Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915
Fis-snin tletin Hollywood kien qed ifittex mezzi ġodda kif jikkombina r-reliġjon mas-sentiment u anki spettaklu f 'films bħal e Cradle Song (1933), Dante's Inferno (1935), e Garden of Allah (1936), e Green Light (1937) u Boys Town (1938). Naturalment, it-Tieni Gwerra Dinjija ġabet qawwa ġdida reliġjuża u figuri reliġjużi saru popolari ġo films bħal e Song of Bernardette (1943), Going my Way (1944) u s-sequel e Bells of Saint Mary (1945), e Keys of the Kingdom (1944) u oħrajn. Il-Ġenna kienet użata bħala sfond dwar x'jiġri wara l-mewt f 'kummiedji sempliċi u ġenwini fi produzzjonijiet bħal A Matter of Life and Death (U.S. Stairway To Heaven) (1946), Here Comes Mr. Jordan (1941), Heaven Can Wait (1943) u e Horn Blows at Midnight (1945). Wara l-gwerra, issa bit-tensjoni nieqsa fuq il-maġġoranza, il-poplu beda jabbanduna r-reliġjon. Joan Of Arc (1948), li qam ħafna flus, falla. Attentat ieħor biex Alla jerġa' jsib postu saru f 'xogħlijiet bħal e Next Voice you Hear (1950) li wkoll ma rnexxiex u l-parteċipazzjoni sinċiera ta' Robert Donat f 'Lease of Life (1954) ma tatx riżultati tajbin. L-uniċi żewġ films li għall-inqas ġabu flushom lura, b'appell dirett għall-Kattoliċi kienu Monsieur Vincent (1947) u e Miracle of Fatima (1952) (li kellu suċċess imdaqqas u fenominali hawn Malta). Kien għalhekk li bdew jinħadmu films spettakulari bid- diċerija tal-konnessjonijiet li diġà semmejt qabel, biex iħeġġu l-poplu jirrikorri. Lejn l-aħħar tas-snin ħamsin saru attentati mhux spissi biex inħadmu xi films b'temi reliġjużi, fosthom A Man Called Peter (1955), e Nun's Story (1959), e Inn of the Sixth Happiness (1958) u Whistle Down the Wind (1961). Id-direttur Otto Preminger ma rax suċċess b'Saint Joan (1957) u reġa' pprova fl-1963 b'e Cardinal. Il-film e Greatest Story Ever Told (1965) dwar il-ħajja ta' Ġesù, għalkemm spettakolari b'xi waqtiet (speċjalment fil-qawmien mill-mewt ta' Lażżru), kien serju u solenni wisq u ma tantx mar tajjeb. Mill-banda l-oħra, mill-Italja ħareġ Il Vangelo Secondo Matteo (e Gospel According to St Matthew) (1964) tad- Direttur Marxist Pier Paolo Pasolini, maħdum bla kulur u bla xinxilli, b'atturi kważi dilettanti, però sinċier u poetiku fl-istess ħin, b'atmosfera meraviljuża, tant imfaħħar mill- kritiċi, li f 'xi kwartieri mar aħjar minn e Greatest Story Ever Told. Film ieħor li ma ntlaqax kif mixtieq hu e Shoes Of e Fisherman (1969), bl-attur Anthony Quinn, dwar l-elezzjoni ta' Papa ġdid. Fis-snin sebgħin, il-films epiċi u reliġjużi ħadu xejra differenti u biex jindirizza l-gosti taż-żgħażagħ inbidlu f 'pop-operas bħal Godspell (1973) u r-rock opera Jesus Christ Superstar li għamel suċċess kbir anki fuq il-palk. Fl-1977, Sir Lew Grade kkommissjona lil Franco Zeffirelli jidderieġi Jesus of Nazareth għat-TV b'tul ta' kważi seba' sigħat u f 'xi postijiet (fosthom hawn Malta) ħareġ għaċ-ċinema maqsum f 'żewġ partijiet. Xi ħaġa sabiħa hi li dan rawh miljuni ta' nies, għamel suċċess anki fuq il-liżar il- kbir, li jindika li fuq kollox, il-poplu inġenerali jrid jemmen f 'xi ħaġa. Id-Direttur Martin Scorsese fl-1988 iffilmja e Last Temptation of Christ tal-awtur Grieg Nikos Kazantzakis, xogħol li qajjem kontroversji u kien miżmum f 'xi postijiet. Dan il-film mhux ta' xeħta epika kien jiffoka fuq id-dubji li jħoss Ġesù qabel ma kellu jissallab u kien fih ħolma twila x'kien iseħħ kieku Ġesù ma mietx fuq is- salib. Kien Mel Gibson li fis-sena 2004 ħadem e Passion of the Christ, mitkellem bl-Aramajk, dwar il- passjoni ħarxa u brutali li jgħaddi minnha l-Imgħallem Divin. Dan kien film qawwi ħafna li jdaħħlek f 'qoxortok tant li wieħed kritiku laqqmu "Horror in Jerusalem". Ħlief hawn Malta, kellu ċertifikat għall-kbar biss. Tassew inkredibbli li fl-Amerika, meta kien għadu jinħadem, il-biljetti bdew jinbiegħu minn qabel u b'hekk għamel suċċess kbir. Serje sabiħa ta' films dwar il-Bibbja għat-TV, li tkopri kemm it-Testment l-Antik u dak Ġdid hija dik prodotta minn RAI Uno u Lube Productions fis-snin disgħin u dawk tal-bidu tal- millenju. Mill-Ħolqien tad-Dinja sad- dehriet tal-Apokalissi nħadmu sbatax- il film, mhux addattati għat-tfal, ħafna minnhom b'atturi popolari fil-films ta' Hollywood. Ħadd m'għandu jitlia. 14 films IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-bibbja u r-reliġjon jinbidlu fi spettaklu fiċ-ċinema (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Fuq xellug: Jesus Christ Superstar Fuq: Passion of the Christ Xellug: Joan of Arc