MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI (NIPPROMWOVU D-DIVERSITÀ) TAĦT FOND GĦALL-AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li qed tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġett kif indikat hawn taħt: Għan Speċifiku: 2: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l-inklużjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;. Is-sejħa tagħlaq fis- 27 ta` Ġunju 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti għal proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal- Fond għall-ażil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni u l- Linji Gwida tal-Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis- sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta, 30 t' April, 2024 mid-09:00 sal-11:00, ġewwa The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Ħamrun. Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. FOR SALE QUAD BIKE BOMBARDIER 650CC (2006). My black and yellow beautiful almost immaculate, always serviced quad is, with a heavy heart for sale. She is licensed till October 2024 and road ready. It's now time for someone else to enjoy. Annual road is €259. Asking price is €4500. Call or WhatsApp on 79990807. LUIGI SGHENDO Id-Direttur Ġenerali tal-General Workers' Union, Josef Bugeja, ikkundanna kull min għadu jagħmel preġudizzju fil-pagamenti kontra n-nisa fix-xogħol. "Huwa tal-mistħija li fl-2024 għad hawn min jagħmel preġudizzju fil- ħlas kontra n-nisa. Huwa għalhekk ukoll li l-GWU qed titlob li kull ħaddiem għandu jkun membru f 'union... Huwa għalhekk ukoll li ħdimna kemm fuq livell Nazzjonali u Ewropew biex tidħol id-direttiva dwar it-trasparenza tal-pagi," Bugeja qal lil gazzetta ILLUM. Dawn il-kummenti kienu b'reazzjoni għal numri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika ġimgħa ilu. In-numri wrew illi mhux biss in- nisa qegħdin jitħallsu inqas mill- irġiel f 'numru ta' setturi iżda 37% biss tal-pożizzjonijiet maniġerjali huma okkupati min-nisa. Bugeja qal li mara sottorappreżentata fir-rwoli maniġerjali mhux biss riflessjoni tal-kapaċitajiet individwali iżda hi manifestazzjoni ta' normi u preġudizzji usa'. L-isterjotipi, skontu, jitolbu b'saħħa li mara tagħti prijorità lir- responsabbiltajiet tal-familja fuq l-avvanz fil-karriera. Hija din il- mentalità li qed tikkontribwixxi għal disparità fil-pagi. "Nemmnu li bħala soċjetà għad hemm ħafna aktar ostakli għan- nisa milli għall-irġiel biex jidħlu f 'postijiet ta' tmexxija. Nemmnu wkoll li minħabba li s-soċjetà għadha temmen li l-kura tal-familja (tfal u ġenituri) hija xogħol il-mara, ħafna nisa jħossu li huwa d-dover tagħhom li jieħdu ħsieb il-familja" qal Bugeja mal-ILLUM. Huwa qal li l-union ilha minn ta' quddiem fil-promozzjoni tal- ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol, u saħqet fuq diversi okkażjonijiet li l-valur tax-xogħol għandu jkun determinat mill-ħiliet u l-kontribuzzjonijiet aktar milli minħabba l-ġeneru. Minkejja l-progress f 'xi setturi, Bugeja jgħid id-diskrepanzi jenfasizzaw il-ħtieġa għal sforzi miiehma biex jiġu indirizzati l-preġudizzji bejn is-sessi. L-NSO sabet ukoll illi mara minn kull ħamsa, jaħdmu fuq bażi part-time. Jikkummenta dwar dan, Bugeja jaħseb li din tal-aħħar in-nisa jagħżluha minħabba flessibbiltà. M i n k e j j a dan, Bugeja jistaqsi jekk mara tagħżilx li taħdem part- time ta' bilfors. "Hija għażla tal-mara jew għax m'għandhiex għażla oħra? Irridu naraw li s-soċjetà tagħna tagħraf li x-xogħol tad-dar għandu jsir mill-persuni adulti kollha li jgħixu fiha u għandna naraw ukoll li l-kura tat-tfal u l-ġenituri anzjani tittieħed kemm min-nisa u l-irġiel," Bugeja żied jgħid. B'kollaborazzjoni ma' diversi partijiet interessati, inklużi korpi governattivi u unions oħra, Bugeja qal li l-GWU qed taħdem b'mod attiv biex timplimenta politiki li jippromovu l-ugwaljanza bejn is- sessi. Dan filwaqt li jappoġġjaw lill- ommijiet li jaħdmu. L-inizjattivi huma mmirati lejn it-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-provvista ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal fuq il- post tax-xogħol, u l-promozzjoni ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli. Meta mistoqsi dwar l-aspettattivi tan-nisa fi ħdan il-union, apparti l-ugwaljanza fil-pagi, Bugeja elenka firxa ta' talbiet immirati biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istrutturi ta' appoġġ. Dawn jinkludu sigħat tax-xogħol flessibbli, opportunitajiet għal xogħol remot, faċilitajiet għall-kura tat-tfal, u ġimgħa ta' xogħol iqsar. "Huwa għalhekk li s sena li għaddiet konna ressaqna proposta biex l-40 siegħa ta' xogħol tinqasam fuq erbat ijiem flok ħamsa. Din il- proposta daħlet fl-amministrazzjoni pubblika iżda mhux fil-privat. ARA WKOLL PAĠNA 8 Il-GWU tgħid li tal-mistħija li n-nisa għadhom jitħallsu inqas minn raġel Id-Direttur Ġenerali tal-General Workers' Union, Josef Bugeja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 March 2024