MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fis-sena 1897, il-Papa Ljun XIII meta kien għaddej bil- karozzella tiegħu misjuqa miż- żwiemel għamel mossa b'rasu ta' approvazzjoni lejn kamera tal- ġbid tal-films taċ-ċinema bikri. Dan kien mument storiku fejn dan il-kap tal-Knisja Kattolika kien affaxxinat b'dan il-mezz ġdid li jista' jikkomunika ma' udjenzi devoti madwar id- dinja. Il-Papa Ljun XIII anzi kien ipperswadut ibierek din il- lenti. Iċ-cinema, wara it xhur mit-twelid tiegħu, wkoll rċieva l-magħmudija tiegħu. Ta' min jgħid li papiet ta' wara taw parir lill-Kattoliċi tajbin li m'għandhomx imorru ġos-swali ċinematografiċi. Imma dawk tal- bidu li bdew jiġbdu l-films mill- ewwel iddeċidew x'se jagħmlu b'din l-iskoperta ġdida. Ftit wara, mal-bidu ta' seklu ġdid, il-Knisja tat l-appoġġ tagħha u b'hekk id-dehra taċ-ċinema ġiet irrispettata aktar. Fis-snin bikrin ta' din l-invenzjoni tas-Seba' Arti, dawk involuti fl- iffilmjar tal-films mill-ewwel indunaw li l-poplu kien imxennaq għall-produzzjonijiet elaborati u spettakulari. Malajr irrealizzaw li s-sors ewlieni ta' dan il-ġeneru ta' film jinsab fl-aktar ktieb popolari ta' kull żmien – il-Bibbja u naturalment temi oħra reliġjużi. Il-Papa kien irrakkomanda l-ktieb Ben-Hur u l-lezzjoni malajr ittieħdet għax dan il-film inħadem bosta drabi anki bħala film animat (cartoon). L-istorja dwar il-ħajja, passjoni u mewt ta' Ġesù Kristu kienet l-għażla ewlenija ovvja. Fl-1897, l-aħwa Lumiere (li huma meqjusa bħala missierijiet taċ-ċinema) iffilmjaw rikostruzzjoni tar-reċta tal-palk tal-Passjoni ta' Horitz u dlonk sabu kompetizzjoni ħarxa mill-produtturi ta' New York kollha ħerqanin iridu jixtru dan il-proġett biex juruh fis- swali tal-belt. Il-films spettakolari li ħolmu bihom il-produtturi ma setgħux jinħadmu fl-era tal-"peep shows" u meta dawn il-magni li tħares fihom minn ħġieġa nqatgħu, il-films bdew isiru itwal. Fl-1907, inħadem għall-ewwel darba Ben-Hur b'ħin ta' madwar tmien minuti biss. Xi sitt snin wara kienu t-Taljani l-ewwel li pproduċew films semi-Bibbliċi b'tul ta' aktar minn sagħtejn, bħal Quo Vadis u Cabiria. Naturalment, Hollywood ma baqax lura u ħadmu ħafna films qosra reliġjużi bħal From e Manger To e Cross u Intolerance; dan tal-aħħar dirett mir-rinomat D. W. Griffith. Intolerance, fil-verżjoni oriġinali tiegħu kien jaqbeż it-tliet sigħat. Fl-epoka tal-films siekta, il-film Ben-Hur (1926) kien fih l-aqwa spettaklu minnhom kollha. Il- bniedem li ġab il-Bibbja fl-aqwa splendur tagħha kien id-direttur Cecil B. DeMille bil-films kolossali tiegħu e Ten Commandments (1923) u King Of Kings (1927) fi żmien il-films siekta. Dan id-direttur bombastiku dderieġa wkoll Joan the Woman (1916), dwar Ġovanna d'Arco, e Sign of the Cross (1932), e Crusades (1935), Samson and Delilah (1949) u b'mod aktar spettakulari e Ten Commandments (1956). Darba sostna hekk: "Tuni żewġ paġni liema tridu mill-Bibbja u naħdmilkom film sħiħ". Meta nħoloq e Hayes Code fl- 1930 minn Will M. Hayes, biex iħares il-moralità, l-aktar tal-ilbies fil-films, id-diretturi kienu jkunu mwerwrin li l-films tagħhom ma jispiċċawx fl- uffiċċju ta' Hayes. Cecil B. DeMille kien l-uniku wieħed li daħak b'dan il- bord b'nisa b'nofs ilbies f 'dawn il- produzzjonijiet epiċi Bibbliċi. Meta lil Claudett Colbert għażilha għall-parti prinċipali fi Cleopatra (1934), qalilha hekk: "How would you like to be the wickedest women in the world?" Meta nitkellmu fuq films meħudin mill-istejjer tal-Bibbja, irridu nifirdu dawk ibbażati minn fuq it-Testment l-Antik minn dawk meħudin mit- Testment il-Ġdid (il-maġġoranza fuq Ġesu Kristu) u l-Atti tal-Appostli. Fl-1929 kien ħareġ Noah's Ark li kien spettakulari imma sempliċi fl-istess ħin. Mijiet ta' films kienu addattati mill-istejjer tat-Testment l-Antik. L-aktar memorabbli minn dawn kienu e Private Life Of Adam And Eve (1960), Sodom And Gomorrah (1962), Green Pastures (1936), A Story Of David (1961), David And Bathsheba (1951), Samson And Delilah (1949), e Prodigal (1955), e Ten Commandments (1923 u 1956), Salome (1952), Solomon And Sheba (1959), Esther And the King (1960) u e Story Of Ruth (1960). Mit-Testment il-Ġdid insibu ħafna films epiċi u anki kolossali, fosthom; e Sign Of e Cross (1932), e Robe (1953) u s-sequel Dimetrius and the Gladiators (1954), Quo Vadis (1951), e Big Fisherman (1959), Ben-Hur (1927 u 1959), Spartacus (1960), Fabiola (1949), Barabbas (1961), e Silver Chalice (1954), e Fall of the Roman Empire (1964), eċċ. Fl-1966 beda jinħadem il-film e Bible li, oriġinarjament, il-produttur Dino De Laurentiis kien ħabbar li kellu jkun twil 9 sigħat b'diversi diretturi, imma fl-aħħar inħadem biss il-ktieb tal-Ġenesi bid-direttur John Huston u bl-isem e Bible: in the Beginning. 14 films IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-bibbja u r-reliġjon jinbidlu fi spettaklu fiċ-ċinema (L-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Haaz sleiman fil-parti ta' Kristu, fil-film "Killing Jesus"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 March 2024