MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum "Is-sapport huwa nofs ELAINE CAMILLERI KIF BEDA PUT TINU C ARES? U X'ĦA JREK TINTEGR A FIH? Puttinu Cares beda minn Rennie Zerafa, li llum huwa Kap Eżekuttiv, u Dr Calvagna, li kien l-ewwel konsulent u pedjatru tat-tfal morda bil-kanċer. Jien, wara li gradwajt bdejt naħdem bħala infermiera u darba kont inzertajt qed naħdem shift ma' Rennie, u meta tara dak l-entużjażmu tiegħu u passjoni biex jgħin lil dawn it-tfal u l-ġenituri, awtomatikament bdejt ngħinu fl-attivitajiet dakinhar. Konna norganizzaw BBQs, norganizzaw festini tal-Milied u nżejnu l-ward. Rennie ħajjarni u litteralment ġegħelni nidħol għal Puttinu, qalli "Int għall-kumitat". Kellna relazzjoni tajba għaliex mal- ewwel qbilna. Puttinu kienet xi ħaġa li qbilna fiha mal-ewwel. X'INHUMA L-PROĠET TI LI QED TAĦDMU FUQHOM BĦALISSA? Għalissa għandna proġett li huwa daqsxejn kbir u ambizzjuż. Peress li ma bqajniex niffukaw biss fuq tfal biss, imma biż-żmien ftaħna anke għaż-żgħażagħ u l-adulti, aħna dejjem mimlijin. Apparti l-għoxrin appartament li diġà għandna ġewwa Sutton imqassam f 'żewġ binjiet, nikru sitt appartamenti oħra u dejjem mimlijin. Ovvjament, la darba tiftaħ is-servizz, tiftaħ l-għajnuna u l-bżonn jikber u anke l-kura barra minn Malta kibret, fejn qabel konna nibagħtu bejn 20/30 pazjent fix-xahar Londra, dik ir-rata ttriplikat. Bħalissa qed nibagħtu madwar 90 pazjent fix-xahar l-Ingilterra. Allura wara studju indunajna li l-maġġoranza tal-pazjenti jmorru ġoċ- ċentru ta' Londra fejn hemm ħafna sptarijiet fosthom in-National Hospital tal-moħħ u Moorfields, u wara seba' snin tfittxija rnexxielna nsibu binja li qiegħda biss għaxar minuti mixi bogħod mill-isptarijiet. Issa ilna sena li xtrajnieha l-binja u nixtiequ li nagħmlu 27 appartament. Li għandna tajjeb, u importanti din, li l-art hija bla ċens. Fl- Ingilterra l-art hija kollha tar-reġina. Dejjem ridna nonfqu l-fondi pubbliċi bil-għaqal sabiex il-proġett jibqa' hemmhekk għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Organizzajna maratona ta' ġbir ta' fondi li se ssir nhar il-Ġimgħa l-Kbira u se tixxandar dirett fuq it-televiżjoni. Din il-maratona se tgħinna biex inwettqu dan il-proġett li jammonta għal 2.5 miljun ewro. IL-PAZ JENTI JGĦADDU MINN TBATIJA TA' KIMOTER APIJA, TR AT TAMENTI, EĊĊ, PERÒ KIF TAR AW DAN KOLLU JAFFET T WA LILL-ĠENITURI? Il-ġenituri jeħduha ħażin. Ħadd mill-ġenituri ma jixtieq jara lil uliedu jimrad lanqas b'riħ aħseb u ara kanċer. It-tbatija tat-trattament u anke l-fatt li huwa kanċer, dan huwa ta' theddida fuq il-ħajja u l-bniedem għandu ċans li jitlef ħajtu. Tajjeb ngħidu wkoll li 80% tat-tfal li jimirdu bil-kanċer ifiqu u dik għalija hija inkoraġġanti ħafna. INĦOBBU NGĦIDU LI L-MALTI HUWA ĠENERUŻ. IL-POPLU MALTI KIF JISTA' JGĦIN LIL PUT TINU C ARES? Il-poplu Malti u Għawdxi, għalkemm aħna żgħar ħafna, qed nagħmlu unur lil pajjiżna barra minn Malta. L-Ingliżi stess jiskantaw kif qed jirnexxilna minn popolazzjoni daqshekk żgħira nagħmlu proġetti daqshekk kbar li jiswew il- miljuni, u li tmantnih u tagħti s-servizzi kompletament b'xejn. Aħna nħallsu għall-kontijiet kollha, tad-dawl, tal- ilma, tal-internet. Il-pazjent ma jħallas xejn. Idum kemm idum – ġimgħat, xhur, snin. U nħallsu wkoll għall-familja tal- pazjent għaliex is-sapport huwa nofs L-ILLUM titkellem ma' Angele Cuschieri, il- President ta' Puttinu Cares u tixħet dawl fuq ix- xogħol li twettaq biex Puttinu jgħin lil kull minn għandu bżonn. "Meta nara l-pazjenti daqsekk żgħar jieħdu trattament iebes u jitbissmu u jħarsu b'mod pożittiv 'il quddiem – jispirawni" Angele Cuschieri ma' Rennie Zerafa u Dr Victor Calvagna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 March 2024