skorta ta' deċiżjonijiet tal-Qrati Maltin kienu stabbilew illi f 'kawża għal diffamazzjoni, "l-intenzjoni tal- pubblikatur hija kompletament irrelevanti." Lanqas li kieku kienet relevanti, il-provi wrew li l-iskop allegat mill- kumpanija ma kienx dak li allegat Synthesis Management Services Limited, għaliex ħareġ illi Tanti ma kienx attenda għal-laqgħa minn jeddu, iżda skont il-minuti tal-laqgħa, kien ġie mistieden mis- Sindku biex "jagħti aktar dettalji dwar dan il-kuntratt tal-knis li kien fil-passat qed jieħu ħsiebu wkoll." Dan minbarra l-fatt illi dak il- ħin il-Kunsill kien diġà ttermina l-kuntratt u għalhekk, kliem Tanti "it seta' kellu effett fuq dak ġa deċiż, wisq inqas ikkawża ħsara serja," qalet il-Qorti. Loġikament, allura, il-kuntratt ma kienx ġie tterminat mill- Kunsill Lokali tar-Rabat abbażi tal-allegazzjonijiet li saru minn Tanti waqt il-laqgħa tas-27 ta' Ottubru u lanqas ma ntwera li tali allegazzjonijiet kienu wasslu għal telf finanzjarju serju għall-kumpanija attriċi. Il-Qorti ċaħdet it-talbiet ta' Synthesis Management Services Limited, li ġiet ukoll ordnata tbati l-ispejjeż tal-kawża. Qorti tintervjeni wara li kumpanija tal-knis fit-toroq takkuża lil oħra b'malafama