Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410
07 intervista illum • IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 f'Malta hija dejjem ftit iktar mhedda' l-iskema kellha impatt, mhux mill-aspett pożittiv għall-bdiewa u r-raħħala Maltin. BĦALA DIRETTUR TAL-MCAST, KIF TARA L-FUTUR TAL-BDIEWA? LEJN XIEX INHU RIESAQ? L-ewwel ħaġa naħseb li hija pożittiva għax hemm iktar konsolidament. Hemm inqas bdiewa jaħdmu iktar art u jipproduċu iktar. Dan huwa fenomenu li qed jiġri kullimkien. Hu inevitabbli għax hemm inqas bdiewa u inqas raħħala, u hemm l-istess ammont jew iktar nies jieklu. Hemm l-għajnuna tat-teknoloġija, għajnuna tal-automation. Hemm iktar għodda biex persuna waħda tkun tista' tipproduċi iktar. Din hija t-trend li qegħdin naraw. Trend oħra hija li dment li mhux ħa ssir xi ħaġa biex ninċentivaw lit-tfal tal- bdiewa, raħħala u sajjieda, naħseb li se niddependu iktar mill-prodott impurtat. Għandna bżonn xi ħaġa urġenti, mhux neċessarjament inġibu demm ġdid, għalkemm dak importanti ukoll, imma lit-tfal tal-bdiewa, raħħala u sajjieda; li dawn għandhom diġà r-riżorsi u l-infastruttura li ħallewlhom il-ġenituri tagħhom, jagħżlu li b'xi forma jew oħra jkomplu jaħdmu l-art. Mhux li jitilqu mix-xogħol full-time, imma li l-produzzjoni tar-raba' tagħhom tkompli. Il-pajjiż għandu bżonn li r-riżorsi tal-ikel inkomplu nużawhom u żgur li hemm bżonn xi ħaġa urġentissima. SORSI QALU LIL DIN IL-GAZZETTA LI MINKEJJA LI L-BENNA ŻIEDET DARBTEJN IL-PREZZIJIET TAL- ĦALIB, IR-RAĦĦALA MHUX JIEĦDU FLUS MINN DIN IŻ-ŻIEDA. KELLMUKOM RAĦĦALA? X'INHI S-SITWAZZJONI? M'iniex l-iktar persuna ideali li nirrispondi din il-mistoqsija minħabba li jien ma nirrappreżentax il-koperattiv. Imma iva, smajt b'hekk ukoll u qed nispera li r-raħħal jieħu xi ħaġa minn din iż-żieda fil-prezz tal-ħalib. Jekk ma jkollniex ir-raħħala b'saħħithom, ma jkunx hemm produzzjoni tal-ħalib u għal xi ħaġa daqshekk bażika bħall-ħalib, allaħares inkomplu niddependu mill- prodott impurtat u nżidu d-dipendenza fuq prodott impurtat. Nispera li jkun imisshom xi ħaġa ħalli naraw lil dawn ir-raħħala li jipprovdulna ħalib frisk ikomplu jsaħħu l-produzzjoni tagħhom għax ikun ta' ġid għalihom u għall-pajjiż kollu. FEJN WASLU D-DISKUSSJONIJIET? Ma nafx ngħidlek bl-amment imma naf li hemm żviluppi kontinwi. Ma nafx ngħidlek id-dettalji. RAJNA TEMP ESTREM MATUL IS-SENA KOLLHA. ISSA RAJNA WKOLL IS-SILĠ UKOLL. X'EFFETT IĦALLI DAN IT-TIP TA' TEMP FUQ IL-PRODUZZJONI AGRIKOLA? Il-produzzjoni ta' pjanti qiegħda barra. Kwalunkwe temp estrem ħa jaffettwahom. L-isfortuna hija li t-temp estrem qed iżid fil-frekwenza tiegħu minħabba t-tibdil fil-klima u l-produtturi qed jiġu affettwati kull sena. Kemm jekk hija n-nixfa esaġerata u mewġiet twal ta' sħana, kemm jekk huma maltempati bi frekwenzi iktar