Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519041
16 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' APRIL 2024 • illum Il-President lesta li tiffirma liġijiet kontroversjali, kif tiddetta l-kostituzzjoni "Maż-żmien jidħol. Jista' jkun għaxar snin oħra, tmien snin oħra ... Jekk inħarsu madwarna, hekk jidher," saħqet il-President Spiteri Debono. Il-President qalet dan waqt il- programm ta' Andrew Azzopardi s-Sibt filgħodu. Waqt l-intervista ġew diskussi diversi temi oħrajn fosthom l-immigrazzjoni, Għawdex, l-inkjesta pubblika ta' Jean Paul Sofia, u n-nisa fit- tmexxija fost oħrajn. Fuq il-programm RTK radio ta' Andrew Azzopardi, il-President Myriam Spiteri Debono saħqet li temmen li eventwalment l-abort se jidħol f 'Malta iżda żammet mal- opinjoni personali tagħha kontra l-abort. Il-President iddefendiet il-pożizzjoni tal-Knisja fuq l-abort u qalet li d-direzzjoni tal- Knisja għandha d-dritt u dmir li timxi skont it-twemmin tagħha. B'ġustifikazzjoni għala temmen dan, il-President qalet li ltaqgħet ma' numru ta' żgħażagħ, saħansitra wħud minnhom li jmorru l-knisja frekwentement, li jemmnu li l-abort għandu jidħol fil-pajjiż. Waqt l-intervista, il-President għamlitha ċara u qalet li ma tridx li "l-abort jidħol mill-ventilatur, pereżempju ġo manifest elettorali" u tenniet tgħid li temmen li għandu jiġi deċiż permezz ta' referendum, minkejja li din mhix għażla appoġġjata miż-żewġ partiti ewlenin. Fuq il-Partit Laburista, il- President, filwaqt li rrikonoxxiet li seħħew episodji koroh taħt it-tmexxija tagħhom mill-2013, fosthom id-delitt "faħxi" tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kellha kliem ta' tifħir fuq il-progress tad-drittijiet ċivili u rrakkontat it-tbatija li kienu jgħaddu minnhom persuni omosesswali. "Ħafna minnhom kienu siefru biex joħorġu minn hawn u kelli ħafna ħbiberiji ma' dawn l-individwi. Mas-sena 2000 f 'ċerti diskussjonijiet konna nitkellmu fuqhom, li dawn uliedna wkoll u li jista' jkun hawn forom ġodda ta' familji," qalet il- President. Finalment rigward is-settur tal-kostruzzjoni, meta mistoqsija fuqu, hija saħqet li temmen li għandu jiġi rregolat aħjar fosthom billi dawk ir-regoli li jiġu rrakkomandati jkunu implimentabbli. Rigward Għawdex, il-President sostniet li temmen li f 'Għawdex għandha tagħmel żjara uffiċjali u qalet li se tipprova żżur il-gżira tat- tliet għoljiet kull xahar, flimkien ma' visti ġo skejjel, sptarijiet, eċċ. Fuq is-suġġett tad-drittijiet tan-nisa, waqt l-intervista, il-President tkellmet fuq id- differenza li osservat bejn 50 sena ilu u l-preżent fuq dan is-suġġett. Hija saħqet fuq l-importanza tal- indipendenza finanzjarja fost in- nisa, f 'dak li ddeskrivietu bħala "l-pedament". LUIGI SGHENDO Bi 336 vot favur, 163 kontra u 39 astensjoni, il-Membri Parlamentari Ewropej qed iħeġġu lill-istati membri biex j i d d i k r i m i n a l i z z aw b i s - s ħ i ħ l-abort skont il-202 linja gwida tal-World Health Organization, u biex ineħħu u jiġġieldu l-ostakli għall-abort. F'riżoluzzjoni adottata nhar il-Ħamis, il-Parlament Ewropew appella lil Malta u lill-Polonja biex jirrevokaw il-liġijiet restrittivi fuq l-abort. L-MPEs jikkundannaw il-fatt li l-abort qed jiġi miċħud minn prattikanti mediċi, u f 'xi każijiet minn istituzzjonijiet mediċi sħaħ, fuq il-bażi ta' "klawsoli ta' oġġezzjoni ta' kuxjenza" li ħafna drabi jirriżultaw f 'sitwazzjonijiet fejn id-dewmien jista' jipperikola l-ħajja jew is-saħħa tal-pazjent. Il-Parlament ivvota li l-metodi u l-proċeduri tal-abort għandhom ikunu parti obbligatorja mill- kurrikulu għat-tobba u l-istudenti tal-mediċina, u li metodi u provvisti kontraċettivi b'xejn għandhom ikunu disponibbli, partikolarment għal gruppi vulnerabbli. Barra minn hekk, l-MPEs iridu wkoll li l-Kummissjoni Ewropea tiżgura li l-gruppi kontra l-għażla ma jirċivux fondi mill-UE. Filwaqt li t-test jappella lill- istati membri, inkluża Malta, biex iwettqu ċerti miżuri, il-kura tas- saħħa fl-aħħar mill-aħħar hija kompetenza nazzjonali. Il-bidla fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE biex tinkludi l-abort tkun teħtieġ qbil unanimu mill-istati membri kollha. Fir-rigward tal-MPE Maltin, il- Laburisti Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar, flimkien mal- Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa vvutaw kontra, filwaqt li l-Eks Prim Ministru Alfred Sant astjena. Il-Parlament Ewropew jivvota favur riżoluzzjoni biex l-abort jiddaħħal bħala dritt fiċ-Charter Ewropew tad-drittijiet fundamentali Il-Parlament Ewropew jitlob lil Malta tillegalizza l-abort Il-Parlament Ewropew appella lil Malta u lill-Polonja biex jirrevokaw il-liġijiet restrittivi fuq l-abort Il-President Myriam Spiteri Debono "Mas-sena 2000 f'ċerti diskussjonijiet konna nitkellmu fuqhom, li dawn uliedna wkoll u li jista' jkun hawn forom ġodda ta' familji"