Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227
16 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum Minn mara tad-dar għal direttur ta' kumpanija f'settur iddominat mill-irġiel Fil-Jum iddedikat għal mara, poġġejt bilqiegħda ma' Michelle Burman, id- direttur ta' Guido Vella Cash & Carry u Favell Wines & Spirits b'14-il sena esperjenza f 'dan is-settur. L-istorja ta' Burman hija waħda minn bosta ta' nisa li ħaddnu l-istint matern tagħhom filwaqt li sfidaw setturi ddominati mill-irġiel. Bħala mara, spjegat kif kienet kontinwament ibbumbardjata mill- ideoloġija li mara trid tieħu ħsieb il- familja, speċjalment peress li kienet l-akbar fost ħutha. Il-vjaġġ ta' Burman beda f 'soċjetà li kienet tillimita n-nisa għall-irwolita' mara tad-dar, jew inkella f 'setturi bħall- edukazzjoni jew saħħa. "Ommi dejjem enfasizzat li rrid nitgħallem insajjar, inħit, innaddaf, eċċ. Matul iż-żmien tgħallimt li l-post tal- mara kien id-dar tal-inqas hekk qaluli", irrakkontat. Hija kompliet tispjega li l-istint matern tagħha għallimha tkun responsabbli. "L-ambjent li fih twelidt iddetta li l-papà dejjem kellu raġun, l-istess ma' ħija, jekk hu ħammeġ, jien naddaft, iżda ma ridtx ngħaddi dik il-mentalità lil uliedi għax ma ridtx li binti ssir l-iskjava ta' ħutha subien. Għalija huma kollha ugwali." Hija kienet determinata li tisfida l-istatus quo u tiżgura l-ugwaljanza fi ħdan il-familja tagħha stess, u rrifjutat li tipperpetwa ċ-ċiklu tal-preġudizzju tal- ġeneru li kienet tesperjenza. Staqsejtha dwar it-tranżizzjoni tagħha minn mara taħdem id-dar għal xogħol b'paga, u rrakkontat kif dejjem xtaqet li tkun fuq il-post tax-xogħol speċjalment peress li riedet tegħleb il- mistħija li kellha. "Li nkun f 'post tax- xogħol għamlitni nimmatura. Niftakar żmien meta kont nibki u naħrab minn individwi u kwistjonijiet. Daqshekk kont nistħi, iżda llum inħossni kunfidenti". Staqsejtha jekk qattx ħassitha li ġiet trattata b'mod differenti minn ħuha li għandu wkoll rwol attiv fil-kumpanija. Qalet li kellha xi klijenti arroganti bil-mentalità li 'għax huma rġiel jistgħu jagħmlu. Din tirritaha mhux ħażin. Maż-żmien tgħallmet trażżan din il- kwistjoni u b'maturità turi lill-individwu li għandu żball. "Niftakar iltqajt ma' raġel u mill- ewwel qalli ... 'Int? Ma rridx nitkellem miegħek, irrid nitkellem ma' raġel." Ikkonfermat li l-industrija tagħha hi ddominata mill-irġiel tant li madwar tlieta jew erbgħa min-nies li tkellem ix- xogħol, huma rġiel. "Ġeneralment hemm aktar irġiel f 'dan is-settur milli nisa, l-aktar minħabba l-fatt li hu settur b'sigħat twal u impenjattiv Madankollu, iż-żewġ sessi huma kapaċi imma naħseb li dan is- settur għad għandu din il-mentalità li r-raġel irid ikun hu li jmexxi." Tgħid li ddejjaqha aktar li fis-settur tagħha, dak tad-divertiment, in-nisa jintgħażlu biss skont id-dehra, għal rwoli speċifiċi. Saħansittra jilbsu b'mod espliċitu biex iżidu l-bejgħ. Fl-aħħar nett staqsejtha jekk temminx li skemi offruti mill-Gvern joffrux inċentiv għan-nisa biex ikunu aktar attivi fi rwoli maniġerjali. Hija qalet li taqbel li l-iskemi se jkomplu jinċentivaw u jħeġġu lin-nisa (speċjalment fin-negozji tal-familja) biex iżidu l-marka tagħhom. Minn 'direttur' tal- familja, għal direttur ta' kumpanija. Michelle Burman taqsam ma' LUIGI SGHENDO l-isfidi, il- gwadann, is-sodisfazzjon u d-dispjaċir f'xogħlha bħala direttur ta' kumpanija fis-settur tad- divertiment. Michelle Burman Sanaa El Nahhal: 'F'Jum il-Mara nixtieq inwassal leħen kull mara minn Gaża' Titkellem mill-Palestina, id-direttriċi taċ-Ċentru tal- Lingwa Għarbija fl-Imsida, Malta, qalet li l-poplu għandu jkun ġust meta jħares lejn is- sitwazzjoni f 'Gaża. F'kollegament dirett mal- kandidata Laburista għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Marija Sara Vella Gafà, Sanaa tgħid li bħala Palestinjani ħallsu ħafna għal- libertà u ħaqqhom ikunu liberi u jgawdu r-rispett u li jkollhom ħajja bħat-tfal ta' ħaddieħor. Fl-aħħar tal-kollegament, Sanaa qalet li "bħala mara taf xi tħoss mara oħra" u jistgħu jkunu ta' strument biex iwasslu l-vuċi ta' dawk in-nisa kollha f 'Gaża fejn "kull mara għandha lil xi ħadd mejjet". Sanaa ġibdet l-attenzjoni wkoll fuq kif kull mara f 'Gaża tilfet lil xi ħadd minn familtha kawża tal-gwerra. Hija qalet li s'issa 31,000 tilfu ħajjithom, li 70% huma nisa u tfal. Għal Jum il-Mara, Sanaa trid tkun ta' leħen, trid tkun mezz kif twassal leħen il-mara f 'Gaża. "F'Jum il-Mara nixtieq inwassal leħen kull mara minn Gaża." Sanaa qalet li bħalissa qiegħda fil-proċess li twassal żewġ containers mimlija għajnuna umanitarja minn Malta lejn Gaża. Wara kollaborazzjoni sabiħa bejn il-Maltin, inkluż il- Ministeru Affarijiet Barranin u l-Ambaxxatur Palestinjan għal Malta, kienu bosta fabbriki u kumpaniji illi għenu ħafna biex l-għajnuna tasal. Sanaa qed tistenna l-ewwel l-għajnuna tasal l-Eġittu u titqiegħed fil-maħżen qabel ma taqbad it-triq lejn Gaża. Sanaa El Nahhal