għoljin, u kemm jekk huwa silġ u riħ qawwi. Kwalunkwe estremità tat-temp ħa taffettwa b'mod ħażin lis-settur agrikolu. Is-settur agrikolu m'għandux assigurazzjoni jiġifieri meta ssir il-ħsara, il-bidwi ma jistax idur fuq kumpanija biex tagħmillu tajjeb għall-ħsara li tkun saret u allura jrid ixammar il-kmiem u jerġa' jibda. Naħseb li anke bħan-nixfiet li qegħdin naraw, qed ikollhom effett sinifikanti fuq il-produzzjoni imma anke fuq il- profitti tal-produtturi. Pereżempju, jekk ma tagħmilx ix-xita, il-bidwi ħa jkollu jsaqqi iktar u ħa jiżdidulu l-ispejjeż tal- ippumpjar tal-ilma. Iva, qed ikollu effett negattiv, speċjalment meta tagħmel maltempata tagħmel ħafna ħsara u allura nispera li jkun hemm xi forma ta' assigurazzjoni għall-produtturi biex din iż-żieda ta' frekwenza ta' dawn il-ħsarat għall-inqas tkun koperta minn xi forma ta' struttura li tagħmel tajjeb għal dan. Meta l-Gvern kien qed jaħdem fuq il- liġi tal-qbiela, il-gazzetta ILLUM żvelat li hemm art li ma tinħadimx u tinkera b'mod rikreattiv. Għadu l-każ? Sfortunatament, għadu l-każ. Jekk tidħol fuq Facebook għadek tara raba' li qed jiġi mibjugħ bi prezzijiet oxxeni għal raġunijiet rikreattivi. Ftit taż-żmien ilu kien hemm statistika tal-Eurostat li wriet li l-prezz tar-raba' f 'Malta huwa l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Minħabba spekulazzjoni, l-art agrikola qed tintuża għal skopijiet mhux agrikoli. Din hija pjaga li taffettwa lis-settur. Naf ħafna bdiewa li jixtiequ jkabbru l-operat tagħhom u jipproduċu iktar imma ma jaffordjawx li jixtru r-raba' b'dawn il- prezzijiet. L-użu tal-art agrikola għal skopijiet rikreattivi għadu għaddej u qed ikollu impatt negattiv ħafna fuq is-settur. Taħseb li hawnhekk, l-idea tal-UE, fejn toffri somma ta' flus fuq art biex ma tinħadimx sabiex ngħinu l-bijodiversità, tista' tkun soluzzjoni għal dawn il- każijiet? Hija waħda mis-soluzzjonijiet f 'Malta, speċjalment fejn għandna nuqqas kbir ta' art agrikola li tagħti somma daqshekk kbira ta' €250 biex ma tinħadimx l-art, biex titnaqqas il-produttività tal-art hija ġennata. Għandna ninċentivaw u noħolqu skemi, mhux biex ma tinħadimx l-art, biex nidentifikaw l-art li mhux qed tinħadem u nippruvaw inlaqqgħuha ma' bdiewa li jridu iktar art biex jaħdmu. Dik li għandna nagħmlu biex inżidu l-produttività u l-produzzjoni tal-ikel mhux bil-maqlub. Dik hija waħda mis- soluzzjonijiet biex inżidu l-produttività u biex min irid ikabbar l-operat tiegħu u jipproduċi iktar ikel għall-pajjiż, ikun kapaċi jagħmel dan. Għandna bżonn xi ħaġa urġenti, mhux neċessarjament inġibu demm ġdid, għalkemm dak importanti ukoll, imma lit-tfal tal-bdiewa, raħħala u sajjieda; li dawn għandhom diġà r-riżorsi u l-infastruttura li ħallewlhom il- ġenituri tagħhom, jagħżlu li b'xi forma jew oħra jkomplu jaħdmu l-art