Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530
04 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 • illum LUIGI SGHENDO L-emendi tad-donazzjoni tal-organi qajmu l-irwiefen hekk kif bosta jargumentaw bid-drittijiet tal-bniedem, l-awtonomija individwali, u l-etika dwar il-kunsens preżunt. Il-politiċi qed iwiegħdu li din l-emenda se twassal għal aktar donazzjonijiet. Sempliċi, le? Imma taħt din is-sempliċità hemm kumplessità ferm akbar ta' etika u legalità. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-avukat tad-drittijiet tal- bniedem, Lynn Chircop Faure li xeħtet dawl fuq l-emendi proposti u l-implikazzjonijiet potenzjali tagħhom fuq is-soċjetà. L-Avukat Chircop Faure spjegat il-bilanċ bejn kif din is- sistema se tkun ta' benefiċċju għas-soċjetà u għall-individwi. Mill-premessa, hija għamlet aċċenn li t-tneħħija ta' organu, tessut jew ċellola umana minn donaturi ħajjin jew mejtin, bla kunsens, huwa reat kriminali. Tispjega illi l-Artikolu 248ĊA tal-Kodiċi Kriminali jgħid li f 'Malta, persuna li tinstab ħatja tar-reat tat-traffikar ta' organi umani teħel il-piena ta' priġunerija minn sitt snin sa tnax-il sena. "Il-kunsens liberu, infurmat u speċifiku tad-donatur ħaj jew mejjet, jew awtorizzazzjoni legali fil-każ tad-donatur mejjet irid jiġi ppruvat sabiex dan l-iskambju għat-tneħħija tal- organi minn donatur ħaj jew mejjet ma jkunx ikkunsidrat prima facie li sar għal xi qligħ finanzjarju jew daqstant vantaġġ ieħor," tkompi tgħid. Hija tgħid lill-ILLUM illi hemm diversi fatturi li jinfluwenzaw it-tali deċiżjoni; waħda tkun li għalkemm awtomatikament malli tagħlaq 16, il-persuna tagħti l-kunsens tagħha għad- donazzjoni, għandu jkun assigurat li l-persuna għandha l-opportunità li tirtira milli tagħti donazzjoni f 'kull ħin li tiddeċiedi matul ħajjitha. Fattur ieħor li tiġbed l-attenzjoni fuqu Chircop Faure huwa jekk familjari għandhomx ikunu notifikati dwar il- kunsens tal-persuna. Dan l-istess punt qajmitu l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ ta' Petrova kontra l-Istat tal-Latvja fl- 2005, fejn il-Qorti qalet li l-liġi għandha tkun ifformulata bi preċiżjoni suffiċjenti jew mogħtija protezzjoni legali adegwata kontra arbitrarjetà. F'dan il-każ it-trapjant tal- organi tat-tifel tas-Sinjura Petrova seħħ mingħajr ma ġiet infurmata u għalhekk ma kienx skont il-liġi, l-avukat spjegat, bi ksur tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, cioè dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja. Chircop Faure spjegat kif f 'każ ta' mewt, din is-sistema Ewropea essenzjalment toħloq tliet sitwazzjonijiet differenti: Ġaladarba ċ-ċittadin ikun esprima xewqa pożittiva għad- donazzjoni matul ħajtu, id- donazzjoni ssir u l-membri tal-familja ma jistgħux joġġezzjonaw. Għall-kuntrarju, ma jkunx hemm tneħħija ta' organi jekk iċ-ċittadin ikun esprima l-oppożizzjoni tiegħu. Id-deċiżjoni tibqa' f 'idejn il-familja jekk iċ-ċittadin ma jkunx esprima l-opinjoni tiegħu. Chircop Faure sostniet l-importanza li l-għan għandu jkun ibbażat fuq il-protezzjoni taċ-ċittadini. "Nistaqsi jekk il-familjari għandhomx ikunu notifikati b'mod espliċitu dwar il- kunsens tal-persuna jew f 'każ li dan ikun preżunt, għandux ikollhom id-dritt, fil-każ ta' mewt, il-qraba l-aktar viċin tagħha, inklużi l-ġenituri, biex jesprimu x-xewqat tagħhom dwar it-tneħħija tal-organi." Fl-aħħar appellat biex Malta tibqa' tistinka għal iktar ġbir tad-demm u li porzjon tal- popolazzjoni tkun donatur tal- organi. Donazzjonijiet tal-organi: Il-kunsens għandu jkun biex jeskludik jew jinkludik? Trapjant ta' organi, ċelloli jew tissues ta' persuna waħda għandhom il-potenzjal li jsalvaw aktar minn persuna waħda. Fuq is-sit tagħhom, il-Malta Organ Donation, jagħtu spjega ta' kif persuna waħda tista' ssalva ma' tmien persuni. Bħalissa f 'Malta nużaw sistema ta' 'Opt-In', fejn persuna ta' aktar minn 16, tkun tista' tagħmel donazzjoni tal-organi tagħha wara mewtha. F'sitwazzjoni 'Opt-In,' individwi jridu jirreġistraw minn jeddhom biex jagħtu kunsens u jsiru donaturi tal-organi. Permezz ta' reġistrazzjoni, huma jindikaw ir-rieda tagħhom li jagħtu l-organi wara mewthom. Mingħajr dan il-kunsens, l-organi ma jistgħux jintużaw għal skopijiet ta' trapjant. Intant, f 'sistema 'opt-out,' l-individwi jitqiesu bħala donaturi potenzjali ta' organi b'mod awtomatiku wara mewthom. Dan sakemm ma jirreġistrawx speċifikament l-oġġezzjoni tagħhom. Ġaladarba l-individwu ma jiddikjarax b'mod espliċitu li ma jridx jagħti donazzjoni, l-organi wara mewtu jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' trapjant. X'inhi d-differenza bejn Opt-in u Opt-out? Il-Parlament se jibda jiddiskuti emendi dwar id- donazzjonijiet tal- organi u minflok tirreġistra biex tagħmel donazzjoni, tiddikjara li ma tridx tagħti l-organi. L-ILLUM titkellem ma' avukat tad-drittijiet tal- bniedem Lynn Chircop Faure.