Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227
06 intervista IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum 'Naf nies li mietu ... li bis-saħħa tagħhom għexu TAQBEL ILLI N-NIES LI QED JITOLBU L-GĦAJNUNA QED JIŻDIEDU? X'INHUMA L-PROPOSTI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA FID-DAWL TA' DAN? Bla dubju ta' xejn. Immur il-YMCA b'mod regolari, id-drop-in centre tal- Ħamrun. F'ġimgħa għandek 250 persuna li wħud minnhom jibdew jattendu flimkien. Għalihom dik hija d-dar tagħhom għaliex ħafna minnhom huma m'għandhomx saqaf fuq rashom. Jien ngħid, u anke l-partit, li anke jekk hemm biss persuna waħda, importanti nagħmlu minn kollox biex dik il-persuna għalina tkun tfisser dinja. Saħħa mentali tbati ukoll. Meta għandek persuna bla saqaf fuq rasha, bla xogħol u hemm ċerta stigma wkoll. Għandek ukoll min iħaddem, li jkollu għażla, u jagħżel cheap labour, minflok Malti bla saqaf fuq rasu. Fi studju tal-YMCA ħareġ li fost nies li m'għandhomx saqaf fuq rahsom, 53% huma Maltin. Kien hawn l-impressjoni li l-barranin imlew kulm'hawn u huma n-nies ta' bla djar għaliex il-kirjiet huma għoljin għalihom, però mhux il-każ. Il-programm elettorali tagħna qed jiġi diskuss. Bla dubju, tant aħna qrib in-nies u mmissu dawn il-problemi soċjali li nafu eżattament il-problema minn fejn hi ġejja. Iva, il-Gvern qed jgħin b'diversi inċentivi short-term li qed jagħti imma mhux qed iwassal lil dak li jkun jaqbad il-ħajja li jixtieq u jgħix b'mod normali u indipendenti. TAĦSEB LI MIN ĦAQQU AKKOMODAZZJONI SOĊJALI QED JIRĊIEVI GĦAJNUNA FI ŻMIEN KONSIDEREVOLI? Hemm lista ta' stennija ta' 1,500 ruħ. 200 minnhom ilhom jistennew akkomodazzjoni soċjali għaxar snin. Qabel l-elezzjoni kienu qalulna li se jkollna iktar units mil-lista tal-istennija. Dejjem jgħidu li qatt ma kellna lista daqshekk qasira fil-passat. Mhu veru xejn. Jekk qabel fi żmien il-Partit Nazzjonalista kien hemm 1,900 ruħ, fihom kien hemm tal-exchange u anke dawk li jieħdu s-sussidju. Illum nafu li exchange hemm madwar 750. Lil dawk is-750, il-Gvern Laburista għamilhom għalihom biex itaffi l-lista ta' stennija. Dak huwa logħob bil-figuri. Aħna ma naħdmux b'dak il-mod. Għalina kull persuna tfisser dinja u nagħmlu ħilitna kollha, mhux biss biex nisimgħuha, imma biex issib id-dinjità u timxi 'l quddiem. IL-PN JGĦID LI L-PAGA MINIMA GĦANDHA TIŻDIED, IMMA MHUX LI XXEKKEL LIL MIN IĦADDEM. ALLURA GĦAL PN KEMM GĦANDHA TKUN IL-PAGA MINIMA BIEX JINŻAMM DAN IL- BILANĊ? Aħna nixtiequ li lin-negozjant ngħolluh 'il fuq, imma miegħu jrid jiġbed liż-żgħir. Dik hija l-viżjoni tagħna. Jien immur oltrè mill-paga minima, il-prekarjat. Il-ġimgħa l-oħra kellna l-konferenza tal-ġustizzja soċjali. Meta tara persuni jissugraw li jitilfu xogħolhom billi jitkellmu pubblikament, li l-paga tibqa' kif inhi u jiġu jgħidu quddiem l-udjenza t-tbatija li għaddejjin minnha, ma nafx fejn nistgħu naslu. Tisma' bnedmin jaħdmu f 'diversi setturi, bi €800 paga fix-xahar, li ħafna drabi din tmur għall-kera. Il-problema hija li biex jiffrankaw ċerti spejjeż imorru f 'kirjiet li mhumiex reġistrati u dik iġġib iżjed problemi. Dawn jistgħu jitkeċċew mil-lum għal għada, ma jistgħux japplikaw għas-sussidju tal-kera. Dawn huma problemi li qed jidhru żgħar għalissa imma huma problemi kbar għalihom. Inkun prużuntuż biex inwieġeb jien. Fl-1987 kienu jidħku bina għaliex konna ngħidu li ammont kbir ta' persuni se jsiru sidien ta' darhom, imma bis-saħħa ta' hekk 80% tal-popolazzjoni huma infatti sidien ta' darhom. Żgur li taħt il-Partit Laburista dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm nies li saru sidien ta' darhom imma tajjeb naraw kemm saru sidien bejn l-1987 u l-2012/2013. Qabel l-1987 lanqas kont timmaġina ċerti affarijiet u llum issib dak kollu li kien rari dak iż-żmien. Bl-istess argument tista' tgħid li f 'kull settur ta' akkomodazzjoni u għejxien tal- ħajja, naħseb li l-Partit Nazzjonalista, jekk ikun fil-gvern, se jittratta s-soċjal ferm differenti. Żgur li mhux ħa ninqdew bil-vulnerabbli. Dan it jiem qabel l-elezzjoni, jiġifieri f 'Marzu 2022 marru l-Furjana u għadhom jistennew sal-lum għall-akkomodazzjoni. Jien kieku dak il-ħin stess nirriżenja. Ivan Bartolo huwa politikant illi jaħdem kontinwament ma' persuni fqar, vulnerabbli, nies bla saqaf fuq rashom, jew esklużi mis-soċjetà. ELAINE CAMILLERI poġġiet ma' Bartolo sabiex tifhem aħjar uħud mill-proposti li hu qed jagħmel għas-settur. Irrid li jkollna nies li jafu jitkellmu bl-Ingliż, li jafu affarijiet fuq Malta, li għandhom customer service tajjeb u li jridu jkunu jafu wkoll is-setturi li se jkunu qed jaħdmu fihom