Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530
06 intervista IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 • illum 'Nemmen li l-Partit Laburista ma ġiex apprezzat FIL-FEHMA TIEGĦEK, LIEMA MIŻURI ALTERNATTIVI SETGĦET TIEĦU L-UE B'REAZZJONI GĦALL- INVAŻJONI TAR-RUSSJA TAL- UKRAJNA META TQIS IL-KRITIKA TIEGĦEK TAS-SANZJONIJIET IMPOSTI? Il-kritika tiegħi fuq is-sanzjonijiet kienet waħda: Dik li għandna nagħmlu miżuri ristrettivi fuq ċerti persuni li kienu msemmija fil-lista ta' Aleksei Navalny, illi fil-fehma tiegħi wettaq xogħol impekkabbli. Il-kritika ma kinitx biex ħadd ma jagħmel xejn. Il-kritika kienet 'jekk se nagħmlu xi ħaġa nagħmluha sura', għax kien hemm ċerta inkompetenza fil-mod ta' kif saru xi affarijiet. Il-Kummissjoni Ewropea qalgħet 'il barra r-Rappreżentant Għoli Joseph Borrell u minflok ħarbtet il-proċess kollu u marret tinnegozja. Fil-fatt nemmen li għamluha bla bżonn. SEMMEJT LI TĦOSS IT-'TINGIŻ' TAR-REGOLAMENTI TAL-UE, PARTIKOLARMENT F'OQSMA BĦALL-ISTANDARDS TAL- EMISSJONIJIET. TISTA' TESPANDI FUQ REGOLAMENTI SPEĊIFIĊI LI TEMMEN LI QED JOLQTU LIL MALTA B'MOD SPROPORZJONAT? Għandek sett ta' regoli li jissejħu Climate and environmental risks li jaqgħu taħt il-kappa tal-Environmental Social Governance (ESG). Aħna dħalna f 'punt issa li rridu nkunu nafu x'qed jagħmlu n-negozji fuq is- sostenibbiltà, eżempju, x'prattiċi qed jużaw li ma jħammġux, eċċetra. Hemm xi miżuri li huma tajbin u naqbel magħhom, imma li ma naqbilx huwa l-mod ta' kif qed jiġu introdotti, jiġifieri t-'tingiż' li qed iħossu n-negozji x'kien? Kellhom l-isfida tal-għoli tal-ħajja, kellek problemi bil-provvista tal-prodotti u fl-istess ħin kellhom din l-ispiża żejda. Dan hu t-'tingiż' li qed iħossu n-negozji. Kważi kważi tiġi qisha sistema kkontollata. Minflok qed tikkontrolla bil- prezz, qiegħed tikkontrolla n-negozji b'xi ħaġa ġdida, fosthom l-ammont ta' karbonju li jixħtu dawn il-kumpaniji. Nemmen li forsi hemm bżonn li nirregolaw il-metodu ta' kif jidħlu l-affarijiet. Naħseb li fejn fallew il-gvernijiet fl-UE, l-industrija spiċċat ħa jkollha tirregola x-xogħol li kellhom jagħmlu l-gvernijiet, jiġifieri qed nitkellmu l-industrija finanzjarja u banek, għax jekk se tagħmel skrutinju ħa tispiċċa tkun taf persuni litteralment x'tagħmel u ma tagħmilx bl- attivitajiet tagħha. INT ENFASIZZAJT TĦASSIB DWAR IŻ-ŻIEDA FIR-RATI TA' ASTENSJONI FL-ELEZZJONIJIET EWROPEJ, PARTIKOLARMENT FOST IL-VOTANTI LABURISTI. X'TAĦSEB LI HUMA L-FATTURI EWLENIN LI JIKKONTRIBWIXXU GĦAL DIN IT-TENDENZA, U KIF TIPPROPONI LI TINDIRIZZAHOM? Fil-kwistjoni tal-Partit Laburista hemm element fejn in-nies qed jaraw l-affarijiet personali tagħhom, jiġifieri għandek nies li għandhom kwistjonijiet personali li għadhom ma ġewx indirizzati, mhumiex affarijiet kbar imma li karkru mill-leġiżlaturi ta' qabel u kellhom jiġu indirizzati. Hija sitwazzjoni kumplessa ħafna. Għandek sitwazzjoni fejn ħriġna mill- pandemija tal-COVID-19 u faqqgħet il- gwerra. Dak iż-żmien kont għedt li jekk aħna ħa mmorru f 'dik id-direzzjoni jfisser li partiti li mhumiex tradizzjonalment mal- Partit Laburista jew Partit Nazzjonalista jista' jkun li jivvutaw partiti popolisti mhux f 'Malta biss iżda madwar l-Ewropa, għax għandek is-sentiment ekonomiku li huwa ħażin u min hu popolist se jikkapitalizza minn fuqha. JEKK NIEĦDU L-ISKANDLU TAL- BENEFIĊĊJI SOĊJALI BĦALA EŻEMPJU, TĦOSS LI KIEN HEMM NIES VULNERABBLI LI ĠEW IMWIEGĦDA TAMA BLA SUGU? GĦALIHOM QED TIRREFERI? Is-sitwazzjoni tal-frodi jien mhux ħa nitkellem fuqha għax hemm il-qrati għaddejjin. Jekk ngħaddi kummenti jista' jkun li nkun qed inħalli preġudizzju, allura ħa noqgħod mal-paremetri li nista' ngħid. Naħseb li m'għandux ikun li jeħel il- kollettiv. Waqt li kont qed inżur in-nies, iltqajt ma' każ fejn il-familja wirtet dar fi żmien Mintoff u wara numru ta' snin id- dar kellha tinqasam bejn tmien familji (aħwa). Il-flus li ħadu minnha użawhom biex jirranġaw id-dar tagħhom, il-karozza, eċċ. Seba' snin wara staqsewh għal irċevuti. Niakru li tajjeb li jkollok l-infurzar u moniteraġġ imma mhux li tmur seba' snin lura u tistaqsih għall-irċevuti. U dan mhux każ wieħed, fejn it-tajjeb qed jeħel mal- ħażin. Se jkun hemm żieda fl-astenzjonijiet fl-elezzjoni li ġejja? X'setgħet tagħmel aħjar l-Unjoni Ewropea fil-konfront tal-kunflitt fl-Ukrajna? Għaliex Clint Azzopardi Flores ma jaqbilx li l-UE tarma' ruħha bl-armi, speċjalment dawk nukleari? Fejn tidħol it-tmexxija ta' Robert Abela, l-affarijiet li ddaħħlu favur governanza b'saħħitha, ħadd ma jista' jmerihom