Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915
opinjoni 09 IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 • illum Claudette Abela Baldacchino hija Kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Parlament Ewropew Claudette Abela Baldacchino M alta, gżira żgħira li tinsab fil-periferija tal-Unjoni Ew- ropea. Dan joħloq kemm opportunitajiet għal pajjiżna kif ukoll sfidi partikolari bħall-moviment ħieles ta' prodotti u servizzi f 'suq ta' madwar 500 miljun ruħ. Għawdex jerġa' għandu periferija doppja għaliex qiegħed kemm fil-periferija tal-Unjoni Ewropea u ta' Malta wkoll. Malta, taħt it-tmexxija ta' Gvern Laburista, kellha waħda mill-aktar rati għoljin ta' tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea u fiż- żona ewro. Dan minkejja li d-dinja għadha tbati mill-konsegwenzi li ġabu magħhom il-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna. Dan is-suċċess ma ġiex waħdu imma huwa frott it-tmexxija għaqlija ta' dan il-Gvern. Għawdex ukoll gawda minn dan is-suċċess ekonomiku u r-rata ta' tkabbir fl-2022 kien ta' 13.4%, li hi 16% iktar għolja mir-rata ta' qabel il-pandemija. Sfidi Imma anke s-suċċess iġib miegħu sfidi ġodda. Bħall-fatt li żdied in-numru ta' ħaddiema barranin biex jagħmlu ċerti xogħlijiet u dawn iġibu magħhom drawwiet, kulturi, reliġjonijiet differenti. Dawn il-persuni m'għandniex narawhom biss bħala riżorsa ekonomika, iżda jrid ikollna programmi ta' integrazzjoni effettivi għal dawk li jagħżlu jibqgħu jgħixu hawn sabiex tassew isiru parti mis-soċjetà tagħna. Madanakollu rridu nassiguraw li dawn il-ħaddiema ma jintużawx biex ikissru d-drittijiet li rnexxielu jikseb il-ħaddiem Malti b'tant sagrifiċċji matul is-snin. It-tkabbir ekonomiku jrid jibqa' jkun wieħed sostenibbli li jwassal għall-kwalità ta' ħajja aħjar u mhux bil-kontra. Għalija, tkabbir ekonomiku mingħajr ġustizzja soċjali joħloq aktar problemi milli ġid. Madanakollu mhux kull tkabbir ekonomiku iġib l-iżvilupp mixtieq. Jekk dan jgħodd għal kull soċjetà, jgħodd ħafna iktar għal soċjetà żgħira bħal dik Għawdxija. L-Għawdxin iridu jimu x'inhu fl-aħjar interess tagħhom illum, imma jaħsbu wkoll f 'għada. Ikun ħasra jekk Ghawdex jitlef is-sbuħija naturali jew jeqred il-wirt storiku tiegħu. Dan hu li jagħmel lil Għawdex dak li hu u l-Għawdxin iridu jibnu fuq dak li jagħmel il-gżira tagħhom unika f 'nofs il-Mediterran. Ma hemm xejn ħażin li Għawdex jipprova jikkopja t-tajjeb li jkun qed isir Malta u li jgħodd għalih, imma jrid ikun konxju li dan ma jridx isir b'għajnejh magħluqa. Għawdex jeħtieġ li jibni fuq dak li jagħtih is-saħħa biex it-tkabbir ekonomiku jkun verament sostenibbli. Xogħol għall-Għawdxin Il-passat tal-Għawdxin ma kienx wieħed faċli u batew ħafna min-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol f 'Għawdex stess u tilfu ħafna mill-aħjar imħuħ u nies speċjalizzati li marru jaħdmu lil hinn minn Għawdex. Jeħtieġ li jinstabu niċeċ li jagħmluha possibbli li waqt li l-Għawdxin, bħala ċittadini Ewropej, igawdu mill-possibbiltà li jmorru jaħdmu fejn iridu fl-Unjoni, isibu xogħol adekwat f 'Għawdex jekk jagħżlu li jibqgħu jgħixu hemm. Taħt Gvern Laburista saret ħidma kbira f 'dan ir-rigward, iżda fadal aktar xi jsir. Jien min-naħa tiegħi, jekk ningħata l-fiduċja mill-poplu Malti u Għawdxi, nagħmel dak kollu possibbli biex l-Unjoni Ewropea tiem aħjar din ir-realtà unika ta' Għawdex biex b'hekk is-soċjetà Għawdxija tgawdi minn livell ta' għejxien u kwalità ta' ħajja li jixirqilha. Għawdex Gżira ta' opportunitajiet It-tkabbir ekonomiku jrid jibqa' jkun wieħed sostenibbli li jwassal għall- kwalità ta' ħajja aħjar u mhux bil- kontra