Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li qed jistenna lil Rosianne Cutajar – illum deputat indipendenti – tiskuża ruħha qabel ma tiġi aċċettata lura fil-grupp parlamentari tal-Partit Laburista, kien hemm min beda jħokk rasu. Cutajar, sakemm nafu aħna, qatt ma talbet li tmur lura fil-Partit Laburista. Kien il-Prim Ministru li riedha tirritorna, flimkien ma' Justyne Caruana. Kien qalha ċar f 'Jannar li Cutajar u Caruana kienu pattew bil-qares għal għemilhom u wasal iż-żmien li jirritornaw. Justyne Caruana mill-ewwel qalet li mhix interessata. Cutajar kellha titlaq mill-grupp parlamentari Laburista, wara l-pubblikazzjoni ta' messaġġi fuq Whatsapp li kellha ma' Yorgen Fenech xi sitt snin ilu. F'dawn il-messaġġi, li kienu l-mira ta' kummenti skabrużi fil-midja soċjali, kien hemm xalata ta' remettar li waslu biex ikun hemm ġudizzju fuq l-atteġġament ta' Cutajar fil-konfront ta' konsulenza mal-Gvern li kienet ħadet fl-istess perjodu. Imma l-messaġġi, li kienu evidenza fl-atti tal-kumpilazzjoni fil-każ kontra Yorgen Fenech, ma kellhom qatt joħorġu u wisq aktar rilevanza fil- proċess dwar il-każ ta' omiċidju ta' Caruana Galizia. Kienu rilevanti biss biex ikun hawn diskors sensazzjonali u jintefa' dawl fuq il-ħajja personali ta' nies magħrufa. Fix-xalata ta' kummenti kontra d-diskors privat iżda laxk ta' Cutajar, kulħadd qisu nesa li min ħariġhom mill-atti tal-kumpilazzjoni – kien Jason Azzopardi – kellu skop ċar u malinn biex ikun hemm kaos totali. U dan kollu sar minkejja li kien hemm ordni ċara mill-Qorti li dawn il-messaġġi privati ma joħorġux fil-pubbliku; ordni li ġiet ripetutament injorata. Iżda lura għall-Prim Ministru. F'taħdita fuq ir-radju tal-Knisja, il- Kap Eżekuttiv u Deputat Laburista Randolph Debattista kien qal li jaqbel li biex xi ħadd jerġa' lura fil-politika jrid jiskuża ruħu. Dan apparti l-botti ta' Debattista fil- konfront tal-politika tal-Prim Ministru tiegħu, u apparti l-fatt li ħafna politiċi oħra Laburisti anke dawk pereżempju misjuba ħatja fil-Qorti qatt ma skużaw ruħhom. Dan il-kumment wassal biex il-Prim Ministru jieħu l-opportunità li jżid kundizzjoni oħra biex Rosianne Cutajar tidħol fil-grupp parlamentari. Talba li mhux biss dejqet bil-kbir lil Cutajar imma anke lill-Ministri tal- Gvern li huma inkwetati kif il-Prim Ministru aġixxa. Fis-sens, li l-ewwel ħasad lil kulħadd bl-istedina biex Cutajar terġa' lura, imbagħad żied kundizzjoni oħra. Li huwa ċar hu li l-apoloġija min- naħa ta' Cutajar mhix se tiġi. Dan jafu sew Abela, u tant li qisu għamel apposta, għax qisu issa reġa' bdielu u ma jridx lil Cutajar lura. Iktar minn xejn, dan l-episodju jgħinna nifhmu l-kumplessità tal-mod kif jaġixxi u jaħsibha l-Prim Ministru. L-apoloġija mistennija, xi tfisser?