MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tagħraf aħjar il-bilanċ ta' kif tista' ssib aktar spazju għalik. Il-ħidma hija bżonjuża iżda l-ħin għar-rilass huwa bżonjuż ukoll. Irrefletti. Aries huma magħrufin għall-abbiltà organizzattiva tagħhom. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Gemini se tkun fażi fejn trid tagħraf tkun magħqud u determinat aktar sabiex tasal fejn tixtieq int. Dan minħabba li bħalissa qisek qed issib diffikultà. Agħraf emmen iżjed. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Virgo hija ġimgħa li grazzi għal dan iż-żodjaku tista' ssib ħin għalik waħdek u tagħraf eżattament x'inhu siewi għalik, kemm għall-ġimgħat li ġejjin, kif ukoll għall-futur. Virgo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Scorpio hija dik il-ġimgħa li se ġġiblek dik il-ħeġġa ta' determinazzjoni li tant għandek bżonn fil-preżent. Iż-żmien ta' monotonija ħallih warajk. Ikkonċentra biss lejn il-pjanijiet li għandek. Scorpio huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Aries, għalik, f 'Pisces trid tagħmel analiżi profonda dwar it-tqassim finanzjarju tiegħek b'mod aktar bilanċjat. Għadek fiċ-cans li jkollok bilanċ aħjar fil-mod kif tqassam il-finanzi tiegħek. Analizza. Pisces huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Aries Mill-Ħadd 24 ta' Marzu sas-Sibt 30 ta' Marzu AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.9 - Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi Is-sejħa tagħlaq fl-20 ta' Mejju 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal-Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis- sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta, 9 t'April, 2024 mis-14:30 sal-17:30, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. Fl-aħħar tas-sena 2023, kien innotat illi għal kull persuna li tirreġistra għax-xogħol, kien hemm tmien postijiet tax-xogħol vakanti. F'numri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jidher li kien hemm 7,656 post tax-xogħol vojt bil-pajjiż, b'dawk li jħaddmu jimlew biss 2.8% minnhom. Fl-istess perjodi, kien hemm ukoll 955 persuna li rreġistraw. Dan ifisser li minkejja l-impjiegi li setgħu ssiru, in-negozji ma sabux nies biżżejjed biex jaħdmu magħhom. Din kienet l-akbar rata ta' postijiet tax-xogħol vakanti qatt osservata minn meta bdiet tinġabar statistika ta' dan it-tip, lura fl-2017. Barra minn hekk matul l-2023, l-impjiegi f 'Malta kibru b'6.5%, mentri fil-bqija tal-UE kien hemm żieda ta' 1.2%. Din kienet l-akbar zieda fl-impjiegi madwar l-UE. Minkejja dan, xorta n-negozji f 'pajjiżna kellhom ferm aktar impjiegi li xtaqu jimlew, imma li ma sabux nies biżejjed għalihom. Fi tmiem l-2022 il-postijiet tax- xogħol mhux mimlija kienu 6,407. Dan jiġġifieri li f 'Malta ir-rata ta' offerti ta' xogħol mhux mimlija żdiedet minn 2.6% fl-2022, filwaqt li fl-UE kienet 2.7%, għal 2.8% fl- 2023. Meta wieħed iħares lejn dawk is-setturi li l-aktar qed ifittxu ħaddiema, hemm is-servizzi professjonali fejn kien hemm 1,700 job vacancy fl-aħħar tas-sena li għaddiet, seqwit mis-settur tar- retail b'1,038 post tax-xogħol vojt u l-lukandi u ristoranti li kellhom bżonn 990 ħaddiem aktar. Kien hemm ukoll 663 postijiet vakanti fil-manifattura, 617 fl- informazzjoni u kommunikazzjoni, u 597 fir-remote gaming. Fost setturi oħrajn b'domanda aktar għall-ħaddiema kien hemm il-kostruzzjoni fejn kien hemm bżonn 463 ħaddiem, 396 post tax- xogħol mhux mimli fis-servizzi finanzjarji, u 315 fis-settur tas- saħħa. Tmien postijiet tax-xogħol vakanti għal kull persuna li tirreġistra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 March 2024